Il-Milied ta’ Fleur u Lee
Fleur u Lee huma t-tewmin ħbieb tiegħi li joqgħodu Fleur de Lys f'Malta. Din is-sena, fl-aħħar waslet biex titwettaq ix-xewqa tagħhom, dik li għall-Avvent jarmaw il-presepju bilpasturi tan-nannu Paul fid-dar tagħhom, flok għand in-Nanna Kitty. Il-papa tagħhom ftiehem ma’ ħabib tiegħu, Soċju tal-M.U.E.U.M., u dan għamillhom presepju antik – imma ġdid! – tal-ixkejjer u l-karta pesta, u mwebbes bil-kolla tal-mastrudaxxa li fiha kien hem mil-ġibs verġni u r-ramel. Tabilħaqq opra fih innifsu. Il-pasturi tat-tafal għandhom mal-mitt sena… iżda l-kuluri tagħhom għadhom vivaċi u sbieħ. Jafu li hemm xi ħaġa speċjali dwar li tagħżel lil dawn l-istatwi antiki ċkejkna, minn oħrajn. Mhux għax huma dawk tradizzjonali, iżda għax huma tat-tafal ta’ Għawdex. Il-presepju li sawwar Toni fih għar kbir kważi fin-nofs, tnejn oħra mal-ġenb, u għorfa u dwejra mal-ġenb. Kollox iserraħ fuq injama tawwalija, fiha daqs l-armarju tal-kamra tal-pranzu. Meta t-tewmin raw lil misserhom dieħel bih, tgħidx kemm ferħu, u kellhom sebamitt sena biex jibdew jarmawh. Imma billi kienu wegħdu lin-nanna Kitty li ser jistennewha, anqas biss azzardaw jiftħu l-kaxxa, li m,a tmurx tegħlibhom it-tentazzjoni. Is-Sibt qabel l-Ewwel Ħadd tal-Avvent, ċemplet il-qanpieba tal-bieb ta’ barra. Kienet waħda mill-ġirien, tara jekk għandhomx xi lumija. Meta ċemplet għat-tieni darba, marru jiġru – iżda kien il-pustier, b’pakkett kotba li ma kienux qagħdu fil-kaxxa tal-ittri. Il-mama tat-tewmin ħadet l-opportnita. U meta l-qanpiena ċemplet għat-tielet darba, kienmet tassew in-Nanna Kitty… u sakemm il-mama għamlet it-te, it-tewmin qabdu lin-nanna, Fleur minn id u Lee minn idha l-oħra, u mxew magħħa lejn issalott. In-Nanna ħallet iż-żigarella li kienet marbuta madwar il-kaxxa. Meta fetħuha, ħarġet riħa tfuh ta’ tiben. Ittewmin u n-anna ħarġu bil-mod il-mod, wieħd wieħed, il-figurini fraġli. Kien hemm rgħajja u nagħaġ, il-bdiewa u l-annimali tagħhom, ħamiem u tjur oħra, u saħansitra fenka bilbotom tagħha. Kien hemm l-anġli bil-ġwienaħ fini, u l-Magi fuq l-iġmla tagħhom. Kien hemm l-impjegati tal-Maġi, u numru ta’ iġmla mgħobbija bis-sarar. Kien hemm irġiel u n-nisa u t-tfal lebsin ilbies tradizzjonali Malti, furnar b’tilar ħobż, u mara bl-iskutella tal-ismida, qed titma lit-tiġieġ. Kien hemm ilbaqra u l-ħmara… Iżda it-teżor ta’ din il-kaxxa kienet kaxxa iċken, li meta fetħuha sabu fiha l-istatwi sbieħ ta’ Marija, Ġużeppi, u l-Bambin Ġesù, jgħolli jdejħ tal-lemin qisu qed jagħti l-barka, u l-maxtura. Ma nafx kemm-il elf darba Fleur u Lee qalu Oh! u Ah!
I-mama għatitilhom biex jieħdu l-larinġ magħsurr sakemm in-Nanna Kitty tixrob it-te, u bilkemm ma rrispondewx u qalulha bix tistenna’. Imma la marret in-nanna fil-kċina, marru huma wkoll. Le tawwal idu biex jaqbad lil dak li kienu jsejhulu Melchior, biex imbagħad jitfa lil Kaspar, u lil Balthazar, u lil-karavana kollha, warajh f’serbut. Imma n-Nanna Kitty qaltlu “Le!”, u spjegat li bħala parti mittradizzjoni tal-osservanza, kien jinħtieġ li l-Magi u ta’ madwarhom ikunu ‘l bogħod mill-Grotta kemm jista 'jkun , u mbagħad, kull nhar ta’ Ħadd, jiċċaqalqu ftit lejn l-għar maġġur. Wara kollox, fl-Evanġelju, isibu li l-Maġi żaru lil Ġesu f’dar, u li Erodi qatel lit-tfal subien li kellhom minn sentejn ‘l isfel – meta bil-fors li lGħorrief ma żarux lil Ġesu fl-għar. It-tfal fehmu li sal-Epifanija, il-Maġi kellhom jaslu sa ħdejn Ġesu, u jippreżentaw id-deheb, l-inċens u lmirra tagħhom lill-Bambin ... għalkemm ma kellhomx pastur tal-Bambin naqra ikbar minn tarbija. Imma xi trid tagħmel? In-Nanna Kitty bkiet bil-ferh, meta rat kemm apprezzaw il-presepju, Fleur u Lee. Kienet kuntenta tara li listorja tal-Milied kienet qed titwettaw fis-salott ta’ bintha, bħal f’eluf ta’ djar f’Malta. Aħna li żejjinna b’siġra tal-Milied, Christmas Father, qneipen u tinsel… sibna post għal presepju imqar ċkejken, ukoll?