12 minute read

Xi ngħidu fuq l-Għid?

XI NGĦID FUQ L-GĦID?

Dak li nagħmel jien fl-Għid!

Advertisement

Sa minn mindu kont żgħir, fid-dar narmaw żewġ tipi ta’ siġar, dik tal-Milied li kienet tkun dejjem fir-rokna talentratura tad-dar; siġra bajda bil-boċċi kkuluriti u dawl iteptep waqt il-mużika stunata ħierġa mill-magna żgħira. Imbagħad ikollna wkoll siġra oħra li narmawha eżatt xħin Ġesù jqum mill-mewt. Niftakar Sibt il-Għid qabel immorru l-quddies konna nidħlu fl-għalqa li għandna u naqtgħu biċċa zokk irqiq b’ħafna fergħat. Dan imbagħad ingeżwruh ġo vażun biex iżomm sod. Miegħu konna ndendlu flieles żgħar, bajd ikkulurit, messaġġi tal-Bibbja u meta konna niġu mill-quddies ta’ Sibt il-Għid konna ndendlu lil Ġesù Rxoxt fuq is-siġra. Dan minflok it-tree topper tas-siġra tal-Milied. Dejjem hekk, dik hija t-tradizzjoni tagħna fl-Għid.

Imma żomm, din is-siġra kienet bħal tal-Milied eżatt ta, jiġifieri kellha r-rigali wkoll! Kull sena (anke issa li kbirt) nkun qed nistenna l-bajda tal-Għid. Meta kont żgħir kienet tkun dejjem l-istess, ċikkulata bajda b’xi ġugarell imdeffes fiha. “Ara tmisshom” kienet tgħidli ommi, għax tajjeb li nistqarr magħkom li jien daqsxejn wikkiel fejn jidħol il-ħelu. Kont naqla’ bajda m’għand ommi, m’għand iż-żewġ nanniet u forsi oħra m’għand iz-zija meta kienet tiftakar. Għajnejja kienu jixegħlu xħin kont naqla’ bajda tal-Għid, kont nagħmel erbgħin jum bla ħelu allura tista’ tobsor l-għatx li kien ikolli għaċ-ċikkulata. Erbgħin jum mingħajr ħelu! Din kbira e, u trid tqis li f’dan iż-żmien ikolli żewġ birthdays x’niċċelebra, dak ta’ oħti u ta’ missieri! Għal dawn kont nagħmel patt ma’ Ġesù, biex jagħtini permess niekol biċċa kejk u ta’ dan ma kontx niekol ħelu l-Ħadd! Għax tajjeb li ngħidu li l-Ħdud ma għandhomx jitqiesu mal-parti tal-erbgħin jum! (Din mhux mill-ewwel skoprejtha imma meta skoprejtha kont ħadt ir-ruħ).

Issa li kbirt u żżewwiġt, il-bajda nkun irridha xorta waħda! Imma mhux ser nikkuntenta b’bajda komuni tafux! Anzi aktar kemm tkun differenti, aktar kemm tkun oriġinali, aktar nieħu gost. Issa din il-problema waqgħet f’idejn il-mara li ta’ kull sena jkollha tagħmel ir-riċerka tagħha sabiex issibli bajda aktar oriġinali minn tas-sena ta’ qabel. Darba kienet ċikkulata bajda u pistaċċa, il-paċenzja kemm kienet tajba! Darb’oħra xtratli waħda ċikkulata tal-ħalib bil-gallettini favoriti tiegħi! Issa tal-erbgħin jum m’għadnix niflaħ nagħmilha, naraha wisq kattiverja li ma niħux imqar ċikkulata waħda. Apparti minn hekk, naħseb li billi tagħmel erbgħin jum ma tikolx ħelu, ma tkunx qed tgħix il-veru sens tar-Randan. Dik forsi tajba għal meta tkun żgħir fejn ma tifhimx l-affarijiet kif imorru. Meta tikber tinduna li jekk tigdem ilsienek u ma tgħidx affarijiet mhux xierqa, tgħid xi talba mal-familja, tħeġġeġ lil ta’ madwarek biex jgħixu ħajja tajba... hekk tkun aktar Nisrani. Apparti minn hekk inħobb li f’dawn iż-żminijiet nattendi xi eżerċizzi li jkunu qed isiru fil-parroċċi. Is-sena l-oħra minħabba l-pandemija, ħafna saru online u vera ħadna pjaċir fuq is-sufan nisimgħu u naraw l-eżerċizzi minn qassisin differenti. Vera titgħallem xi ħaġa ġdida kull sena u nħossni li qed ngħix il-veru sens tar-Randan.

L-għalliema f’dawn iż-żminijiet ikunu għaddejjin bil“vaganzi”, avolja jkomplu jaħdmu u jippreparaw il-materjal għall-istudenti, jew inkella jwieġbu xi mistoqsijiet fuq is-sistema diġitali. Imma tal-inqas ma jkunux qed jgħallmu u forsi jieħdu ftit ħin ta’ mistrieħ. Sabiħ li jekk int għalliem u qed taqra dan, infakkrek li f’dan iż-żmien jeħtieġ li tiddedika ftit ħin għalik innifsek. Tajjeb li tibbukja ftit ħin ta’ rilassament, forsi xi massage tajjeb biex tneħħi l-istress, jew forsi xi ikla tajba malmaħbubin tiegħek, jew forsi tibbukja xi appartament jew kamra f’lukanda u tqatta’ l-vaganzi tiegħek hemm. Sabiħ li taqta’ ftit u ngħiduha kif inhi, għaddejtu minn żminijiet xejn faċli. Ta’ dan ħaqqkom li tkunu ppremjati, ħaqqkom ftit ħin għalikom biex tgawdu lil dawk ta’ madwarkom u lilkom infuskom!

Jekk mill-banda int ġenitur mela tajjeb li timla ftit il-ħin, tinsiex bil-pandemija ma tantx tista’ tagħmel wisq. Però hawn diversi affarijiet x’ tista’ tagħmel mat-tfal u tieħu pjaċir; forsi xi mixja mat-tfal fil-kampanja, jew tixtri xi ktieb u toqgħod taqrah bil-kwiet id-dar; lit-tfal, tista’ torganizza

Apparti mill-bajd, tajjeb li ngħidilkom fuq il-famużi figolli! Il-figolli huma tradizzjoni tal-Maltin kollha tista’ tgħid, kulħadd bir-riċetta tiegħu. Kulħadd juri kemm għandu figolla aħjar u hawn tispikka l-kreattività ta’ ħafna biddisinji differenti li joħorġu bihom! Imma l-figolli ma tantx għandi grazzja magħhom, dik l-intrita ma tantx iddoqqli, allura l-mamà jkollha tagħmilli figolli apposta għalija! Importanti miksijin biċ-ċikkulata bajda u mingħajr intrita. Ħafna min-nies jgħiduli li qed niekol gallettina flok, imma xi trid tagħmel jekk l-intrita ma nħobbhiex! Issa skoprejt li f’ħafna ħwienet qed ibigħu l-figolli differenti, hemm dawk tal-gluten free u għandhom togħma vera tajba. Sabiħ ukoll li ħafna ħwienet jagħmlu kollaborazzjonijet ma’ għaqdiet volontarji biex min jixtri figolla jkun qed jagħti donazzjoni lil entità partikolari. Din xi ħaġa vera sabiħa u ta’ min ninkoraġġuha iktar.

Issa li mlejna żaqqna bl-ikel tradizzjonali, tajjeb li nagħtu ħarsa lejn x’tista’ tagħmel fiż-żmien tal-vaganzi tal-Għid. Meta kont żgħir dawn il-vaganzi kont inqattagħhom nagħmel il-homework għax kienu jagħtuna ħafna xogħol l-għalliema u forsi konna noħorġu ftit fil-weekend. Issa li kbirt, m’għandix homework imma naħdem! Allura xorta jkolli nippjana x’ser nagħmel fil-weekend! F’dawn iż-żminijiet l-hena tiegħi mmur mixja fil-kampanja, vera tinżillek għasel tara r-rebbiegħa tħaddar. Mixja (bil-maskra) forsi mal-ħbieb u wara tifrex ċarruta fuq il-ħaxix, toħroġ il-maggijiet tal-kafè u tferra’ ftit misħun u taqsam figolla! L-isbaħ Ħadd ikun taħt xemx tiżreġ!

ġurnata fejn issajjar il-figolli magħhom! Żmien sabiħ forsi biex tqatta’ ftit ħin ’il bogħod mid-dar f’xi appartament jew lukanda. Żmien li jgħaddi u tinsiex li ftit żmien ieħor u jibdew l-eżamijiet u l-istress jikber mhux ħażin! Għalhekk tajjeb li minn issa tibda taħseb kif ħa tistrieħ ħalli tilqa’ l-mewġ li ġej wara. Dejjem ftakar tobdi r-regoli u l-miżuri li joħorġu midDipartiment tas-Saħħa.

L-Għid hu żmien sabiħ. L-ewwel nett għax jaħbat firrebbiegħa u t-temp jibda jisħon xi ftit, in-natura tibda tarmi l-ġmiel tagħha, kif ukoll dawn huma l-ewwel vaganzi wara erba’ xhur taħdem! Għall-Insara dawn iż-żminijiet huwa t-tfakkira li Ġesù qam mill-mewt, allura sabiħ jekk int Nisrani tiċċelebra din il-festa billi tattendi xi funzjoni li ssir kemm f’Sibt il-Għid jew inkella Ħadd il-Għid. Wisq probabbli dawn il-funzjonijiet ikunu bil-bookings bħalma kienu l-funzjonijiet tal-Milied, għalhekk trid taħsiblu ftit qabel biex tirriserva post, peress li bħalissa l-Knisja qed tesa’ ħafna inqas minn dak normali.

Minkejja li għadu żmien biex niċċelebraw l-Għid, aħna xtaqna naħsbulu minn qabel ħalli tkun preparat kif tista’ tqatta’ l-Għid il-Kbir b’mod grandjuż (kif tista’).

Miran qed tistudja biex issir tanatologista, jiġifieri xi ħadd li jkun speċjalizzat fuq il-mewt u li għandu il-kapaċità jakkumpanja persuni li jkunu għaddejjin minn mumenti diffiċli fil-ħajja tagħhom. Il-kelma tanatoloġista ġejja millkelma Griega li tfisser mewt.

Miran hija spiżjara u l-bżonn li tkun hemm għan-nies u tieħu ħsiebhom minn dejjem kien il-priorità tagħha. Però Miran tixtieq tieħu din il-professjoni fuq livell ieħor. Bħalissa Miran qed tistudja biex tispeċjalizza fuq kif tista’ tissapportja nies li għaddejjin minn telfa ta’ xi ħadd speċjali għalihom.

Għaliex interessajt ruħek f’dan is-suġġett?

Meta aħna noffru servizz ta’ funeral, fejn qed ngħinu lill-familja torganizza l-funeral għal xi ħadd speċjali, aħna noffru servizz aktar personalizzat u uman. Tipprova tkun ta’ sapport kemm qabel, waqt u anke wara l-funeral. Għandna tendenza li kulħadd jibgħat il-fjuri, jibgħat il-kondoljanzi, mbagħad jasal il-funeral u msieken il-familjari jintesew. Dik hija l-vokazzjoni tiegħi; li noffri dan is-servizz b’mod professjonali. L-aspirazzjoni tiegħi hi li nkun l-ewwel mara ċertifikata u professjonali biex nagħmel dan ix-xogħol.

