Int, Tħobb Iżżebbeġ?
http://img1.etsystatic.com/000/0/5345414/il_570xN.192105637.jpg https://saltspringmalas.com/wpcontent/uploads/2012/09/Tree_of_Life_Mala_Necklace_108_Jade_Mala_Beads_Buddhist_Prayer_Beads .jpg https://s-media-cache-ak0.pinimg.com/236x/4f/44/ef/4f44ef9922ff776c4ac8340954845c54.jpg
Il-Kuruna tar-Rużarju hi sensiela ta’ żibeġ li jfasslu talba. Madanakollu, ta’ min jgħid li mhux aħna l-insara biss nużaw iż-żibeg f’forma ta’ sensiela, ġiżirana, jew strixxa, biex jgħinuna nitolbu. Din l-esperjenza reliġjuża u kulturali narawha f’għadd ta’ reliġjonijiet – fil-Kristjaneżmu, fl-Islam, filBuddhism, fl-Induiżmu, u reliġjonijiet oħrajn mhux dqstant magħrufa. M’għandniex xi ngħidu, kull kuruna għandha varjetà ta’ għamliet u tifsiriet, bħal ma aħna ġieli nsibu kuruni li jingħadu fuqhom talb b’qima lejn xi devozzjoni partikolari. Nistgħu ngħidu li meta jkollok kuruna f’idek, kważi bla ma trid, tibda’ tmexxi ż-żibeġ bejn subgħajk. Iż-żibeġ jgħinuk tgħodd it-talbiet żgħar li jfasslu talba ikbar. Jingħad li l-użu taż-żibeġ fit-talb beda’ fl-Induiżmu tal-Indja, u xtered ghaċ-Ċina, u iżjed tard, lejn il-Korea, il-Ġappun, u t-Tibet. Jingħad li adottati ż-żibeġ għat-talb mill-kuntatti mal-Buddiżmu u l-Induiżmu. Ilkuruni tagħna l-Insara kienu diġa jintużaw fl-Ewropa tal-Medju Evu. Ix-Shaivisti, li huma Devoti tal-alla Siva, jużaw sniesel ta’ 32 jew 108 żibeġ magħmula miż-żrieragħ mhux maħduma, li jirrapreżentaw il-ħajja axxetika li jgħixu dawn in-nies. Kull żerriegħa qisha maqsuma f'ħames taqsimiet, li għalihom jirrappreżentaw il-ħames uċuħ u personalitajiet ta’ Siva. Il-Vishnu mala jkollhom żibeġ tal-injam minquxa mit-tusi, l-arbuxxell tal-ħabaq sagru għalihom. Il-mala tal-Buddisti wkoll fiha 108 żibeġ; dawn jirrappreżentaw in-nasbiet tal-ħażen li wieħed għandu jegħeleb sabiex jilħaq in-Nirvana. Il-patrijiet Buddisti jilbsu ċinturi ta’ 108 żibeġ, filwaqt li l-lajċi jilbsu biss 30 jew 40 żibeġ, skond it-tradizzjoni magħmula mill-injam jew żerriegħa tas-siġra Bodhi sagru. Iżjed tard, dawn bdew isiru tal-ambar, għadam, u ħaġar semi-prezzjuż. Il-Musulmani jużaw is-subha. Ikollhom 99 żibġa, waħda għal kull attribute ta’ Allah, u waħda li fiha jidhlu ż-żewgt itruf tas-sensiela, li meta jaslu fiha isejħu lil Allah. Għalkemm in-numru ta’ żibeġ huwa importanti, ma tagħmilx differenza ta liema materjal ikunu. Il-kuruni tagħna bdew fil-monasteri Ewropej. Kienu metodu eċċellenti biex min ikun qed jitlob iżomm ruħu iffokat. Ta’ min jgħid, iżda li l-kuruni ma kienux aċċettatati mill-Knisja qabel ma tahom lapprovazzjoni tiegħu il-Papa Ljun X, fl-1520.
Il-kelma Rużarju ġejja minn Rosarium [ġnien jew telgħa bil-Latin] u tirreferi kemm għat-talb li jingħad fuq il-kuruna, kif ukoll f’ħafna ilsna, iż-żibeġ infushom. Fir-reliġjon tagħna, it-telgħa hija dik li twasslek għallquċċata, li hi l-perfezzjoni; barraminhekk, ir-rużarju jesprimi l-idea ta’ ġnien permanenti ta’ talb. Ngħidu r-Rużarju u nimmeditaw ġrajjiet li seħħu fil-ħajja ta’ Ġesu u Ommu l-Verġni Marija. Kien hemm żmien meta kienu jingħadu t-tliet settijiet tal-Misterju, kuljum, għax il-kelma Rużarju kienet tfisser hmistax il-posta, mhux ħamsa. Għalkemm inisbu kuruni li jintlibsu bħala brazzuletti, il-kuruna tipika fiha 59 żibeġ; sitta kbar u 53 żgħar. L-Ortodossi għandhom mnejn flok kuruni biż-żibeġ jużaw hbula bl-għoqod, bħall-kuruni li jagħmlu sSorijiet ta’ Santa Tereża ta’ Calcutta. Skantajt mhux ftit meta f’ħanut tal-moda rajt ħafna kuruni tar-Rużarju jinbiegħu bit-tabella Fashion Item; fil-fatt dawn kienu mlewna u sbieħ, u jaqblu sew mal-ħwejjeġ li kien hemm għall-bejgħ. Forsi jkun hawn min jgħid li kuruna qatt m’għandha titqies bħala aċċessorju. Iżda jien naf min jilbishom minn taħt il-flokk, flok ġiżirana. Għalina mhux importanti li ż-żibeġ tal-kuruni jkunu tal-ħaġar prezzjuż, jew li nemmnu li ser jassorbu lenerġiji negattivi ta’ madwarna, jew li jtaffu l-istress (għalkemm din mhux ideja ħażina…). L-importanti hu li nsibu għoxrin minuta kuljum biex ninġabru u nitolbu r-Rużarju… għax kif jgħidilna l-Papa Franġiksu l-I, li kieku kulħadd jagħmel hekk, jispiċċaw il-gwerer u l-konflitti kollha li hawn fid-dinja bħalissa.