Jiena Ma Nemminx…
http://3.bp.blogspot.com/pHVxqIlEUB8/UEEx3zInTQI/AAAAAAAABGg/BOSbFQE__fI/s1600/communion+of+saints9.jpg
Ta’ kuljum meta fil-Quddiesa, ngħidu l-Kredu, inlissnu lista ta’ affarijiet li bħala Nsara, nemmnu fihom, għaliex huma parti integrali mill-Fidi tagħna. Iżda, tul iż-żmien, niltaqgħu ma’ uħud li jistaqsuna mistoqsijiet dwar il-Fidi tagħna, u aħna niġu bejn ħaltejn kif inweġbuhom. “Issa sew. Ma nafx ta… insaqsilek imma…” U sakemm insibu r-risposta, dak li jkun, jitlef l-interess. Tajjeb li nkunu nafu sew dwar il-fidi tagħna; iżda tajjeb ukoll li ma nqisux il-Kredu bħala lista li nieħdu għand Justin tal-ħaxix , biex ninqdew, u li ma rrriduħx, ma nniżżluhx fil-lista. Meta xi ħadd jipprova jmaqdar jew jinbex b’xi kumment ħami, sew li inkunu nafu nagħtu tweġiba. Hawn għadd kbir ta’ idejat żbaljati li jtennu dawk li mingħalihom li huma l-verita… għax ħadd qatt ma kkoreġihom. 1. Aħna l-Kattoliċi ma nemmnux li hemm xi Medjatur ieħor, tal-fidwa tagħna, għajr Ġesù Kristu. “… m’hemm l-ebda’ isem ieħor taħt is-sema mogħtija lill-bniedem…” (Atti tal-Appostli, iv 0.12). 2. Bħala Kattoliċi ma nemmnux li l-Protestanti mgħammdin, li jgħixu ħajja tajba, fl-imħabba t’Alla u tall-proxxmu tagħhom, huma esklużi mill-ġenna, sakemm huma jemmnu li hemm Alla wieħed fi tliet Persuni Divini, li Alla se jippremja kif suppost il-tajbin u jikkastiga l-ħżiena – insomma, il-lista ta’ sitwazzjonijiet li hemm fil-Kredu. 3. Bħala Nsara, ma nistghux induru bil-herra lejn kull min ma jaqbilx magħna, għax ngħidu li aħna “tgħallimna” u “nafu l-Bibbja bl-amment” u nimmaġinaw li għandna xi monopolju fuq il-qdusija. 4. Dawk li ma jkollhom ebda suspett li r-reliġjon tagħhom tkun falza, u m’għandhom ebda’ mezz biex jiskopru dan, huma Kattoliċi fl-ispirtu. 5. Ma jistax jinkiser ġurament legali, jew tintqal gidba, jew isssir xi ħaġa oħra ħazina, biex bħallikieku taġevola lill-Knisja. Ma nistgħix inserrħu moħħna li mill-ħażin kultant joħroġ it-tajjeb. 6. Ma nemmnux li Alla ta lill-Madonna xi setgħa minn tiegħu, talli aċċettat li tkun Omm Ġesu. Hi kienet totalment dipendenti fuq Alla għall-eżistenza, privileġġi, grazzja u glorja tagħha. L-ironija hi li dan l-iżball ikun ukoll ta’ dawk li tant huma ferventi u devoti ta’ Marija. 7. Ma nemmnux li l-Verġni Mbierka hija b’xi mod ugwali, jew saħansitra komparabbli, ma’ Alla. Għalkemm hija l-aktar bniedma għolja w iffavorita, xorta hi infinitament inqas minn Alla.
8. Ma nemmnux li hemm xi awtorità fuq l-art jew fis-sema li tista’ tagħti permess sabiex jitwettaq dnub, imqar l-inqas wieħed, jew li xi dnub jista maħfur b’għotja ta’ ġid jew flejjes. L-assoluzzjoni tkun valida biss mneta l-midneb jindem u jagħmel proponiment li ma jerġax iwwettaq dak iddnub. 9. Ma nemmnux li nistgħu nixtru l-Ġenna permezz ta' xogħlijiet tajba, indipendentement mill-merti u passjoni ta’ Ġesù Kristu u tal-grazzja tiegħu. Ma tistax ma tieħux sehem fil-komunita għax jidhirlek li int m’għandekx bżonn titqaddes bis-Sagramenti biex tmur tgawdi lil Alla, għax bilkaritajiet li tagħmel, biżżejjed. 10. Meta nitolbu lill-Madonna jew xi qaddis ieħor, u nsejħulhom “medjatur”, dan ma jkunx fis-sens ta’ Medjatur tal-Fidwa, iżda fis-sens ta’ wieħed li jinterċedi għalina, jew jidħol għalina. Dawn l-għaxar punti jidħlu ferm iżjed fil-fond mis-soltu insult li aħna, bħala Nsara, “naduraw lill-istatwi”. Tajjeb li jekk ikollna xi diffikulta, nistaqsu lil min jaf iweġibna sew.