Imma din bdejtha għax f’Settembru ġralek xi ħaġa li biddlitlek ħajtek. X’ ġara?

Kont naħdem ma’ kumpanija kbira ħafna fil-qasam talfarmaċewtika, kont għal qalbi ħafna u qatt ma għaddieli l-ħsieb li nitlaq minn hemm. F’Settembru rċevejna l-aħbar li ħadd ma stenna, li din il-kumpanija kienet ser tagħlaq f’Malta u f’sittax-il pajjiż ieħor. Fl-istess waqt jien qed nistenna t-tieni tarbija tiegħi u tista’ timmaġina kif ħassejtni dakinhar. Però, inħobb inkun pożittiva u minn kull sitwazzjoni nipprova noħroġ il-pożittiv. Bdejt ninkuraġġa lili nnifsi li issa ġejja t-tarbija u wara nsib xogħol ieħor. Imma

MIRAN SAPIANO

Qed tistudja biex issir l-ewwel mara bil-kwalifiċi fuq il-funerali!

xahar wara li ħadt l-aħbar, bdew jiġuni ħsibijiet f’moħħi li qatt ma kelli qabel. Mort inkellem lil missieri li jorganizza l-funerali u dan baqa’ ċċassat. Kellimt lill-ħbieb tiegħi u nkurraġġewni li hemm bżonn idejn ta’ mara f’dan il-qasam għax is-suġġett hu delikat wisq. Kelma ġġib lill-oħra u bdejt nitgħallem u nara lil missieri waqt xogħlu, u iktar ma beda jgħaddi ż-żmien aktar bdejt naffaxxina ruħi b’kemm hawn bżonn ta’ servizz iktar personalizzat.

Issemmi lil missierek b’passjoni kbira – min hu għalik John?

Aħna mrobbijin f’familja magħquda ħafna, qegħdin b’kollox erbat itfal u tlieta minna għażilna l-professjoni li nieħdu ħsieb lin-nies. Imrobbijin f’familja reliġjuża u missieri għandu valuri b’saħħithom ħafna, is-sens ta’ vokazzjoni li tara fih hija kbira u jieħu pjaċir ikun viċin tal-komunità. Il-papà hu l-mudell ideali ta’ ħajti! Fuq livell personali għax nara ż-żwieġ tiegħu u kif jirrispetta lill-mamà u kif jaħdem għalina, kelli bżonn ikolli valuri sbieħ bħalu. Fuq livell ta’ xogħol, missieri mhux raġel ta’ skola, però dejjem irnexxielu jagħmel dak li ħolom u wasal bil-ħila tiegħu. Missieri qatt ma stenna li jien minn karriera ta’ spiżjara ħa tiġi f’moħħi li nagħmel xi ħaġa hekk. Meta kellimtu weġibni, “Dik kienet il-biżgħa tiegħi, li meta niġi nieqes ħadd mhu ser jieħu ħsieb ix-xogħol tiegħi.”

Ma tħossokx skomda li waqt li qed tistenna tarbija qed titkellem fuq il-mewt?

Vera qed nistenna tarbija imma dan ix-xogħol idaħħlek fil-ħajja vera x’inhi. Hija ħaġa normali li nitwieldu u b’xi mod irridu mmutu. Jekk naċċettaw din ir-realtà, ngħixu aktar komdi. Apparti minn hekk, jien għandi tifel ta’ 5 snin u ftit ġimgħat oħra ser ikollna tarbija oħra, imma qabel il-kbir tlift tewmin ta’ erba’ xhur tqala. Mhux kull min qed jistenna tarbija, kollox ferħ u ward u żahar. Avolja tqila, xorta jgħaddu dawn il-ħsibijiet minn rasi. Napprezza ħafna l-miraklu tal-ħajja. Meta għaddejt minn dik l-esperjenza kerha tat-tewmin ma tantx sibt sapport. Il-ħolma tiegħi li apparti nkun speċjalizzata li ngħin lil dawn in-nies li għaddejjin minn żmien diffiċli, nixtieq ngħin lil dan il-grupp ta’ ommijiet li tilfu t-tfal tagħhom.

Xi tkun qed tistenna mara li tgħaddi minn dik l-esperjenza?

L-ewwel ħaġa, avolja t-tarbija tiegħek ma twellditx, fil-każ tiegħi trabi, għall-mara li qed iġġarrab din l-esperjenza, t-tarbija kienet teżisti mill-ewwel ġurnata meta saret taf li hi tqila. In-nies jgħidulek, “issa jerġa’ jkollok” u dik l-agħar ħaġa! Jekk jerġa’ jkolli, mhux ħa tieħu post dik it-tarbija li tlift, għax dawk xorta wliedi jibqgħu. Permezz ta’ kelma waħda kultant tħossok agħar! “Din tiġri lil kulħadd”, “Issa erġa’ prova” – dawn huma kliem li m’għandek qatt tgħid lil mara li għaddejja minn din l-esperjenza. Tant il-mara tħossha waħidha f’dawn l-esperjenzi li lanqas ir-raġel ma jifhem xi jkun għaddej minn moħħha.

Li tgħid “kondoljanzi” jew “l-għomor”, x’taħseb fuqhom?

Dawn it-tnejn huma l-etiquette, bħal meta inti mort tieġ, hi ħaġa normali li tawgura lill- għarajjes. Meta tmur funeral tgħid dawn il-kliem. Però ħafna nies isibu diffikultà x’ser jgħidu wara. Jippruvaw jgħidu l-aħjar li jistgħu milli jafu u nużaw kliem bħal, “Issa qiegħed f’post aħjar”, jew “qed jitlob għalik”... Dawn mhumiex kliem ta’ faraġ għall-persuni li qed jgħaddu minn dan iż-żmien. Il-persuna m’għandha bżonn tisma’ l-ebda kelma, iżda kulma jonqosha hu taptipa fuq daharha mal-kliem “jien hawn għalik”, “jien nista’ biss nifhem id-dwejjaq li għaddejja minnu”... daqshekk!

Kultant anke affarijiet żgħar bħal tgħinhom fix-xirja, għax ġieli lanqas jieklu jkunu f’dik is-sitwazzjoni.

Xi tħoss bħala mara li taspira li tkun l-ewwel waħda li tagħmel dan ix-xogħol b’mod professjonali?

F’Malta naf minn tal-inqas 4 nisa li jagħmlu dan ix-xogħol. Dan ix-xogħol hu assoċjat mal-irġiel normalment. Jien nixtieq inkun l-ewwel “funeral undertaker” ċertifikata. Nemmen li l-irwol ta’ mara f’dan il-mistier ser jagħmel differenza kbira. Fejn jidħlu dawn il-mumenti delikati fil-ħajja, nemmen li l-mara għandha don speċjali. Iktar ma taħseb, it-twelid u l-mewt għandhom x’jaqsmu ħafna flimkien. Iċ-ċirku tal-ħajja bażikament!

UĠIGĦ KBIR F’DAHRI!

... u għad għandi 28 sena!

Mela dan l-aħħar bdejt nesperjenza wġigħ f’dahri u ftit wara bdiet taqbadni għeja. Nidħol norqod kmieni għax bl-għeja li tkun qabditni ma nkunx nista’ nżomm għajnejja miftuħa. Qaluli biex immur għand tabib u ta’ ras iebsa ma mortx u minflok ħadt ftit pinnoli għal kontra l-uġigħ. Imma kelli nagħmel xi ħaġa! B’kumbinazzjoni kont qed nitkellem ma’ ħabiba tiegħi li qaltli li kellha l-istess u l-affari kienet ġejja minn saqajha! Saqajja x’għandhom x’jaqsmu? Kemm ilni naħdem ma’ GWIDA, iltqajt ma’ ħafna nies u ftakart f’Caroline. Caroline Morales hija ortotista u taħdem ma’ Amrita Footcare Clinic u qtajt il-kurżità jekk l-uġigħ li qed inħoss għandux x’jaqsam.

Għedtilha, “Caroline, għandi wġigħ fiċ-ċinturin ta’ dahri u qed inħossni għajjien dal-aħħar”. Fil-pront qaltli mhux aħjar tagħmel check-up mal-podjatra. Tlajt sa Birkirkara u ratni l-podjatra tagħhom. Għamluli foot scan u eżaminatli tajjeb saqajja! Imbagħad kellhom makkinarju biex jeħduli l-forma ta’ saqajja u dak il-ħin stess saħħnu l-materjal u għamluli s-suletti! Ħadmuli s-suletta li kelli bżonn fuq id-direzzjoni tal-podjatra u rawni nimxi bihom. Ma temmnunix jekk ngħidilkom li xħin pruvajthom, l-uġigħ naqas drastikament. “Naqqastlek il-pressjoni li kont qed tagħmel fuq il-muskoli. Il-joint hu aktar mistrieħ. Għalhekk qed tħossok aħjar,” kienet pronta qaltli Caroline.

Imma għaliex mhux inħossni għajjien issa? X’għandha x’taqsam? Caroline qaltli, “Peress li int flat footed ilpożizzjoni tiegħek ma tkunx kif suppost, il-muskoli bdew jaħdmu iktar biex jikkompensaw għan-nuqqas fil-pożizzjoni tiegħek. Peress li qed jaħdmu iktar, kont qed tegħja aktar malajr. Is-suletti qed joħolqulek forma ta’ saqajk biex inti jkollok is-sapport li għandek bżonn. Meta int qed tagħmlilha sapport, is-sieq ħa tkun aktar komda u tista’ tiffunzjona aħjar.”

Kif fhimt jien, dawn l-imberkin saqajn jaħdmu eżatt bħall-għajnejn, jekk ma tiċċekkjax il-lenti tibda tegħja u tistrapazza l-għajn. L-istess is-sieq; jekk ma tagħmilx iċ-check up neċessarju tista’ toħloq uġigħ bla bżonn. Mhux għax qed tikber mela bilfors għandek tħoss l-uġigħ, Caroline qaltli, “anke mara ta’ 80 sena, jekk għandha wġigħ f’saqajha tista’ tagħmilha aktar komda u jgħaddilha.”

Ħa ngħidlek, evitajt ħafna problemi! Kulma kelli nagħmel kien sempliċi check-up. L-ewwel ġimgħa qaluli biex ma nilbisx is-suletta l-ħin kollu peress li s-suletti bidluli l-posture ta’ ġismi, “anke biex ma tagħtix xokk lil ġismek. Ibda tella’ l-ħin bil-mod; l-ewwel ġurnata sagħtejn u wara żid għal erba’ sigħat,” qaltli tajjeb Caroline. Frankawli milli nagħmel xi forma ta’ operazzjoni jew li nieħu injezzjoni jew xi pirmli biex jgħaddili l-uġigħ u issa qed nimxi sew, dahri bomba u qed inkun għajjien ftit inqas. Ħallik millpain killers, fittex irranġa l-posture tiegħek billi tagħmel appuntament tas-saqajn. Għadek ma tafx kemm tistrieħ!

Dawn l-imberkin suletti ma ninżagħhomx issa minn saqajja, appena nimxi mingħajrhom inħossni skomdu. Bi 13-il sena esperjenza, Amrita għenuni ħafna u nixtieq nagħmlilhom reklam tajjeb għax vera nħossni sodisfatt! Ċemplilhom fuq 2122 3665 u fittex agħmel appuntament!

This article is from: