Lehen blog il fidi… logħba ċess

Page 1

Il-Fidi… Logħba Ċess?

http://regencychess.co.uk/blog/wp-content/uploads/2012/05/Puzzle10-1024x616.jpg

Mela darba, ilu ilu, ħabibti u jien konna qed nilgħabu draughts, f’Ċentru Parrokkjali. Konna qed nużaw sett taċ-ċess. Jidħol il-qassis u ġie jittawwal. Meta nduna li ma konniex qed nilgħabu “kif suppost”, qalilna li qed nagħmlu “dnub”, ghax iċ-ċess hija logħba rjali, filwaqt li d-draughts “tal-injoranti”. Fil-fatt, iċ-ċess hu eżerċizzju mentali qawwi. Trid taħseb, u ġġib lil min jaħseb, biex jirnexxilek jew tirbaħ, jew iġġib lir-rivali tiegħek f’rokna fejn ma jkunx jista’ jiċċaqlaq iżjed. Jgħidu li ċ-ċess kien żviluppata mill-ġenerali Persjani, biex jgħallmu lill-istudenti kif imexxu unitajiet differenti waqt il-battalja. Tidher ħaġa stramba, mela li San Tumas More jgħidilna li ċ-ċess jintlagħab flUtopja. Santa Tereża t’Avila nħatret patruna ta’ min jilgħab iċ-ċess fis-Sexlu XVI. Fil-fatt, il-logħba fiha ħafna tixbihat mal-Fidi Kattolika, u ta’ min jgħid li fil-Medju Evu, l-Isqof ħa post lalfil (l-iljunfant) biex iċ-ċaqlieq tigħu ikun jista’ jitqabbel ma’ dak tar-re u r-reġina, in-nobbli, u n-nies komuni. Qabel, fil-fatt, il-bċejjeċ kienu minjaturi ta’ iljunfanti, żwiemel, suldati, u karrettuni tal-gwerra. Tul iż-żminijiet, iċ-ċess kien ipprojbit mill-Knisja Kattolika, mill-Musulmani (għax uħud mill-biċċiet huma figure minquxa ta’ bnedmin) , l-Anglikani, il-Lhud, il-Puritani (għax kienet meqjusa bħala logħba talażżard), l-Ortodossi (għx assoċjawh mal-maġija u l-ereżija) u m’għandniex xi ngħidu, it-Taliban. Ta’ min jgħid li sal-1299, il-qassisin ma setgħux jilgħabu ċ- ċess. Kienet dejjem teżisti l-biża, f’komunitajiet konservattivi, li meta wieħed jintief fil-logħob, forsi jilef xi ftit ir-raġuni, wkoll, u juża kliem u aġir mhux xieraq… l-iżjed jekk jitlef. Meta ċ-ċess ma jibqax passatemp, iżda jsir ossessjoni, jew tuża xi tournament biex ikollok skuża li taħrab id-dmirijiet tiegħek, jew tiskarta… jew meta tħalli lilek innifsek timxi miċ-ċess għall-gost, għal ċess għallflus (jew bl-imħatri), u minn hemm għal logħob tal-ażżard, drawwa tant irfinuta ssir vizzju ikrah. L-ewwel ħaġa li jitgħallem min nirid jibda’ jilgħab iccess bis-serjeta, hu li kemm jista’ jkun “jikkmanda” ċċentru tal-bord, li hu magħmul minn 64 kaxxa. Dan sabiex ikun f’pożizzjoni soda biex jikkontrolla llogħba. Hawn naraw kif li għedna għaċ-ċess mhux biss jgħodd għal din il-logħba ta’ tattika, iżda għall-passatempi kollha li jixorbulna l-ħin u l-emozzjonijiet, u ma jħallux li Alla jkun iċ-centru tal-“bord” li jirrapreżenta lil ħajjitna. Iżda dan il-kliem jidddiskrivi wkoll ir-relazzjoni tagħna mal-fidi. San Benedittu insistaq li hemm bżonn ilmoderazzjoni f’kollox. San Ġorġ Preca kien iżjed prożajku, u saħaq li hemm bżonn li l-ikel u x-xorb ikunu


bil-qies. Meta tiftaħ negozju, x’aktarx li tqabbad konsulent; fil-Knisja, għandna d-diretturi spiritwali, li jgħinuna nrawwmu l-kontemplazzjoni u nżommu l-istrateġija siewja ta’ moħħna ċċentrat fuq Kristu. Logħba ċess tintlagħab bil-mod. Għandek l-opportunita tikkomunika sew ma’ dak li tkun qed tilgħab miegħu – jew aħjar, ‘kontrih’. Il-biċċiet jobdu r-regolamenti, li qegħdin hemm biex jitwettqu l-ġustizzja u l-ugwaljanza. Iċ-ċess jitlob trażżin u dixxiplina, paċenzja u prudenza, il-ħsieb, u li tkun moħħok hemm… u li tagħmel ħafna prattika. Hekk ukoll il-ħajja, u iżjed u iżjed, il-fidi.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.