2 minute read

Tagħrif dwar iż-żodjaku Pisces minn PaulJon

IŻ-ŻODJAKU MA’ PAULJON

Tagħrif dwar it-tnax-il żodjaku ta’ Pisces u tmiem il-kalendarju żodjaku 2020-2021

Advertisement

Iż-żodjaku ta’ Pisces jagħlaq il-kalendarju żodjaku għas-sena 2020-2021. Bħal kull żodjaku ieħor joffri diversi aspetti sbieħ, speċjalment lil dawk iż-żodjaki magħrufin bħala ż-żgħar, bħaż-żodjaki ta’ Aries, Taurus, Virgo u ovvjament iż-żodjaki ta’ Cancer u Scoprio. Fil-fatt, dawn iż-żewġ żodjaki flimkien ma’ Pisces jiffurmaw l-element tal-ilma fejn bħala trio jagħtuna diversi aspetti interessanti.

Pisces huwa wieħed mill-ftit li għandu sehem minn żewġ pjaneti, fejn bħala pjaneta maġġura għandu lil Neptune kif ukoll lil Jupiter. Iż-żodjaku ta’ Pisces joffri diversi aspetti kemm mill-fatt li jkun qed jagħlaq il-kalendarju żodjaku kif ukoll li jkun qed iħejji liż-żodjaki kollha għall-bidu ta’ kalendarju ġdid. Għalhekk Pisces iservi liż-żodjaki ta’ pont bejn it-tmiem u l-bidu sabiex ikun hemm aktar tħejjija ta’ kif wieħed jista’ jagħmel l-ewwel analiżi ta’ kif ikun mar fil-kalendarju żodjaku li jkun riesaq lejn it-tmiem, ma’ dak li ser ikun ser jibda. Dan sabiex dawk li jħobbu jimxu mal-gwida tal-astroloġija jkollhom gwida ta’ tħejjija f’dak li jkunu jixtiequ jwettqu.

Nista’ nsemmi diversi aspetti minn dawk li jitolbu l-gwida tiegħi f’dan il-qasam, eżempju f’liema żodjaku l-aħjar wieħed jixtri d-dar, jew meta l-aħjar tippjana għat-twelid tat-tarbija, x’inhu l-aħjar żmien li tinvesti, l-aħjar żmien li tibda stil ta’ ħajja ġdid jew l-aħjar żmien li tibda proġett. Hawn ħafna li jimxu ma’ żodjaku partikolari sabiex ikunu moħħhom mistrieħ li dak ittali żodjaku ser ikun ta’ żmien ideali għal xi forma ta’ twettiq!

Pisces: Dan beda mill-Ġimgħa 19 ta’ Frar u jibqa’ għaddej sasSibt 20 ta’ Marzu (eżattament ma’ tmiem l-istaġun tax-xitwa). Bħal kull żodjaku, joffrilna diversi aspetti importanti li jħallu l-marka tagħhom! Hemm Jum il-Mara (8 ta’ Marzu), mill-att Kristjan inkomplu għaddejjjin biż-żmien tar-Randan, hemm il-festa ta’ San Patrizju li dan l-aħħar bdiet tkabbar il-popolarità tagħha. Hemm ukoll il-festa pubblika ta’ San Ġużepp fid-19 ta’ Marzu, kif ukoll jintemm l-istaġun tax-xitwa! Jidher li l-kalendarju żodjaku 2021-2022 ser jibda b’aspettattiva pożittiva ħafna lejn għarfien aktar tal-ħila tagħna jew talkapaċità tagħna. Dan ser ikun fattur importanti ħafna li ser jaspirana sabiex nemmnu iżjed f’dak li kapaċi nwettqu, f’dak li sejrin inħejju u x’inhu l-pjan tiegħek. Żgur huwa mument pożittiv ħafna li dan twettqu issa! Iż-żodjaku jippreżenta s-simbolu ta’ żewġ ħutiet li ġeneralment jidhru kontra xulxin jew aħjar denb ma’ denb. It-tifsira taż-żewġ ħutiet tippreżenta l-fantasija tal-bniedem mar-realtà vera tal-ħajja! Ovvjament li hemm qasma enormi bejn il-fantasija u r-realtà, għalhekk dan iż-żodjaku jagħmlek konxju dwar dan! Fatti interessanti dwar Pisces huma li peress li għandhom il-kumplament tażżodjaki kollha qabilhom jagħmilhom kapaċi josservaw aktar, għandhom aktar għarfien fl-għerf tagħhom u kapaċi jħossu sew l-emozzjonijiet moħbija tal-oħrajn. Jippreferu l-armonija u jevitaw kemm jistgħu konfronti, magħrufin għal-leatà assoluta fl-imħabba, jagħrfu l-bilanċ tal-ħajja ta’ madwarhom, però tippruvax tabbuża minn dan għax taf tkun qed tilgħab mannar iktar milli taħseb! Dawn magħrufin ukoll li sigriet jibqa’ miżmum f’qalbhom għal dejjem!

Pisces ilaqqagħna ma’ diversi nies famużi fosthom: Albert Einstein, Mikhail Gorbachev, Chuck Norris, Elizabeth Taylor, Steve Jobs, Jerry Lewis, Liza Minnelli, Drew Barrymore, Bruce Willis, Justin Bieber u Daniel Craig.

Il-jum ideali: It-Tlieta Evita li tieħu deċiżjonijiet: Is-Sibt Ix-xahar ideali: Mejju Ix-xahar li għandek tevita milli tieħu deċiżjonijiet: Awwissu.

Jekk int tkun tixtieq aktar informazzjoni dwar iż-żodjaku personali tiegħek, kulma għandek tagħmel huwa li tibgħatli ismek u d-data tat-twelid f’ittra postali u tindirizzaha hekk: PaulJon (GWIDA) PO Box 27, Paola, jew żur is-sit tiegħi www. pauljon13.com u imxi mal-linji gwidati lilek. Namaste!

This article is from: