16 minute read

Strada Stretta: Episodju 5/ L-ewwel Staġun: It-Tieni Parti

EPISODJU 5/ L-EWWEL STAĠUN IN-NAGĦĠA L-MITLUFA (It-Tielet Parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Advertisement

X’ġara s’issa?

Ninsabu fil-Music Hall fejn il-banda qiegħda ddoqq bħas-soltu. Jeffrey kien qiegħed idoqq waqt li lemaħ liċ-ċkejken Victor fl-entratura jxejjirlu u eċitat. Dak il-ħin imbela’, Jeffrey ma kienx jaf x’ser jaqbad jagħmel, ħares lejn il-kollegi tiegħu u poġġa l-istrument tiegħu mal-art, filwaqt li ħarab jiġri lejn Victor.

Jeffrey: Victor:

Jeffrey: Victor:

Il-mummy fejnha? Mhix hawn (smiles) Mela kif ġejt hawn? Waħdi!

Int trid xi daqqtejn illejla? La tkun taf il-mummy, aqta’ x’se tagħmillek! Jeffrey ma ħa xejn gost bil-preżenza ta’ Victor, u dan xħin ra lil missieru hekk, minn eċitat inbidel f’serjetà kbira. Jeffrey jaqbadlu jdejh u jieħdu taħt il-palk biex ikun jista’ jkellmu aħjar. Inti milli se tagħmel lilek qed tibża’. Ħa tirrispondi wkoll! Issa ma tafx li jien xogħol inkun u ma nistax niġi nwasslek lura. Issa kif ġejt immur. Ma tmur xejn waħdek dan il-ħin. Għala? Għax joħorġu l-ladies jaħdmu fit-triq. Issa nagħmillek il-ladies fit-triq int. Xebgħa tajba trid. Kif ma indunatx li ħriġt il-mamà? Għax qaltli li sejra għand Lina ta’ taħtna biex tgħinha bil-baby...u ġejt ftit s’hawn. Ġejt ftit s’hawn biex taqla’ l-inkwiet. Ma tafx li mhux suppost tiġi iktar hawn. Ħa ndoqq waħda papà, waħda, sakemm toħodni lura. Please, please! Eżatt fil-pront, Pawlu s-sid tal-Music Hall ra lit-tifel u mar fuq Jeffrey jgħidlu biex iħallih idoqq. Iżda Jeffrey qallu bis-sitwazzjoni u staqsieh jistax jieħdu d-dar, iżda dan wieġbu li xogħlu ma kienx lest. Ta’ xejn insista Jeffrey, ma’ Pawlu ma ġabhiex żewġ u Victor bi tbissima kellu joqgħod hemm. Itla’ doqq, kif ngħajjatlek, m’hemmx biki, dritt għad-dar ...Issa naraw x’se nivvinta ’l ommok. Victor daħal inkiss inkiss fuq il-palk u beda jdoqq id-drums. Sylvana u Julia komplew jaqraw mid-djarju ta’ Lydia. Din id-darba Lydia kienet semmiet lil oħtha u kienet kitbet hekk:

Spiss naħseb f’oħti. Jekk tinsabx tajba, jekk taħsibx fija, in-nagħġa l-mitlufa, hekk kienet tgħajjatli Luċija, in-nagħġa l-mitlufa forsi għax bħan-nagħaġ għandi wisq ftit esperjenza tal-ħajja u tan-nies. Nintilef malajr, nafda wisq u ma nafx fejn inrekken ruħi. Inħoss in-nuqqas t’oħti, forsi anke hi qed taħseb fija, nispera li għall-inqas ma tispiċċax in-nagħġa l-mitlufa bħali, dik li trid min isalvaha mis-sitwazzjoni msejkna tagħha. Ara jien spiċċajt hawn nistenna ma nafx xiex u ma nafx min. X’se jiġri minni issa, ħa nibqa’ dejjem in-nagħġa l-mitlufa? Ħajti qatt mhu se tmur għall-aħjar? Hemm xi ħadd qed ifittixni se jsalvani? Jekk iva ddumx ma tasal.

Mur għidilha li dak li kien ser isalvaha kien qed idur triq triq il-Belt biex ifittixha! Povru Mario jistaqsi lil kull raġel li jara fuq Lydia, forsi ma tafx kif xi ħadd lemaħha. Miegħu biex jassistih kien hemm sieħbu Ġanni li kien għeja jisma’ d-deskrizzjoni ta’ Lydia, “Għajnejha kannella... Irqiqa...”. Iżda kulħadd kien iwieġbu li qatt ma raha u li kien hawn ħafna b’dik id-deskrizzjoni. Mario kien iddiżappuntat għall-aħħar, il-lejl beda dieħel u Ġanni beda jinkwieta fuq kif ser jaslu lura, dar fuq Mario u ssuġġerielu biex jinġabru. Mario induna li kien

Jeffrey:

Victor:

Jeffrey: Victor:

Jeffrey: Victor:

Jeffrey: Victor:

Jeffrey: Victor:

Jeffrey:

EPISODJU 5/ L-EWWEL STAĠUN IN-NAGĦĠA L-MITLUFA (It-Tielet Parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Guido:

Victoria:

Guido:

Victoria:

Guido:

Victoria:

Guido:

Victoria:

Guido:

Victoria:

Guido:

Victoria:

Guido:

Victoria:

Guido:

Victoria:

Guido:

Victoria:

Guido:

Victoria:

Guido:

Victoria:

Guido:

sar il-ħin u kien ser jitlaq. Iżda eżatt xħin kienu ser jaqbdu t-triq lura, jaraw lil Alvio jbus mara fit-tarf ta’ triq. Hu deher li ried jeħles mill-mara, iżda hi kienet donna ffissata fuqu u daħlitlu ftit flus fil-but. Fil-pront dan Alvio jilmaħ lil Mario, għarfu mir-ritratt li kellha Lydia fid-djarju! Alvio telaq ħesrem lill-mara biex jara jekk dan li ra hux minnu. Dik baqgħet issejjaħlu filwaqt li tistiednu li jerġgħu jiltaqgħu darb’oħra, imma hu ma kellux moħħ, ried jilħaq jara lil Mario mill-viċin. Ġera ġirja biex jara jilħaqhomx imma laħqu għebu, kien hawn li ħareġ ir-ritratt mill-but ta’ Lydia u Mario li kien seraq. Ikkonvinċa lilu nnifsu li hu kien! Ra lil Mario! Kien wasal il-ħin li Guido jiltaqa’ bil-moħbi ma’ Victoria. Dawn ftiehmu li filgħaxija kellhom jiltaqgħu fil-ġnien tal-palazz. Guido kien anzjuż u ma felaħx jistenna. Victoria ratu minn metri ’l bogħod, ħarset lejh bi tbissima u mxiet fid-direzzjoni tiegħu filwaqt li għajtitlu. Ħallejtni naħseb ...X’ittra kienet li semmejt? Taf fejn qiegħda Lydia? Iva għalhekk għidtlek tiġi, għax naħseb li mhux sew kif qed tigdiblek il-mamà, kif qed jigdiblek kulħadd! X’jiġifieri? Min iktar qed jigdibli? Tgħid lil ħadd li se ngħidlek għax iġġibni fl-inkwiet. Le ma tarax!

Lydia mhux vera qiegħda għand il-Klarissi, il-mama gidbitlek. S’hemm indunajt...imma taf fejn qiegħda mela? Lil Lydia aħjar tinsieha. Jekk għandek tħassar it-tieġ aħjar tħassru, għax il-mamà qatt mhu ħa tħassru, tridha tiżżewġek bilfors. Bilfors?!

Il-finanzi qed jonqsu u l-papà m’għadux magħna, jiena u Lydia bilfors irridu niżżewġu biex inkunu komdi, ġuvni minn familja tajba naturalment.... Għala qed tgħid bilfors? Lydia trid tiżżewwiġni le? Aħjar tinsieha għax ħa tweġġgħak. Naf li għalik diżappunt, imma inti l-importanti li tintrabat mal-familja tagħna le, kulħadd jirrispettani, issa tkunx oħti, jew ...jew jien ...ma tagħmilx differenza. Victoria issa ħa nirrabja, ġagħaltni niġi hawnhekk, biex tgħidli fejn hi Lydia. Taf fejnha jew le? U l-ittra x’inhi li bdejt issemmili dalgħodu? Lydia ħarbet, lanqas il-mamà ma taf fejn qiegħda eżatt. Hemm kollox fl-ittra! Ħallitilkom ittra? Nista’ naraha?

Le leħqet żammitha l-mamà. L-ittra mhux lilna ħallietha imma lil Mario. Mario min hu?

Mario jġibilna l-ħut. U għala ħallietha ma’ Mario l-ittra? Għax Mario u hi jinnamraw. X’inhu?

Ilhom sena u nofs jiltaqgħu. Victoria jekk qed tigdeb ħażin ikun għalik!

EPISODJU 5/ L-EWWEL STAĠUN IN-NAGĦĠA L-MITLUFA (It-Tielet Parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Victoria:

Guido:

Victoria:

Guido:

Victoria:

Guido:

Victoria:

Guido:

Victoria:

Guido:

Victoria:

Guido:

Guido:

Victoria:

Guido:

Reno:

Lydia:

Stella:

Polly: Stella:

Polly: Stella:

Għaliex għandi nigdiblek? F’din il-familja m’hawn ħadd li jgħid il-verità? Din serja li qed tallega fuq oħtok. M’intix tara li jien qed nipprova ngħinek! Din gravi, gravi ħafna. Urini din l-ittra, probabbli ma fhimthiex. Qed tinsultani issa. Diġà għidtlek l-ittra qiegħda għand il-mamà, imma ma nafx x’għamlet biha issa. Jiġifieri jekk insaqsi lil ommok tgħaddihieli. Le please, ħa ġġibni fl-inkwiet, wegħedni li ma tgħid lil ħadd. Imma jien irrid nara din l-ittra x’fiha. Għidtlek x’fiha għala mhux temminni. Qed nipprova nurik li Lydia mhux tajba għalik. Taħseb li ommi ħa ttik l-ittra? Gidbitlek u qaltlek li qiegħda għand is-sorijiet. Ma taħsibx li xorta ħa ssibha diffiċli? Ikkalma!

Jien kalma qiegħda,int ma nafx! Ikkalma, bilfors fhimt ħażin, għadek żgħira biex tifhem ċertu affarijiet u ħawwadt il-fatti. Il-provi ma jeżistux ta’ dan li qed tgħid. Għajnejn Victoria daru bid-dmugħ u tagħtih daqqa ta’ ħarta filwaqt li resqet minn ħdejh. Guido baqa’ jsus warajha jistaqsiha fuq l-ittra. X’iktar kien hemm fl-ittra?

M’intix tara li hi ma tħobbokx, ma tridekx. Jien inħobbok. Guido waqaf, iċċassat b’dak li sema’. Victoria tersaq lejh u tipprova tbusu, iżda hu jimbuttaha u jibqa’ jħares lejha. Victoria x’inti tagħmel? Victoria tinfexx f’bikja u taħrab lura ’l ġewwa fejn kien hemm Luċija tistennieha bla paċenzja ħdejn il-bieb biex issakkar. Luċija tinduna li Victoria kienet qed tibki, iżda din ma tagħtix kasha u tibqa’ tielgħa f’kamritha b’qalbha sewda. Sadanittant, Lydia kienet qiegħda fil-bar ta’ Polly. Bar mimli baħħara jistennew lil Lydia tkanta, iżda tinduna li l-mikrofonu ma kienx qed jaħdem. Lydia tmur fuq Polly biex tgħidilha bil-ħsara. Polly taċċerta li Reno kien iċċekkjah qabel, iżda xħin Reno jmur biex jara x’kien ġara, jinduna li l-mikrofonu kellu l-wire maqtugħ! Dan maqtugħ. Ġbidtu xi naqra sabiħa? Le jien issa tlajt. Lanqas missejtu, ma ċaqlaqt xejn. Lilly tara l-kommossjoni u tmur ħdejhom biex tara x’ġara. Reno jaċċertahom li kien ser isewwi kollox u ħeġġiġhom biex imorru lura ħdejn il-baħrin. Polly tħares lejn Stella b’mod suspettuż filwaqt li din tinduna u ddawwar subgħajha ġo xagħarha biex taparsi mhux tagħti kas. Polly marret ħdejha biex tara jekk kinitx hi. Xi ġralha l-prinċipessa. Ma tistax tkantalna llum? Le għax kumbinazzjoni maqtugħ il-wire. Affarijiet li jiġru Poll. Imma qisha fejn tmiss hi jieħu n-nar din it-tifla hux?! Jew fejn ideffes denbu x-xitan Stell! Kieku nista’ ngħinkom imma ma nifhimx f’dawn l-affarijiet u aħjar inkompli ma’ dan għax nieżla xita ta’

EPISODJU 5/ L-EWWEL STAĠUN IN-NAGĦĠA L-MITLUFA (It-Tielet Parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Polly:

Stella: Polly: Stella: Polly: Stella: Polly:

Victor: Jeffrey:

Reno: Stella: Reno: Stella: Reno:

laned.

