Lehen blog il ħbieb sal bieb

Page 1

Il-Ħbieb sal-Bieb? http://www.sanjoseinside.com/wp-content/uploads/2017/01/IMG_3351-771x495.jpg

Il-bużnanniet tagħna kienu jafu x’jgħidu. Kienu lesti jitimgħu lil min hu bil-ġuħ, u jagħmlu l-Opri talĦniena l-oħra kollha… imma ma kienux lesti jagħtu l-kunfidenzi kif ġieb u laħaq. Hawn nies li qishom Sarcoptes scabiei – dak il-parrasit żgħir li jidħollok taħt il-ġilda u jqabbdek liscabies… dik l-infezzjoni insidjuza li tiġi malajr u tmur bil-mod… u tħalli marki koroh warajha. Hawn nies li, meta tkellmhom, qishom il-ħin kollu jeżaminawk, biex jaraw jekk intix qed tigdeb, jew intix qed tahbilhom xi sigriet, jew intix qed tipprova teħles minnhom (li jfisser li mhux qed tistmahom). Oħrajn jgħijjulek moħħok għax dejjem itambru fuq l-istess haġa; dejjem iqasqsu fuq di u fuq l-oħra, u jafu x’kellha f’moħħa dik meta qalet li qalet. Ġieli jiġrilna li meta naslu d-dar, inħossuna għajjejn mhux għax xi ħadd “xorbilna moħħna”, iżda għax qishom soffewlna l-enerġja kollha li kelna qabel ma ltqajna magħhom. Il-fatt hu li hawn ħbiberiji li jridu jinqatgħu għax mhux qed jaghmlulna l-ġid. Dan għax ma jkunx hemm bilanċ fil-ħbiberija. Dejjem iridu jgħaddu xi kumment dwar kemm ħxint, kemm ikun aħjar għalik jekk tiżbogħ xaġhrek, kemm int stramba għax ma tmurx tieħu drink ma’ tal-uffiċċju, kemm tilbes antikwat, kemm ma jixraqlekx il-vjola, kemm taħli ħin fil-kċina… insomma, dejjem isibulek xi ħaġa li m’intix qed tagħmel “sewwa”. Int tibda’ tħossok anzjuż u ħażin dwarek innifsek, u forsi tibda’ timmaġina li għandhom raġun, u qisek tkunn ser tifġa, bl-emozzjoni li taqbdek. In-negattività tagħhom ittelliflek il-gost li tieħu f’affarijiet sempliċi, għax jgħidulek li “qisek fidila” meta tifraħ b’xi ħaġa mhux sofistikata. U biex tgħaxxaqha, jgħidlek li jriduk tkun “persuna aħjar” L-istess nies ma tantx jiddarsu jwwaqqgħuk għaċ-ċajt quddiem ħaddiehor… anki jekk dawn it-talin ma tkunux midħla tagħhom. Iriduk tkun dejjem hemm, lesta biex tisma’ l-aħħar silta mill-ġlieda li għandhom mal-kunjata jew mal-ġara… imma x’aktarx li meta tgħidilhom x’għamlitlek oħt ir-raġel t’oħtok, jgħidulek li qed tgħaġġibha. Kultant tinduna li huma qatt ma jħallsulek kafe, għax qishom dejjem jiċċamaw meta jkun ġej il-weter, u jmorru jirranġaw xagħrhom fil-kmamar tal-banju. Darba, darbtejn, tkun kumbinazzjoni… imma iżjed, le. X’akatarx li huma jużawk, u qishom qed jagħmlulek pjaċir li jkellmuk. Jista’ jagħti l-kas li minnek iridu jsiru jafu dwar ħaddieħor, u jekk jagħmlulek wegħda (li ħa jżommulek lit-tfal, jew li ser imorru jixtrulek pakkett ħalib) f’daqqa waħda jsibu skuza… u jħalluk bhall-Erbgħa fist il-gimgħa, tara kif tista’ tinqeda’ mod ieħor; int ma tin dunax, għax jiskużaw ruħhom sewwa… imma jekk togħoqod taħseb ftit, malajr tinduna kemmil darba għamluha din.


Jekk tipprova taqta’ minn magħhom, malajr jgħidulek li qed ixxammar imnieħrek; biex int tħossok ħatja, u tibqa’ hemm. Iżda jekk int tkun qed tisma’ programm tar-radju li jdejqek, jew issib li rqadt quddiem it-televixin, taf x’għandek tagħmel. Jinħtieġ li aħna lkoll nidentifikaw dawn l-istrateġiji, u nipproteġu lilna nfusna minn dawn in-nies, billi nagħmlu konfini madwarna li ma nħalluhomx jaqsmuhom, biex jattakkawna u jużawna.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.