Anonimu – u Għandu Isem http://cdn0.dailydot.com/uploaded/images/original/2013/10/30/diverse-guy-fawkes-masks-animal.jpg
………………………………………….
https://twitter.com/AnonShare/status/355081425038483456/photo/1 …………………….. https://www.aliexpress.com/item-img/1PCS-Hot-Selling-Party-Masks-V-for-Vendetta-Mask-AnonymousGuy-Fawkes-Fancy-Dress-Adult-Costume/32618751060.html?spm=2114.10010108.1000017.2.J92nJX ………………. https://www.aliexpress.com/item-img/V-for-Vendetta-Party-Cosplay-masque-Mask-Adult-CostumeAccessory-macka-mascaras-halloween-party-supplies-classical/32731031933.html? spm=2114.10010108.1000017.1.WFIzNP
………………..
Bħal daż-żmien, meta jkun jasal il-Karnival, nisimgħu ħafna dwar maskri u uċuħ b’oħra, ħbiberiji foloz u wiegħdiet mhux imwettqqa. Nisimgħu ukoll xi kliem dwar kif l-iva tagħna għanda dejjem tkun iva, u il-le, le. Jgħidulna boex inżommu sodi, u ma nibqgħux imtaqqla ġdid mill madmad tal-jasar. Dan il-kliem kollu jaf joħloq geġwiġija sħiħa f’moħħna… hekk kif hemm tfal li jitpaxxew bil-ħmerijiet li jagħmel l-attur komiku, u oħrajn li jitwerwru meta jaraw il-maskra li għandu mnejn jilbes biex mingħalih idaħħaq. Hemm tfal li jieħdu gost jilbsu l-maskri u jimitaw lill-karattri favoriti tagħhom… u hemm oħrajn li kif ikħossu l-kartonċina ma’ wiċċhom jagħmlu xenata. Ħafna minna nibsu maska għax hekk jaqbel. Mhuix għax irridu nqarrqu b’dak li jkun – iżda għax nafu li jekk nuru s-sentimenti tagħna, xi ħadd ser jirkibna, jew jidħaq bina, jew jitħassarna. Kollox jiddependi fuq kmm huma sinċieri dawk ta’ madwarna, u l-okkażjonijiet jew ċirkostanzi li nsibu ruħna fihom, ta’ kuljum. Qisu bħal meta xi tobba li kienu jduru d-djar waqt iż-żminijiet tal-pesta, kienu jilbsu dawk il-maskri blimnieħer twil ippuntat ‘l isfel, biex jprroteġu ruħhom mill-mikrobi tan-nifsijiet. Din id-drawwa kienet inbdiet mit-tabib Franċiż Charles de Lorme.
U taħt il-maskri li nxiddu, wiċċna għandu mnejn irabbi qoxra li tħallina nneħħu l-maskra, għax ninqdew xorta. Jekk qabel konna nużaw maskra artifiċjali biex naħbu dak li nħossu, issa jkollna waħda naturali li għada pitgħada sservina xorta. Kull meta jfettillhom, l-aġenziji tal-aħbarijiet ifakkruna f’Anonymous, u s-sigrieti li nkixfu mill-Wikileaks. Tidher jew tissemma’ dik-il famuża maskra emblemmatika ta’ wiċċ abjad bil-mustaċċi – li mhux kulħadd jaf li huwa ta’ Guy Fawkes, supremaċist Kattoliku. Il-maskra bdiet tintuża f’serje ta’ protesti madwar id-dinja kontra l-Knisja ta' Scientology, fl-2008. Dawk li kienu qed jieħdu sehem riedu mod kif ikunu jafu min kien magħhom, u min kien kontra tagħhom, filfolla… bla ma jintgħarfu huma. Il-maskra bil-wiċċ stiliżżat ta’ Guy Fawkes intgħażlet għax hu kien jirrapreżenta idejali rivoluzzjonarji (li għalina huma żbaljati). Dan il-wiċċ bi tbissima ħajna, b’ġilda bajda daqs il-porċellana, u l-għajnejn bħal jitgħamxu b’xi ħsieb qarrieqi, saru s-simbolu, kważi wieħed internazzjonali, ta’ min mhux ser iħalli lil ħadd jagħmillu l-bżieq fuq imnieħru. Iżda fil-fatt, l-ideoloġija ta’ Fawkes, skond l-istoriċi, ma kienetx xi ħaġa ta’ min ifaħħarha. Fil-Film V for Vendetta, ibbażata fuq il-kotba tal-komiks a’ Alan Moore, naraw rivoluzzjonarju liebes maskra…u naraw li għalkemm Guy Fawkes ma rnexxilux jesplodi l-bini tal-Parlament Ingliż, il-maskra ta’ wiċċu saret simbolu internazzjonali għall ribelljoni u l-anonimità. Li tilbes maskra – kemm waħda naturali kif ukoll waħda artifiċjali, hija għażla. Li tagħżel maskra u mhux oħra jfisser li int rid tgħaddi messaġġ marbut mas-simboliżmu tagħha. Forsi tilbes il-maskra ta’ wiċċ ċass biex qed taparsi m’intix tagħti kas ta’ x’inhu jingħad, imma tkun għassa ta’ kollox u ta’ kulħadd. Forsi tilbes maskra ta’ miskin, biex kulħadd jitħassrek u jdur bik; jew tilbes maskra ta’ bniedem “orrajt” biex kulħadd jafdak. Tista’ tilbes maskra ta’ żorr biex ħadd ma jersaq lejk, allavolja tkun qalbek maqsuma; jew tilbes maskra ta’ ħabib biex għada pitgħada tisserva b’dak li jkun tant fdak. Imma mhux aħjar naħarqu l-maskri, u nkunu naturali?