Prosit minn fommok ’l Alla. Kompli, ma ntellfekx. (f’widnejn Stella tpespsilha) Ħabat tajjeb li qed tagħmel landa tajba llejla, għax bihom se tħallasli d-danni li saru fuq il-proprjetà tiegħi. Tħallas hi jekk trid. Jien x’għandi x’naqsam? Aqtagħha b’din l-għira sfrenata għax ħa niksruha jien u int Stell. Fhimtni? Ma nafx x’inti qed tallega, imma mhux sew neħilha jien. Mela min jeħilha ħi? Kompli qabel ma tifqagħli l-bużżieqa. U ejja Poll, sorry, Iva nammetti tajjeb hekk, imma ġġagħalnix inħallashom għax imsallba qiegħda. Missek ħsibtha qabel! Reno jara l-frustrazzjoni f’wiċċ Stella u jikkonvinċi lil Stella li kien ser ikellimha hu. Iżda Polly taħtfu u tgħidlu li qed ifissidha żżejjed! Il-lejl daħal ġmielu, Jeffrey u Victor irritornaw lura d-dar. Iżda Jeffrey kien miġġieled minn m’ibnu. Ħa tibqa’ ma tkellimnix papà? Taf kemm stajt iġġibni f’ inkwiet m’ommok illum. Irringrazzja ’l Alla li kienet għadha għand Lina. Issa orqod. Victor jidħol fis-sodda biex jorqod, iżda qabel għalaq għajnejh irringrazzja lil missieru tal-paċenzja li ħa bih dik il-lejla. Fil-pront tidħol Carmen u tistagħġeb kif tara lil Jeffrey id-dar daqshekk kmieni. Jeffrey jgħidilha li dakinhar kien bagħathom kmieni. Carmen tittawwal fil-kamra ta’ binha biex tarah rieqed filwaqt li tgħidlu minn taħt l-ilsien, “Orqod sbejjaħ tal-mamà!” Reno kien qed jagħlaq il-bar ta’ Polly u Stella kienet miexja fi triqitha għad-dar tagħha. Iżda qabel titlaq Stella tirringrazzja lil Reno talli qabeż għaliha. Hu jgħidilha biex trabbi l-għaqal u jħeġġiġha biex ma tibqax bil-lanżita ma’ Lydia. Mur kun imbierka. Rabbi l-għaqal imma. U jien Ren, minn dejjem qisni nagħġa mitlufa. Eh l-aqwa li xi darba jew oħra tinstab, tingħaqad mal-merħla t-tajba u tinsa l-passat. Naqra diffiċli Ren. Xxxx....Min jisimgħek, kulħadd xi darba jew oħra jħossu mitluf, l-importanti li tagħraf it-triq tas-sewwa u tintefa’ fuqha. Tħares ’il quddiem mhux lura dik it-triq. Stella titbissimlu u jitilqu lil xulxin għal triqithom. Alvio kien għadu barra, bis-sigarett f’ħalqu jħares lejn ir-ritratt. Dak il-ħin kien qed jhewden jekk hux ser jerġa’ jara lil Mario. Kien konvint u kien determinat li jkellmu. Stella waslet fil-post fejn kellha tasal! Mhux id-dar tagħha tafux imma ġo sodda ma’ klijent, ħarset lejh, qamet mis-sodda, ħaditlu l-flus mill-kartiera u libset. Oscar dak il-ħin kien qiegħed fuq bank barra, ħares lejn it-tpenġija li kien għamel lil Angela u beda jħares lejha filwaqt li jaħseb fuq x’għamlitlu. Angela dak il-ħin kienet qiegħda tħares mit-tieqa għal barra tiftakar fil-ħmerija li kienet għamlet. Victor kien fil-kamra tiegħu, ma kienx rieqed imma kien qam jgħodd il-flus li kien qala’ dakinhar. Jgħodd kull penny u jitfa’ fil-jar li kellu taħt is-sodda. Kien qed jgħaqqad kemxa! Victoria dak il-ħin kienet għadha tibki u Guido kien qiegħed fuq id-desk tiegħu jpejjep sigarett b’tazza whiskey tistennieh f’idejh, jaħseb. Mario kien qiegħed fuq id-dgħajsa jaħseb fuq ilmaħbuba tiegħu u Lydia kienet qiegħda ħosbiena tgħannaq id-djarju tagħha.

IĊ-ĊENTRU ARRUPE

Flimkien nistgħu nagħmlu aktar. Inżommu l-entużjażmu u nimxu ’l quddiem lejn il-progress.

Addattament Claudia Cini Skont il-UNICEF, bejn wieħed u ieħor, madwar id-dinja hawn 153 miljun orfni. Dan minbarra dawk it-trabi abbandunati, mormija jew imċaħħda mill-familjari tagħhom stess minħabba xi impediment jew diżabilità. Huwa stmat li ta’ kuljum 5,700 tifel u tifla jisfaw orfni. Dan jiġri minħabba l-gwerer, diżastri naturali, faqar, mard, stigma, superstizzjonijiet u nuqqas ta’ kura tas-saħħa bażika. Din is-sena Missio, l-uffiċċju karitattiv tal-Knisja Kattolika, ħaseb li jgħin lil tant tfal orfni li jgħixu f’diversi orfanatrofji mxerrda mad-dinja kollha sabiex taslilhom l-għajnuna neċessarja. Dan ħalli jkollhom saqaf fuq rashom sigur, sodda fejn jorqdu, ilma nadif, ikel, ħwejjeġ, mediċini, ċans għall-edukazzjoni u fuq kollox ħafna mħabba biex jgħixu ħajja kemm jista’ jkun komda.

Sfortunatament, inċidenti relatati ma’ mines splussivi huma komuni ħafna fil-Kambodja, fejn b’kollox seħħew aktar minn 25,000 inċident. Għat-tfal li jsoffru diżabilità, il-futur jista’ jkun wieħed inċert. Iċ-ċentru Arrupe f’Battambong, joffri għajnuna lil dawn it-tfal u adoloxxenti sabiex jirnexxu u jibnu futur sabiħ għalihom infushom. Barra minn hekk, iċ-ċentru jilqa’ fih ukoll tfal morda bil-poljo u mard ieħor. Minbarra kenn, ikel u kura tas-saħħa, iċ-ċentru Arrupe joffri mħabba, investiment fl-edukazzjoni u opportunitajiet ta’ karrieri lil dawk li jixtiequ. Permezz ta’ dan iċ-ċentru, it-tfal u ż-żgħażagħ ikollhom diversi opportunitajiet biex jibnu futur sabiħ u jagħmlu impatt fuq il-futur tal-familji u n-nazzjonijiet tagħhom.

Wieħed mit-tfal li bħalissa qed jgħix fiċ-ċentru Arrupe huwa Dara, tfajjel ta’ tlettax-il sena mwieled fil-Majjistral tal-Kambodja. Flimkien ma’ ħutu, bniet u subien, Dara kiber fir-razzett tal-familja fir-raħal rurali ta’ Koh Kralar. Madwar sentejn ilu, Dara kellu inċident li bidillu ħajtu kompletament. Meta ma jkunx l-iskola, it-tfajjel ta’ spiss kien jgħin lill-ġenituri u lin-nannuh madwar ir-razzett.

Darba, huwa u miexi m’oħtu ż-żgħira u nannuh qalb l-għelieqi biex jiġbru l-merħla, it-tfajjel lemaħ xi ħaġa tleqq fl-art li qanqlitlu kurżità u ma ħasibhiex darbtejn biex jiġborha. Beda jdawwarha bejn idejh ċkejknin u sa anke beda jsammar biha ma’ zokk ta’ siġra, sakemm fiddaqqa u l-ħin splodiet f’idu. Oħtu ġriet għall-għajnuna, filwaqt li nannuhom ġarr lil Dara mitluf minn sensieh lejn il-dar fejn xi nies mil-lokal tawh l-ewwel għajnuna. Intbagħtet ambulanza biex tieħu lit-tfajjel l-isptar; li l-kundizzjoni tiegħu kienet waħda mwiegħra.

L-oġġett li Dara ġabar mill-art ma kien xejn għajr mine splussiva li ħallietu b’parti minn idu l-leminja nieqsa, filwaqt li l-frak tal-ħadid li tar minnha affettwalu l-vista t’għajnejh. Il-ġenituri ta’ Dara bdew jinkwetaw dwar ilfutur ta’ binhom, għaliex kienu jafu li l-għajnuna li t-tfajjel kellu bżonn la seta’ jirċeviha minn darhom stess u lanqas kienu jaffordjawha. Jekk Dara jibqa’ jgħix magħhom żgur li kien ser imur lura speċjalment fil-vista t’għajnejh, li għall-bidu kien tilifha għalkollox, għaliex ma kellhomx ir-riżorsi biex jgħinuh. B’xorti tajba, iċ-ċentru Arrupe semgħu bl-inċident, avviċinaw lill-ġenituri ta’ Dara u offrewlhom l-għajnuna kollha li binhom kellu bżonn sabiex jimxi ’l quddiem fil-ħajja u jkun indipendenti. Dara huwa tfajjel mimli enerġija, iħobb jilgħab u jħobb jagħmel ħbieb ġodda. Il-ħolma tiegħu hija li xi darba jżur l-Awstralja. Dara tista’ tgħid li huwa tfajjel ferrieħi u jħobb il-ħajja. Għandu futur sabiħ quddiemu, però għandu bżonn min ikun miegħu, jigwidah u jagħtih dak li jeħtieġ biex ikompli jsaħħaħ il-kapaċitajiet tiegħu. Il-familja ta’ Dara huma grati ħafna lejn l-Isqof Enrique Figaredo Alvargonzalez SJ u ċ-ċentru Arrupe li wrew tant ġenerożità ma’ binhom sabiex ikollu futur sabiħ lejn xiex iħares. Bis-saħħa li Dara qed jgħix f’dan iċ-ċentru, fejn jinsab kuntent ħafna, huwa jista’ jattendi skola speċjali li tgħinu fl-impediment tal-vista, tgħallem il-Braille u għandu ħbieb li jilagħbu l-futbol u l-baskitbol flimkien, u jgħinuh f’kulma jkollu bżonn.

Wieħed mill-ħbieb ta’ Dara, li għandu influwenza qawwija fuqu f’dawn is-sentejn li ilu jgħix fiċ-ċentru, huwa Chen, żagħżugħ li wkoll huwa vittma tal-mines splussivi. Chen jgħin ħafna lil Dara speċjalment fix-xogħol tal-iskola u flimkien jipprattikaw l-isports. Grazzi għaċ-ċentru Arrupe, il-ħolma ta’ Dara u tfal oħra bħalu hemm tama li tista’ ssir realtà. Madanakollu, iċ-ċentru li qed jilqa’ fih tant tfal vulnerabbli, jiddependi kompletament mis-sapport ġeneruż li aħna nistgħu nagħtuhom. Barra minn hekk, minħabba l-problema tal-pandemija tal-COVID-19, it-tfal vulnerabbli f’pajjiżi foqra bħal Kambodja ser jibqgħu jsoffru l-effetti tagħha għal tul ta’ żmien. Iċ-ċentru Arrupe għandu bżonn l-għajnuna tagħna issa, aktar minn qatt qabel. Inti tista’ tagħmel differenza fil-ħajja ta’ Dara u tfal oħra f’sitwazzjonijiet simili permezz ta’ Missio Malta, li huma l-idejn u l-qalb t’Alla fost il-bnedmin tad-dinja kollha.

Din hija s-sitt sena li Missio Malta ser torganizza l-maratona #Hope Missiofest li ser taħbat nhar is-Sibt 13 ta’ Marzu. Din ser tixxandar fuq l-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni lokali bi programm interessanti għall-familja kollha mill-WE Studios bejn nofsinhar u nofsillejl. Għalhekk, Missio qed titlob l-għajnuna tagħkom biex tagħmlu att ta’ karità sabiex tgħinuna nwettqu l-proġetti tagħna. Kull donazzjoni hija apprezzata sew jekk mibgħuta bil-posta, mogħtija permezz ta’ telefonata jew SMS, mibgħuta onlajn jew ippreżentata personalment. Għal aktar informazzjoni segwina fuq itteleviżjoni jew ikkuntattjana fuq 2123 6962, info@missio.org. mt, żur il-websajt www.missio.org.mt jew sibna fuq Facebook. Il-linji tat-telefown huma diġà miftuħin. Ċemplu, ċemplu, ċemplu. Grazzi mill-qalb.

SALAMUN MISJUR MA’ INSALATA TAL-KALE U QUINOA BIL-FETA U R-RUMMIEN

RiĊetta ta’ Manuel Xuereb

Ingredjenti

Għas-salamun P 2 fletti tas-salamun imqaxxra P kuċċarina żejt P 2 mgħaref soy sauce P 2 kuċċarini tewm u ġinġer mitħun P kuċċarina għasel P kuċċarina żerriegħa tal-ġulġlien

Int teħtieġ ukoll P 150g żerriegħa mħallta tal-quinoa P 400ml stokk P kuċċarina tewm u ġinġer mitħun P meraq ta’ nofs lumiċell P kuċċarina żejt tal-ġulġlien P weraq tal-kale P 100g feta mfarrka P rummiena P melħ u bżar P biċċiet ta’ lumija biex isservi

Direzzjoni

Ibda din ir-riċetta billi ssajjar il-quinoa fl-istokk sħun. Saffi mil-likwidi u żid ittewm u l-ġinġer, meraq tal-lumiċell u melħ u bżar għat-togħma. Sadanittant, ferrex il-pejst tal-ġinġer u t-tewm fuq is-salamun imbagħad xerred fil-wiċċ l-għasel, is-soja u ż-żejt. Saħħan taġen u sajjar is-salamun għal 2 minuti fuq kull naħa mbagħad ittrasferixxi fil-forn u kompli sajjar għal 6-8 minuti. Poġġi ż-żejt tal-ġulġlien fit-taġen u sajjar fih il-kale sakemm jinxef. Ħawwar bil-melħ u l-bżar. Biex isservi poġġi l-quinoa u l-kale msajjar f’żewġ skutelli tal-għaġin fondi. Farrak fuqhom il-feta, imbagħad poġġi s-salamun fil-wiċċ u r-rummien fuqu fl-aħħar. Servi ma’ flieli tal-lumi.

CASSATA SICILIANA

RiĊetta ta’ Anton B Dougall

Ingredjenti

P panidispanja msajra P 600g irkotta P 200g zokkor P 200g konfettura P ġamm tal-berquq P ftit krema friska P maraschino P pasta rjali jew sugar paste P ċikkulata jew royal icing P frott ikkonfettat P ftit cornflour

Direzzjoni

1. Ipprepara forma taċ-ċinturin (spring form tin) ta’ 30ċm dijametru. Iksi bl-istretch and seal. Din it-tip ta’ forma tgħinek meta tiġi biex tneħħi l-cassata u tpoġġiha fuq platt. 2. Aqta’ biċċa panidispanja rqiqa daqs tal-forma u poġġiha fil-qiegħ tal-forma.

Dawwar il-ġnub tal-forma b’biċċa panidispanja oħra. 3. Laħlaħ il-konfettura taħt l-ilma jew naqqas mill-piż taz-zokkor. 4. Qiegħed l-irkotta ġo skutella u għaffiġha tajjeb sakemm tiġi qisha krema. Żid izzokkor, ix-xorb u ftit krema friska. Kompli ħaddem biex it-taħlita tiġi ħaġa waħda. 5. Żid il-konfettura mat-taħlita tal-irkotta u erġa’ ħawwad. 6. Xarrab il-panidispanja li hemm fil-forma bi ftit xorb. Qiegħed it-taħlita tal-irkotta fuqha. 7. Erġa’ aqta’ biċċa panidispanja oħra daqs tal-forma u poġġiha fuq l-irkotta. Bilmod agħfas ftit ’l isfel. Xarrab il-wiċċ bix-xorb. 8. Qiegħed fil-friġġ għal mhux anqas minn sagħtejn. 9. Neħħi mill-forma u poġġi fuq platt ċatt. Idlek bil-ġamm tal-berquq. 10. Roxx ftit cornflour fuq mejda u iftaħ il-pasta rjali jew sugar paste fuqha. Iksi l-cassata biha. Aqta’ ż-żejjed li jkun hemm mal-ġnub u farfar il-cornflour li jista’ jkun hemm fil-wiċċ b’pinzell tal-kċina. 11. Żejjen bir-royal icing jew biċ-ċikkulata jew bil-frott ikkonfettat.

This article is from: