2 minute read

Intervista ma’ Denise Grech fuq l-ikel tal-annimali

DENISE GRECH

Tisħaqq fuq l-importanza tal-kwalità tal-ikel tal-annimali!

Advertisement

Iltqajna ma’ mara li għandha ħafna annimali, fosthom klieb, qtates, fniek, gechos, fkieren u anke sriep; jisimha Denise Grech. Denise u l-familja tagħha minn dejjem kienu jħobbu l-annimali u tista’ tgħid li tagħmel minn kollox biex tarahom jieklu bnin u jkunu f’kundizzjonijiet sani. “Ċaqlaqna d-dar biex ikollna ġnien ikbar għalihom u mhux għalina,” tgħidilna b’ċajta Denise. Hi tgħidilna li m’għandha ebda annimal favorit, anzi tisħaqq li kollha jħallu l-marka tagħhom.

Staqsejna lil Denise x’inhu l-aħjar ikel li għandna nagħtu lillannimali tagħna. Denise mill-ewwel fetħet il-kanuni li l-ikel li nagħtu għandu jkun minn prodotti li jkunu awtorizzati. Tispjega li meta tixtri ikel nej dejjem ara li jkun magħmul minn prodotti ċertifikati, għax jekk le, jista’ jkun hemm nuqqas t’attenzjoni li jikkawża ħsara jew mard. “Trid tixtri dejjem prodotti li huma ċertifikati u tħares li l-ingredjenti huma kollha tajbin għas-saħħa tal-annimal tiegħek. Meta jkunu lesti mill-fabbriki apposta, jkollhom anke vitamini skont in-neċessità tal-annimal,” tgħid tajjeb Denise.

Ħafna huma dawk li għandhom xi kelb jew qattus u kien għalhekk li staqsejna lil Denise x’inhu l-aħjar ikel li dawn għandhom jieklu. Denise pronta twieġeb, “skont l-istil ta’ ħajja li jgħix sid l-annimal”. Aħna tlabnieha tispjega ftit fuq din u qaltilna bid-diversi tipi ta’ prodotti li wieħed jista’ jagħti lill-annimal tiegħu. “Jekk inti għandek stil ta’ ħajja attiva u ma tantx għandek ċans tlaħħaq, mela l-aħjar li tagħti hu d-dry food. Taf li dan l-ikel qiegħed hemm, ħriġtu u rajt l-annimal qed jiekol. Mentri jekk għandek iktar ħin fuq idejk tista’ tagħti r-raw food. Għal dan trid il-preparazzjoni, trid toħorġu u tara li m’għadux friżat u sservih; u wara taħsel sew ir-reċipjent li l-annimal jiekol minnha.” Denise tgħidilna li kwalunkwe ikel li għandu marka tajba hu tajjeb għallannimal, għalhekk kemm jekk hux dry food jew raw food (BARF diet) it-tnejn huma tajbin.

Fuq it-treats li nagħtu lill-annimali, Denise tisħaqq li wieħed għandu joqgħod attent li jagħti bil-qies u li ma ġġibx l-annimal tiegħek overweight. “Fuq il-pakketti dejjem ikun hemm miktub kemm għandek tagħti treats lill-annimal tiegħek. Importanti li dawn ikunu healthy ukoll,” tgħidilna Denise. Anke fuq il-ġugarelli ta’ dawn l-annimali, Denise tgħidilna li l-kumpanija tagħha timporta ġugarelli ta’ kwalità. “Għandna ballun partikolari tajjeb biex tnaddaf is-snien tal-klieb. Dan il-ballun ma jitqatta’ b’xejn, issnien jidħlu fil-ballun u jagħmlu marka, imma anke jekk tipprova taqbad sikkina mhux ser jirnexxilek tqattgħu!” tgħid Denise.

Denise flimkien mal-familja tagħha dalwaqt ser jagħlqu 15-il sena jaħdmu fl-industrija tad-distribuzzjoni tal-ikel tal-annimali. Iġibu ikel għal kwalunkwe pet u anke għandhom ikel speċjalizzat għallannimali eżotiċi; Denise tgħidilna li f’Malta hawn ħafna nies li jieħdu ħsieb annimali ta’ dawn it-tip. “Min jixtri l-prodotti tagħna jkollu moħħu mistrieħ li l-annimal qed jiekol xi ħaġa bnina u jkollu saħħa tajba. Għandna rispons tajjeb ħafna anke mingħand veterinarji,” tgħid Denise. F’isem Glad Enterprises Ltd, Denise tgħid li joqogħdu ferm attenti x’ikel qed jingħata’ lill-annimali u jimpurtaw prodotti ta’ kwalità biss.

Il-ħaddiema kollha ta’ Glad Enterpises huma mħarrġa biex jgħinu lill-klijenti f’kull mistoqsija li jkollhom fuq is-saħħa u ħajja talannimal. Dawn jistgħu jagħtuk pariri siewja u suġġerimenti biex l-annimal tiegħek jibqa’ dejjem san.

Tel: +356 2744 7799 www.glad.com.mt

This article is from: