Lehen blog biex it tempju jkun maqdes

Page 1

Biex it-Tempju Jkun Maqdes https://graftedinelena.files.wordpress.com/2012/05/tabernacle-priest-befor-the-ark.jpg

Fittxu dejjem is-saltna t’Alla…

Kont qed infittex rigal ċkejken għal ħabiba tiegħi li għadha kif dahlet l-isptar. Fil-ħanut daħlu zewġ żgħażagħ, u dawn bdew jiddiskutu l-għamla u l-kuluri tal-ġiżirani. “Ara, din il-ħannieqa midmuma fuq il-lastiku… naħseb anki biex iżżommxagħrek tajba..” qalilha hu. “Iva, kos, sewwa qed tgħid.” Hi daret fuq sidt il-ħanut. “Nista’ nippruvaha?” “Iva, mela…” qaltilha din. U ttfajla libsitha, u l-guvni tagħha ħares lejha, u tbissem. “Tixraqlek!” qalilha. “Tridx mera?” staqsiet talħanut. “Le, m’hemmx għalfejn. Hu (u write lilu) il-mera tiegħi…” u xtrawha, u telqu l-barra… u jien kont għandni rrid niddeċiedi bejn ix-xalla l-kaħla u l-ingwanti ta’ bla swaba’. Alla jgħidilna, “Jiena l-Mulej Alla tiegħek, li ħriġtek mill-jasar, mill-art tal-Eġittu. M’għandu jkollok ebda’ allat oħra ħlief lili.” Il-Kmandamenti jridu jkunu l-mera li fiha naraw ir-riflessjoni tal-ħajja tagħna. Is-sinteżi tagħhom hi li aħna għanda nħobbu lill-Mulej Alla tagħna b’qalbna kollha, b’ruħna kollha, u bil-qawwa tagħna kollha. Il-bniedem għandu ħabta jibni tempji ‘l hawn u ‘l hinn – tempji li mhux qegħdin hemm biex jonoraw lil Alla, iżda lill-flus, lil-ġmiel, lil-ġid ta’ din id-dinja, lil-pjaċiri tal-ġisem. Iżda tagħna eżempju ħaj ta’ kif inqiegħdu lil Alla l-ewwel u qabel kollox… mhux biss bħala prodott wiehed millmijiet tal-eluf li jisntabu fittempju msejjaħ Supermarket. Saħansitra wara sawma ta’ 40 ġurnata, flok ma trejjaq, qal lix-xitan li mhux bil-ħobż biss, iżda b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla. Hija ħaġa minn awl id-dinja li dawk li kif jgħid il-Papa Franisku, għandhom il-kuxjenza illuppjata għax jaraw kollox flus, iqisu lil dawk li m’għandhom xejn, bħala piż… jisew biss daqs erba’ kelmiet fil-headlines tal-gażżetti. Dawn għandhom mnejn ma jeżistux fir-riflessjoni li naraw tagħha nfusna fil-mera talKmandamenti… mera li hi kbira daqs il-ħajt tat-tempju personali tagħna. Jekk il-prijorità tagħna tkun li nfittxu l-ewwel is-Saltna t’Alla, melaa nilmħu lil dawk li għandhom bżonna fix-xbiha li naraw meta nħarsu lejn il-mera… u ma jkollniex għalfejn nisimgħu il-ħoss tat-tromba, u nħossu l-muntanja titriegħed, u naraw xi sħaba tiċċaqlaq. Il-ħajja tagħna msawra fuq dak li nħossu f’qalbna, dak li ngħidu, u kif inġibu ruħna. Mhux faċli li kull waqt, kull ħin, u kull mument, inkunu ċittadini perfetti – iżda mhux daqshekk impossibbli li niftakru li kull


persuna li niltqgħu magħha hija xbiha t’Alla… li jesiġi li nħobbu lil għajrna bħal ma ħabbna Hu, u bħal ma nħobbu lilna nfusna. Kemm hu sew li nagħtu kinsa sew lit-tempju tagħna, u narmu dak kollu li ma jħallihx jibqa’ maqdes, kif suppost; li nwarrbu miċ-ċirku tagħna lil dawk li joqtlu l-ġisem, u li nibżgħu minnhom, għax jippruvaw, qabel, joqtlu lir-ruħ. Minn taħt il-għajn, fil-mera tal-Kmandamenti kultant naraw itir għasfur tal-bejt, li jiswa’ ftit, imma Alla jaf bih… u naraw werqa’ taqa’, li wkoll dik, Alla jaf biha. U żgur li ta’ kuljum insibu ma’ wiċċna tentazzjonijiet li jħamġulna t-tempju li nkunu għadna kif knisna… ostakli li jħajruna li nżejnu t-tempju tagħna bħal wieħed iddedikat lil xi alla falaz ta’ xi reliġjon pagana. Iddinja tħeġġinġna biex inkunu egosti, u ngawdu illum, għax għada ma jasalx. Iżda jekk inżommu t-tempju miknus u l-mera llustrata ċara, naraw kollox mill-perspettiva li Alla ħejja għalina.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.