Lehen blog prokrastinazzjoni

Page 1

Iss’Imbagħad…

http://www.howcoolbrandsstayhot.com/wp-content/uploads/2016/09/Generation-Lazy.jpg

In-nanna Mary kienet tgħidilna biex li għandna niranu, inbiegħuh. Hi kienet mara tassew bieżla. IrRediffusion ma keinetx titfih, għax dak iż-żmien ix-xandir kien itul biss mis-6.00am sal-11.00pm. Kienet tqum qabel ma jibda’, u torqod wara – u qatt ma naf li rajtha ideja fuq żaqqha. Illum daħelt l-ideja li għax naħdmu, ħaqqna nistriehu, u nistrieħu sewwa, wkoll. Jekk hemm xi ħaga li mhux daqstant importanti inħalluha għall-għada… min jaf, forsi għada ma jkunx hemm għalfejn li nagħmluha. I-prokrastinazzjoni hija vizzju li għandu mill-għażż, li huwa wieħed mill-irjus tad-dnubiet il-mejta. Għandna mnejn niċħdu li aħna għażżenin – għax wara kollox mhux il-hin kollu għaddejjin? Issa xogħol, issa baħar, issa nżuru lil dik u naqdu lil dak, issa nixtru u ngħmlu l-faċendi… u qatt ma jgħaddilna minn moħħna li l-ħajja sfrenata li għandna qed nżawha bħala skuża biex ma nagħmlux dak li tabilħaqq suppost li qed nagħmlu. Iżżartitli l-keffa tad-dulett li rrid noħroġ bih għada? Eh, ruħi, mhux aħjar inċempel lil Grace, ħa nara kif għaddiet wara li t-tifel ħabat bil-karozza? Bħallikieku mhux possibli li nżżomm telefon bejn widinti u spalti, sakemm inħit il-keffa… kieku rrid. U l-keffa? Tbżax, issa xi darba nħitha sew. Għal għada tgħaddi b’naqra kola, jew labra tas-sarwan… L-għeja fiżika jew id-dipressjoni, kultant, ikunu l-kaġun tal-apatija li aħna nħallu kollox “għal wara”. Nagħtu prijorità - u mhux dejjem – lil dak li “ma jistax ikun li ma jsirx”. Imma ftit ftit, naraw li ħafna millaffarijiet li graw setgħu ġew evitati li kieku, għal minuta jew tnejn, għamilna dak li suppost. Patata wwaħda mnawwra ħassret wiżna (għaax ma dornihex). L-ikel inħaraq (għax ma ridtx nitlef kif jispiċċa lfilm li kont qed nara)…u… Tereża laħqet mietet bla ma mort naraha imqar darba l-isptar, ghax indum siegħa u nofs sejra b’tal-linja… U jien, wara kollox, nagħmel hafna volontarjat, u għalhekk ma nlaħħaqx mal-affarijiet tad-dar… Din mhux raġuni. Din skuża. “Xi darba” ngħidu lit-tfal, meta jridu jmorru x’imkien. “Mhux issa” ngħidulhom, meta jkunu jridu jitkellmu magħna fuq xi ħaġa importanti… u forsi jmorru bil-moħbi, u jieħdu parir mingħand xiħadd ieħor, li mhux bilfors ikun iridilhom il-ġid. U sadanittant qed intuhom eżempju ħażin. Xi darba… nara verament x’hinu t-tagħlim tal-Knisja dwar suġġetti jaħarqu…. Imma mhux issa, għax ilkotba spiritwali u didattiċi niddejjaq naqrahom. Xi darba… nara x’inhuma l-binarji li jimxi fuqhom il-artit tiegħi… imma mhux issa… għax jien kunenta li jien ilni li sseħibt magħhom min ġuf ommi.


Xi darba… naqbad dik il-mogħdija. Imma mhux illum, għax anqas ħaqq, għal ħames qomos biss. U għada, indur dak it-tadam, u ndawwru, biex ikolli l-bażi taz-zalza lesta. Imma mhux illum, għax qed naqra ktieb sabiħ u rrid nara kif jispiċċa. Il-verità hi li qed n imla’ ħajti b’ħafna affarijiet sbieħ, u kultant, utli, wkoll… imma qed nagħmel hekk biex niskarta id-dmirijiet u r-risponsabilitajiet u d-doveri tiegħi. B’ftit sforz, nista’ nagħmel moħħi hemm u nlaħħaq ma’ kollox. Meta tħalli kollox jitla’, għandek mnejn taqta’ qalbek… L-għażż mhux kalma, moħħ miftuħ, serenità, u paċi, kif iriduna naħsbu xi uħud.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.