(MMHZ NROOKD 'LQJOLQ PHOD QJřDQQX JřDQMD œGLGD OLO 2PPQD 0DULMD X QLQVœXOKD NXUXQD WD¶ PřDEED X WD¶ ZDUG I¶GDO MXP NELU JřDOHQLMD
Programm tal-Festa 2015
Werrej
Messaġġ mill-Kappillan Rev. Ewkarist Zammit......................................................... 2
1
PARROÇÇA SANTA MARIJA ÓAD-DINGLI
Tibdil u inizjattivi ġodda fil-festa tagħna lill-Assunta.......... 7 Rev. George Scerri MSSP 50 Sena Saċerdot Missjunarju ......................................... 12
Fl-Okkażjoni tal-Festa….................................................... 14
Rev. Vincent Magro MSSP 50 Sena Saċerdot.............................................................. 15
L-Innu Marċ tal-Festa ta’ Ħad-Dingli................................. 18 Rev. George Mercieca Il-Poeta tal-Assunta (1944 – 2015) Savio D. Borg................................................................... 19
Mro Vincenzo Ciappara 125 sena mit-twelid tiegħu Aristarco Cefai................................................................. 20 27 abbati minn Ħad-Dingli fil-Vatikan Diego Attard..................................................................... 22
Programm tal-Festa............................................................. 29 L-aħħar sena fil-ħajja tal-parroċċa...................................... 37 Don Bosco Fostna Rev. Eric Cachia S.D.B.................................................... 44 Ir-restawr u l-konservazzjoni tal-kurċifiss tal-knisja parrokkjali ta’ Ħad-Dingli Mario Micallef................................................................. 48 Il-Kappella tal-Maddalena: Restawr bla ħsieb David Vassallo.................................................................. 54
It-twemmin fl-Assunzjoni ta’ Marija fl-ewwel sekli tal-Kristjaneżmu (2) Kan. Jonathan Farrugia.................................................. 57
Il-qniepen fil-kampnar tax-xellug jagħlqu 25 sena................................................................. 59
Programm tal-Festa 2015 Bord Editorjali: Rev. Ewkarist Zammit Savio D. Borg Mario Micallef Il-Perit David Vassallo G˙ajnuna fil-produzzjoni: Nancy Caruana Georgina Ebejer Mark Farrugia Louise Vassallo Noel Zammit Issettjat u stampat: Best Print Co. Ltd. Triq iΩ-Ûurrieq, Il-Qrendi Tel: 21680789 Il-Bord Editorjali jixtieq jirringrazzja lil kull min b’xi mod jew ie˙or ta l-g˙ajnuna tieg˙u fil-pubblikazzjoni ta’ dan il-ktejjeb.
Il-qoxra fuq quddiem turi x-xbieha tal-istatwa titulari ta’ Santa Marija tħares lir-raħal ta’ Ħad-Dingli f’ritratt meħud minn Noel Zammit waqt inżul ixxemx. Fil-parti ta’ fuq, fl-isfond insibu partitura bil-mużika tal-Innu Marċ tal-festa ta’ Ħad-Dingli, kompożizzjoni ta’ Mro Vincenzo Ciappara. Fil-parti t’isfel insibu l-aħħar strofa ta’ dan l-innu, ‘Lil Marija Assunta’, kitba tar-Rev. George Mercieca. Aktar dettalji dwar l-Innu Marċ tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli jinsabu f’din il-publikazzjoni. Disinn tal-qoxra: www.designedbyal.com
2
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Messaġġ mill-Kappillan
Meta ħa trabbi l-għaqal?
Min jaf kemm-il darba, il-ġenituri, b’mod speċjali l-ommijiet, iduru lejn uliedhom u jgħidulhom din l-espressjoni! Kull darba li t-tfal u żgħażagħ tagħna jagħmlu xi waħda minn tagħhom, din il-karba toħroġ naturali minn fommhom u għalhekk erħilhom lill-ommijiet u l-missirijiet flimkien man-nanniet, iduru lejhom u jippruvaw jiftħulhom għajnejhom, ħalli jitgħallmu minn xi żbalji li jkunu għamlu. Imma wieħed jistaqsi, din l-espressjoni tgħodd għat-tfal u żgħażagħ biss jew għal kulħadd? Wieħed jifhem li la l-bniedem mhux perfett, u allura hu suġġett għall-iżball, quddiem id-dgħufija tagħna, aħna wkoll inħossu lil min jgħidilna din il-verità. Nemmen li dan huwa dak li trid tgħidilna Santa Marija lilna d-Dinglin, fil-festa li ser niċċelebraw din is-sena. Bħalha l-omm ta’ kulħadd żgur li trid il-ġid kollu possibbli lilna bħalha uliedha u għalhekk f’din il-festa, hija ddur lejn kull wieħed u waħda minnha u b’qalb ħelwa ta’ Omm tgħidlek: “Meta ħa trabbi l-għaqal?”
Quddiem din il-mistoqsija, aħna lkoll irridu nieqfu u nwieġbu. Id-diffikultà tkun jekk aħna, ma nħallux lil din l-Omm takkumpanjana u tmexxina u bħal tfal żgħar ta’ rashom iebsa nibnu ħajjitna fuq dak li jgħidu ħafna u mhux dak li jgħidilna Iben Marija. Propju għalhekk li f’din il-festa, din l-Omm tagħna tridna lkoll kemm aħna nikbru fil-virtù tal-għaqal, li huwa wkoll wieħed mid-doni tal-Ispirtu s-Santu. Ilkoll nifhmu li l-għaqal u l-bluha ma jmorrux flimkien u allura Marija l-ewwel u qabel kollox trid idewwaqna kelma unika, li fuqha nistgħu nafdaw u nibnu l-ħajja tagħna b’mod għaqli. Din hija sewwasew il-Kelma ta’ Alla. Din tagħtina ċertezza li min jisma’ u jagħti widen għaliha, tassew li jkun qed jagħti għaqal u sens lill-ħajja tiegħu u jkun qed jibni fuq il-blat u mhux fuq ir-ramel. Ejjew ma ninsewx li Marija, għamlet din l-għażla qabilna billi hi kienet l-ewwel dixxiplu li mhux biss semgħet imma mingħajr biża’ aċċettat din il-kelma fil-ħajja tagħha u ħallietha tmexxiha fl-għażliet tagħha. Għalhekk f’din il-mara naraw xempju tal-għaqal u jekk irridu li nkunu tassew uliedha, ilkoll kemm aħna rridu nfittxu li nimmitawha fil-ħajja tagħna. F’omelija li Mons. Arċisqof għamel f’Mejju li għadda fis-Santwarju ta’ Pinu hu qal: “l-għaqal iġiegħlek tifhem li dak kollu li jgħaddi, m’għandekx għalfejn therri qalbek għalih, tużah kemm hemm bżonn, imma ma torbotx qalbek miegħu.ˮ Dan iwassal biex il-bniedem, aktar kemm bilqawwa tal-Ispirtu jinfetaħ għal din il-Kelma ta’ Alla, aktar jħossu liberu u mhux skjav ta’ vizzji, oġġetti u persuni. Għalhekk xejn daqs il-Kelma ta’ Alla, ma jista’ jagħti sens ta’ sigurtà u serħan ilmoħħ fil-mixja tal-ħajja tiegħi. Dan huwa dak li jispikka f’Marija u dan aħna wkoll mistiedna biex nagħmlu f’din il-festa li ser niċċellebraw. Imdawwal bil-Kelma ta’ Alla, l-għaqal veru jwasslek ukoll biex inti tħobb, bħalma jħobb Ġesù: “Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien.’’ (Ġw 15, 12). Kemm id-dinja
Programm tal-Festa 2015
3
tkun ħafna isbaħ kieku verament inħobbu lil xulxin b’dan il-mod. Iva, aħna bħala nsara nistgħu nkunu xhieda tal-Vanġelu, billi nħobbu lill-proxxmu tagħna, hekk kif Ġesù jħobb lilna. Imma biex tħobb bħal Ġesù, trid tkun lest li toħroġ mill-egoiżmu tiegħek u bħalu jkollok f’qalbek, sentimenti ta’ tjieba, ħlewwa, maħfra u ġentilezza. Kemm hu sabiħ li f’din il-festa, inkomplu nfittxu dak li jgħaqqadna, biex flimkien verament ngħixu bħala aħwa. Fl-aħħar nett, l-għaqal veru jrid jipperswadik li inti midjun mal-ħniena ta’ Alla. Hi x’inhi l-istorja ta’ ħajtek, hi x’inhi d-dgħufija tiegħek, Alla huwa għani fil-ħniena kbira tiegħu. Iva, Alla, għall-iżbalji tagħna, jirrispondi bil-maħfra tiegħu. Dan huwa s-sabiħ ta’ Alla tagħna, li mhux talli ma jagħlaqniex fil-passat tad-dnub tagħna, imma bil-grazzja tiegħu, jgħinna nħarsu b’kuraġġ lejn il-ġejjieni u nippruvaw ngħixu aħjar. Propju għalhekk li l-Papa Franġisku wera x-xewqa li fit-8 ta’ Diċembru li ġej, nibdew fil-Knisja Sena Mqaddsa tal-Ħniena, fejn ilkoll kemm aħna nagħrfu mill-ġdid il-ħniena ta’ Alla l-Missier u nersqu aktar lejha, permezz tas-Sagrament tal-Qrar. Il-Papa, qed jafda dan il-Ġublew tal-Ħniena f’idejn Marija, li huwa jsejħiha: Omm il-Ħniena. Huwa jistqarr li “l-ħlewwa ta’ ħarsitha sseħibna tul din is-Sena Mqaddsa, biex ilkoll kemm aħna nistgħu niskopru mill-ġdid il-ferħ tal-ħlewwa ta’ Alla.” Dan il-ħsieb, aħna d-Dinglin nesprimuh tant tajjeb fl-innu popolari lil Santa Marija, meta nkantaw: L-isem tiegħek, ja Omm wisq ħanina, tama u faraġ inissel fir-ruħ; min bil-qima jsemmih u jitolbu isib l-hena fis-siegħa tad-dmugħ. Dan huwa l-awguri tiegħi f’din ilfesta li flimkien ser niċċelebraw. Ejjew inħallu lil din l-Omm ħanina tagħna, turina t-triq tal-għaqal, tmexxina lejn il-qalb ħelwa u ħanina ta’ binha Ġesù, tħarisna fl-għażliet tal-ħajja tagħna u kif se nfittxu l-ġid ta’ xulxin, ħalli mbagħad flimkien magħha nidħlu għal dejjem fid-Dar tal-Missier fis-sema, fejn hi qed tistenniena b’ħerqa kbira. Nawgura lilkom u l-familji tagħkom festa sabiħa, fejn ilkoll nagħrfu kemm aħna d-Dinglin, tassew aħna maħbuba minn din l-Omm tagħna mtellgħa fissema. Tkunu mberkin.
Rev. Ewkarist Zammit
Programm tal-Festa 2015
5
6
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
ÓBIEB TAL-ASSUNTA
Inizjattiva bl-iskop li nkomplu nkabbru l-festa TIEÓU SEHEM BILLI TOFFRI 2.50 jew 4.75 fix-xahar b’risq il-festa ● Biex tie˙u sehem kellem lill-Kappillan jew lil xi membru tal-Kumitat Festa Esterna. ● Fl-a˙˙ar tas-sena jittella’ premju sabi˙ fost dawk kollha li jkunu qed jipparteçipaw. ● L-iskema ti©©edded wara sena volontarjament. Waqt li nirringrazzjaw lil dawk kollha li g˙o©obhom jid˙lu membri f’din l-iskema, in˙e©©u o˙rajn biex jag˙tu sehemhom biex inkomplu nsebb˙u l-festa titulari f’©ie˙ Ommna Marija Mtellg˙a s-Sema.
L-Ikla tal-Festa Wara ċ-ċelebrazzjoni tal-ħruġ min-niċċa tal-istatwa titulari ta’ Santa Marija Il-Ħamis, 13 ta’ Awwissu, 2015 fit-8.30pm f ’Misraħ Ġużè Abela, Ħad-Dingli (ħdejn il-Knisja) Ikel provdut minn James Caterers, xorb, tombla u divertiment mużikali Biljetti għall-bejgħ mis-sagristija, il-membri tal-fund-raising u tal-Kumitat Festa Esterna sat-Tlieta, 11 ta’ Awwissu
Programm tal-Festa 2015
7
Ħidmet il-Kumitat Festa Esterna Santa Marija
Tibdil u inizjattivi ġodda fil-festa tagħna lill-Assunta
L-organizazzjoni tal-festa ta’ barra f’Ħad-Dingli hi fir-responsabilità tal-Kumitat Festa Esterna Santa Marija, entità fi ħdan il-parroċċa li tieħu ħsieb l-aspetti kollha relatati mal-festa fuq barra: baned, logħob tan-nar, armar u loġistika, fost l-oħrajn. F’dan l-artiklu qed jingħata rendikont tal-ħidma mwettqa mill-kumitat fix-xhur li għaddew, tibdil sostanzjali fis-servizzi tal-baned u inizjattivi ġodda li twettqu għall-festa ta’ Santa Marija. Tibdil fis-servizzi tal-baned Fix-xhur li għaddew, l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli talbet fost oħrajn li tibda tkun ilbanda mistiedna tal-Kumitat Festa Esterna Santa Marija biex iddoqq il-marċ ta’ nhar il-festa filgħodu. Il-Kumitat Festa Esterna ppropona li din it-talba tiġi kunsidrata f’qafas usa ta’ tibdil li jemmen li kellu jsir biex il-festa tagħna tikber fil-kontenut u l-livell waqt li l-attivitajiet organizzati jinfirxu ftit aktar biex jiġu apprezzati aktar. B’mod partikulari, il-Kumitat Festa Esterna kien tal-fehma li lejlet il-festa filgħaxija kien hemm wisq affarijiet li jiswew il-flus u l-enerġija ta’ ħafna li qed isiru f’xulxin u li mhumiex jitgawdew minn kulħadd bl-aħjar mod. F’dan il-kuntest, saru diskussjonijiet bejn ilKappillan, il-Kumitat tal-Festa Esterna u l-Għaqda Mużikali Santa Marija li wasslu għal ftehim li bi prova għal sentejn jidħlu fis-seħħ għadd ta’ bidliet. Għaldaqstant, fil-festi 2015 u 2016 ser isir hekk: 1. Fit-tieni jum tat-tridu tal-festa, il-Ħamis, wara li tintemm il-funzjoni fil-knisja l-kumplament tal-lejla jkun dedikat għall-programm vokali u strumentali mill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Dan il-programm li jibda fid-9.00 p.m. ikun imtella’ u finanzjat mill-istess Għaqda Mużikali Santa Marija. 2. Il-Ġimgħa filgħaxija, fit-tielet jum tat-tridu, ilKumitat Festa Esterna jorganizza marċ li għalih stieden lill-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi. Dan il-marċ jitħallas mill-Kumitat Festa Esterna. Fl-aħħar parti tal-marċ, il-banda takkumpanja l-istatwa ta’ Santa Marija ta’ barra sakemm tittella’ fuq il-pedestall f’Misraħ Ġużè Abela. 3. Is-Sibt filgħaxija, lejlet il-festa, il-Kumitat Festa Esterna jorganizza servizz li għalih stieden lillGħaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Isservizz ta’ tliet sigħat jitħallas mill-Kumitat Festa Esterna. Din is-sena dan is-servizz se jibda fit-8.30 p.m. minn ħdejn il-knisja fejn il-banda se ssellem bid-daqq tal-Innu Pontifiċju lill-Arċisqof, Monsinjur Charles J. Scicluna. Wara jibda marċ mat-toroq biex fl-10.15 p.m. issir waqfa quddiem il-knisja parrokkjali biex fost l-oħrajn jitkanta l-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine. Wara, il-marċ jissokkta minn rotta li matulha jitgawda
8
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
l-logħob tan-nar tal-ajru u jintemm fil-11.30 p.m. fi Triq il-Maddalena (quddiem iċ-ċimiterju) fejn isir ħruq tal-logħob tan-nar tal-art. 4. Il-Ħadd filgħodu, nhar il-festa, il-Kumitat Festa Esterna jorganizza l-marċ ta’ filgħodu bejn l-10.30 a.m. u s-1.00 p.m. Dan il-marċ jitħallas mill-Kumitat Festa Esterna u għalih għall-ewwel darba stieden biex iddoqq lill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Dan il-marċ hu firresponsabilità sħiħa tal-Kumitat Festa Esterna li jaħdem millqrib mal-Għaqda Mużikali Santa Marija u ż-Żgħażagħ Brijużi Dinglin biex ikun hemm briju u atmosfera sabiħa f’dan il-marċ daqstant popolari. L-esperjenza sabiħa tal-marċ ta’ filgħodu nhar il-festa tas-sena li għaddiet għandha tkun bażi tajba għal aktar ħidma flimkien bejn dawn it-tliet entitajiet. Nhar il-festa, il-Kumitat Festa Esterna jistieden ukoll żewġ baned oħra: il-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat li tagħmel marċ, programm mużikali u ssellem ‘l-istatwa titulari ta’ Santa Marija fil-ħruġ u d-dħul tal-purċissjoni, u l-Banda Peace tan-Naxxar li takkumpanja l-purċissjoni mat-toroq tar-raħal. Fil-jiem tal-festa, l-Għaqda Mużikali Santa Marija ddoqq mingħajr ħlas f’jum it-tfal organizzat millparroċċa u fil-ħruġ min-niċċa tal-istatwa titulari. Tippermetti wkoll l-użu tal-planċier għall-banda mistiedna nhar il-festa filgħaxija mill-Kumitat Festa Esterna. Nhar il-festa filgħaxija, wara l-barka sagramentali fil-knisja, l-Għaqda Mużikali Santa Marija torganizza u tiffinanzja l-marċ tal-aħħar. IlKumitat Festa Esterna jieħu l-okkażjoni jawgura lill-Għaqda Mużikali Santa Marija f’għeluq it-30 sena mit-twaqqif tagħha. L-armar tal-festa u l-logħob tan-nar Id-dewmien fit-twettieq tal-proġett li l-Kunsill Lokali qed jagħmel biex isebbaħ Misraħ Ġużè Abela u l-inħawi ta’ ħdejn il-knisja tefa’ lura l-proġett ta’ tisbiħ tal-armar li l-kumitat għandu pjanat għal din iż-żona. Ma kienx jagħmel sens li jsir armar ġdid meta x-xogħol ta’ infrastruttura bħall-pavimentar, bankini u l-wiċċ tat-triq mhux lest. Għaldaqstant il-kumitat beda x-xogħol fuq pavaljuni ġodda għal Triq San Rokku. Intgħażel disinn tal-artist Paul Cassar mir-Rabat Għawdex u għall-festa ta’ din is-sena mistenni li jiġi inawgurat l-ewwel minn sett ta’ pavaljuni għal din it-triq. Inħiet ukoll pavaljun ġdid għal parti fi Triq il-Kbira fejn kien jidher li hemm nuqqas ta’ armar. Dan sar bil-ħidma volontarja ta’ Anna Galea, Doris Abela u Lourdes Fenech. Grupp ta’ żgħażagħ u adoloxxenti ffinalizzaw ix-xogħol fuq liedna ġdida għal Triq Ċensa Spiteri. Għal sena oħra, il-Kumitat Festa Esterna kkummissjona x-xogħol tal-logħob tan-nar tal-art u tal-ajru lill-Għaqda tan-Nar 23 ta’ April ta’ Ħal Qormi. Wara suġġerimenti li saru lill-Kumitat Festa Esterna, sar eżerċizzju biex filwaqt li
Programm tal-Festa 2015
9
nassiguraw li nibqgħu nieħdu l-valur ta’ dak li nħallsu għalih, naraw li dak li jsir jitgawda tajjeb minn kulħadd. Għaldaqstant saru xi bidliet marbuta mal-programm tal-logħob tan-nar li nittamaw jilħqu dan l-għan. Il-maħżen tal-armar Xi snin ilu, il-parroċċa bniet maħżen fuq art tagħha fi Triq il-Ġnien. Dan inbena meta kien qed isir il-proġett tal-estensjoni taċ-ċimiterju. Sa minn dak iż-żmien, kien hemm ix-xewqa li l-maħżen jiġi attrezzat biex joffri spazju adegwat u sigur għall-armar tal-festa. Madankollu, minħabba prioritajiet oħra ta’ finanzi, dan il-post baqa’ prattikament ġebel u saqaf. Wara li l-parroċċa u l-kumitat tal-festa kienu ressqu talba għall-għajnuna lill-gvern, l-amministrazzjoni preċedenti kienet wegħdet is-somma ta’ €20,000 bħala sostenn finanzjarju għal dan il-proġett mill-Fond tal-Kawżi Ġusti. Riċentament, l-amministrazzjoni preżenti kkonfermat li dan l-ammont hu disponibbli biex isir dan ix-xogħol. Għalhekk wara l-festa ta’ din is-sena se tibda ħidma biex dan il-proġett jibda jitwettaq. Se jkunu meħtieġa aktar fondi, iżda dawn huma bidu tajjeb u li jagħmlulna kuraġġ biex il-proġett tal-maħżen isir. Appell għall-għajnuna u radd il-ħajr Il-Kumitat Festa Esterna jistieden lil dawk kollha li jixtiequ joffru mill-ħin tagħhom f’xogħol volontarju għall-festa biex ma jiddejqux jagħmlu l-pass u javviċinaw lil xi membru tal-kumitat. Kull għajnuna tgħodd u hi apprezzata. Fix-xhur li ġejjin se jkun meħtieġ xogħol tal-id u s-sengħa għallattrezzar tal-maħżen, ħjata, xkatlar u żebgħa ta’ armar. Jibqa’ dejjem miftuħ il-bieb għal kull għajnuna fl-organizazzjoni tal-attivitajiet u l-armar fi żmien il-festa. Nappellaw ukoll għall-ġenerożità tadDinglin li nafu li l-festa hi għal qalbhom u jifhmu l-ispejjeż kbar li hemm għall-organizazzjoni tagħha. Il-Kumitat Festa Esterna jirringrazzja lil dawk li jagħtu servizz għall-festa ta’ barra fosthom lillbaned mistiedna (l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli, il-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat, l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi u l-Banda Peace tan-Naxxar), l-Għaqda tan-Nar 23 ta’ April ta’ Ħal Qormi u l-kuntrattur li jarma d-dawl mal-faċċata tal-knisja u t-toroq. Irodd ħajr ukoll lil dawn it-tliet entitajiet għall-koperazzjoni tagħhom: il-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli, il-Korp tal-Pulizija u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Ringrazzjament speċjali jmur lill-poplu kollu ta’ Ħad-Dingli għall-appoġġ kontinwu tiegħu f’din il-ħidma li aħna nafdaw f’idejn Ommna Marija Mtellgħa s-Sema. Il-festa t-tajba lil kulħadd!
10
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli Charlie and Janet welcome you to:
The Village Confectionery Cakes and gateaux with pictures • Pastizzi - Pizza - Pies Milk and Bread • Daily needs and frozen foods • Soft drinks, beers, wines & spirits Orders for parties taken here
Opening hours: Mon - Sat : 07.00 - 21.00 | Sunday : 07.00 - 18.00
GEORGE ZAMMIT & SONS RELIGIOUS ARTICLES SUPPLIER (Est. 1954) 146, Old Bakery Street, Valletta - Malta Tel: 2123 2933 Mob: 9985 6842 Email: gzamson@onvol.net www.religiousshopmalta.com Opening hours: Monday to Saturday 09.00 - 13.00
• Pjaneti • Rigali • Xemg˙a Likwida • Damaski • Kalçijiet • Sferi • Ikoni
Private Functions Group Outings Antoine Sant
Mob: 9944 8867 E-mail: skal@onvol.net 40, Antmar, Triq Francesco Zammit, Dingli DGL 1361
Airport Transfers Paceville & more
Programm tal-Festa 2015
Colours of the Rainbow For all kinds of fresh flowers, arrangements and bouquets for all occasions
11
Tony’s Garage 24Hrs Taxi Service
Dingli
Mob: 9944 4142 Fax: 2145 1584 Travel in Comfort & in Style Fully Airconditioned
Kull nhar ta’ Sibt filg˙odu narmaw ˙dejn iç-çimiterju ta’ Óad-Dingli Tel: 2146 5918 Mob: 7970 9436, 7905 2174 E-mail: mariatalfjuri@gmail.com
FREEWAY MARKETING
WELCOME BAZAAR
Importers & Wholesalers Toys – Games – Gifts
ONE STOP SHOP & SUB-POST OFFICE
Stores / Showroom: 13, Triq il-Kataniz, G˙ar-Ram, Ûebbu© (Ind. Zone) ÛBÌ2831 - Malta
Stockist of Underwear, Children, Ladies and Gents’ Wear, Toys and Linen, Household Appliances.
Tel: 2146 3332 Fax: 2146 8351
1, Misra˙ Frenç Abela, Dingli Tel: 2745 4575
Car Wash Service
MAC PET SHOP Pjanti ˙ajjin, qsari, g˙alf g˙all-annimali, kwalitajiet ta’ bexx g˙ar-raba’ u aççessorji g˙as-sajd
Donovan Scerri Mob:
9903 0121
Location:
Ħad-Dingli
179, ÌuΩè Ellul Mercer Str., Dingli (Quddiem il-Ground)
Upholstery Cleaning Prices one seat 9 Euros all seats 36 Euros
Tel: 2145 2784 / 9987 6900
Inside and Outside Cleaning Starting from 15 Euros
12
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
50 Sena Saċerdot Missjunarju
Rev. George Scerri MSSP
Mit-tarzna għal fuq l-altar u minn Ħad-Dingli għall-Perù
Imwieled Ħad-Dingli nhar id-29 ta’ Ġunju 1940, festa ta’ San Pietru u San Pawl, din is-sena r-Rev. George Scerri MSSP qed jiċċelebra l-ġublew tad-deheb mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Il-parti l-kbira tal-ħidma tiegħu fl-għalqa tal-Mulej wettaqha ’il bogħod minn raħal u art twelidu. Ir-REV. GEORGE SCERRI MSSP jikteb dwar il-vokazzjoni saċerdotali u l-ħidma tiegħu bħala membru tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl fil-Perù. Ħafna Dinglin ta’ tfuliti jafuni bħala Pietru Pawl. Dak kien l-isem li ngħatajt mill-ġenituri fit-twelid tiegħi nhar il-festa liturġika ta’ San Pietru u San Pawl. L-isem George ġie aktar tard! Fil-bidu taż-żgħożija dħalt naħdem it-tarzna bħala apprentista mimli b’ambizzjonijiet biex nagħmel karriera hemmhekk. IlMulej iżda biddel l-istudji li kont qed nagħmel fl-inġinerija fi studji li kellhom iwassluni fuq l-artal bħala membru tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. Fit-3 ta’ April 1965, fl-età ta’ 24 sena, ġejt ordnat saċerdot fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann. Erba’ snin wara, nhar it-12 ta’ Ġunju 1969, irfist l-art tal-Perù. Wasalt fil-belt kapitali, Lima. Minn hemmhekk wara siegħa ajruplan wasalt fil-belt jisimha Arequipa. Qbadt karrozza li wara vjaġġ ta’ erba’ sigħat qalb il-muntanji wasslitni bil-lejl f’Aplao, belt żgħira li tinsab f’wied fond imdawwar bil-muntanji għoljin, dlam ċappa, b’toroq bil-ġebel u t-trab. In-nies kien jafu li kelli nasal dakinhar u flimkien ma’ Fr. Vincent Magro MSSP ġew jilqgħuni. Hemmhekk bdejt immiss l-faqar tal-Perù meta fid-dawl tal-musbieħ rajt l-uċuħ tat-tfal, għajnejhom fil-fond ta’ wiċċhom, ħafjin, imma bi tbissima fuq xuftejhom. Kienu ġew jagħtuni l-merħba b’tgħannieqa kif jagħmlu fil-Perù. Aktar ’il quddiem ġejt innominat bħala Kappillan talparroċċa ta’ San Pietru ta’ Aplao li kellha popolazzjoni ta’ madwar 12,000 ruħ imxerrdin fi 30 raħal, taħt u fuq ilmuntanji. Biex nilħaq dawn l-irħula kont nivjaġġa bil-mixi, biż-żiemel jew naqsam ix-xmajjar fuq biċċa njama forma ta’ xatba mdendla ma’ wire tal-azzar. Għal xi snin kont qed nagħti servizz fil-parroċċa ta’ La Tomilla f’Arequipa iżda mill-2001 ’il quddiem erġajt lura minn fejn bdejt: Aplao.
Programm tal-Festa 2015
13
Fil-ħidma tiegħi fassalt pjan pastorali bi tliet dimensjonijiet: 1. L-Evanġelizazzjoni: Katekeżi għat-tfal, żgħażagħ, adulti, amministrazzjoni tas-sagramenti, u katekeżi qabel u matul il-ġranet tal-festi tal-patruni tal-irħula kollha. 2. Il-Liturġija: Ċelebrazzjonijiet tas-sagramenti, ċelebrazzjonijiet tal-Kelma ta’Alla, u ċelebrazzjonijiet tal-festi tal-patruni f’kull raħal. 3. Il-Promozzjoni Umana: Kuljum, minn kmieni filgħodu kienu jiġu l-fqar fil-parroċċa jitolbu ikel, ħwejjeġ, mediċina u ħafna bżonnijiet oħrajn. Kelli nara x’nagħmel biex inkun nista’ intaffi l-bżonnijiet tat-tfal u l-familji fqar. Permezz ta’ ħafna nies volontarji, li huma stess kienu fqar, bdejt nindirizza dawn l-isfidi. Ma kellix għażla oħra ħlief li ntawwal idejja lejn Malta infittex il-qlub tajba u ġenerużi għall-għajnuna. Il-providenza tal-Mulej fetħet is-sema u malajr kelli biex ngħin il-bżonnijiet tal-morda, l-anzjani u l-fqar b’ħidmiet u inizjattivi differenti, fosthom: • kċina komunitarja għall-fqar f’kull raħal tal-parroċċa; • skola għat-tfal b’diżabilità; • kulleġġ edukattiv għal 500 tifel u tifla fil-livell primarju u sekondarju; • klinika żgħira għall-mediċina ġenerali, b’dentist u servizzi oħrajn; • tqassim ta’ ikel u mediċina, u • bini ta’ djar għall-familji fqar. Ta’ spiss immur fil-muntanji, f’għoli saħansitra ta’ 4,000 metru, biex namministra s-sagramenti. Wara ġurnata xogħol pastorali li kienet tispiċċa tard bil-lejl, mhux darba u tnejn li kien ikolli naqsam il-kamra fejn norqod ma’ xi żiemel, mat-tiġieġ, fniek tal-indi jew ma’ annimali oħra għax in-nies m’għandhomx fejn iraqqduni fi djarhom. Il-missjunarju jrid ikun ippreparat għalkollox u jkollu dejjem fiduċja kbira fil-Mulej. Wara ħamsin sena mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħi, nirringrazzja lill-ġenituri tiegħi, Pawlu u Carmena Scerri, tal-formazzjoni u l-eżempju tajjeb li tawni kif ukoll lill-familjari tal-appoġġ tagħhom. Inrodd ħajr ukoll lis-saċerdoti u l-lajċi fil-M.U.S.E.U.M. u flAzzjoni Kattolika li kellhom x’jaqsmu fil-formazzjoni tiegħi. Mill-qalb irrid nirringrazja lill-Mulej tar-rigal kbir tas-saċerdozju u l-perseveranza li tani. Flimkien ma’ Marija Santissima nista’ ngħid; “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-salvatur tiegħi, għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddej tiegħu… u għamel miegħi ħwejjeġ kbar, qaddis hu l-isem tiegħu.”
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
14
L-aħħar kelma mingħandi hi għalikom il-poplu ta’ raħal twelidi; Ħad-Dingli. Grazzi kbira li żżommuni fit-talb tagħkom u tal-appoġġ materjali u finanzjarju fil-ħidma tiegħi filmissjoni. Intom il-benefatturi fejjaqtu ħafna nies, tmajtu ħafna nies, libbistu ħafna nies u għallimtu ħafna nies! Permezz tal-kontribut tagħkom, dawn in-nies qed jgħixu ħajja aħjar. F’dawn il-ġranet tal-festa ta’ Santa Marija ninsab magħkom. Nistedinkom ilkoll biex nhar il-Ħadd 23 ta’ Awwissu, tingħaqdu miegħi għall-quddiesa solenni ta’ nhar il-festa titulari li tibda fid-9:15am. Dan għandu jkun mument ta’ radd il-ħajr lil Alla għad-don tas-saċerdozju u għall-50 sena ta’ ħidma li tani l-grazzja li nwettaq.
Fl-Okkażjoni tal-Festa…
Il-Kappillan flimkien mal-Kleru, il-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kumitat Festa Esterna jawguraw lil kul˙add IL-FESTA T-TAJBA.
InΩommu f’mo˙˙na l-iskop ewlieni tal-festa; ji©ifieri li nag˙tu qima lill-Madonna, nersqu aktar qrib lejn binha Ìesù u fuq kollox in©eddu r-rieda tag˙na li nkunu nsara a˙jar. Il-festa tkun suççess jekk tg˙inna nag˙mlu dan.
Inkunu veru g˙aqlin jekk nersqu spiss lejn il-knisja, nie˙du sehem fit-tif˙ir lil Alla u lillMadonna, inqerru u nitqarbnu. Fl-a˙˙ar ©img˙a tal-festa jkollna konfessuri barranin g˙allqrar f’diversi ˙inijiet, skont kif indikat f’dan il-programm.
Huma ˙afna dawk involuti b’mod volontarju fl-organizazzjoni tal-festa minn aspetti differenti b˙all-©bir ta’ fondi, l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet, lo©istika, ˙jata, armar u xog˙ol tal-uffiççju. Il-Parroçça u l-Kumitat Festa Esterna jroddulhom ˙ajr u jilqg˙u kull g˙ajnuna volontarja li tista’ ting˙ata.
Il-kant, l-orkestra u l-muΩika fit-tridu, lejlet u nhar il-festa jkunu ta˙t id-direzzjoni ta’ Mro James Chappell bis-sehem tal-Kor Parrokkjali Regina Coeli.
Lejlet u nhar il-festa ser tindaqq u titkanta l-antifona Sancta Mater Teresia tal-kompoΩitur Mro Anthony Sammut (1920 - 1991), bil-permess tal-familja Sammut. Din l-antifona f’Óad-Dingli hi mag˙rufa b˙ala Virgo Prudentissima.
Minflok bukketti ta’ fjuri lesti, il-Kappillan ser jilqa’ offerti g˙al arran©amenti ta’ fjuri li ser tag˙mel il-parroçça u li jitpo©©ew quddiem l-istatwa titulari u mal-knisja. Min jag˙ti d-donazzjoni, jista’ jag˙Ωel li ismu jidher fuq board li jkun hemm ˙dejn l-istatwa titulari billista tal-kontributuri.
Filwaqt li nirringrazzjaw lill-membri tal-Korp tal-Pulizija g˙all-˙idma tag˙hom, nappellaw g˙all-koperazzjoni ta’ kul˙add biex ma jkunux ipparkjati vetturi fit-toroq li minnhom tg˙addi l-purçissjoni bl-istatwa titulari, nhar il-festa filg˙axija.
Programm tal-Festa 2015
15
Rev. Vincent Magro MSSP 50 Sena Saċerdot
Pijunier tal-missjoni tal-MSSP fil-Perù
Mhux minn Ħad-Dingli, iżda mindu rritorna mill-missjoni fil-Perù qed jagħti servizz pastorali filparroċċa tagħna. Ġie ordnat saċerdot 50 sena ilu u ħadem mill-qrib mar-Rev. George Scerri MSSP fil-Perù. IR-REV. VINCENT MAGRO MSSP jikteb dwar il-ħbiberija bejnu u bejn Patri George, fl-okkażjoni speċjali tal-ġublew tad-deheb mill-ordinazzjoni saċerdotali tagħhom. Il-ħbiberija tiegħi ma’ Patri George Scerri bdiet fis-snin ħamsin. Iltqajna t-tarzna. Jien miż-Żejtun u hu minn Ħad-Dingli. Konna apprentisti bħala ship-fitters. Studjajna flimkien it-teoloġija waqt in-novizzjat f’Sant’Agata, ir-Rabat, u ġejna ordnati saċerdoti flimkien nhar it-3 ta’ April, 1965. Jien u Patri George bħal donnu ma nistgħux neħilsu minn xulxin! Wara tliet snin flimkien f’ħidma mat-tfal tal-Istitut San Ġużepp, f’Santa Venera, fl-1968 jien u żewġ saċerdoti oħra tal-MSSP intbagħtna l-Perù biex nibdew ħidma missjunarja hemmhekk. Jien dejjem kont nitkellem fuq il-ħtieġa li s-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl ma tibqax iffukata biss fuq ħidma fejn hemm l-emigranti Maltin iżda tmur f’pajjiżi oħra. Għalhekk id-deċiżjoni li nibdew missjoni fl-Amerika t’Isfel ilqajtha b’idejja miftuħa. Bdejna f’parroċċa f’Aplao, madwar 180 kilometru ’l bogħod mill-eqreb belt prinċipali. Sena wara, fl-1969, ingħaqad magħna Patri George. Konna għadna żgħażagħ, naħdmu qalb il-foqra mxerdin f’diversi rħula! L-ikbar ostaklu li kellna kienet xmara li taqsam l-irħula u d-diffikultajiet li kellna biex nilħqu lil kulħadd. Patri George kien jorganizza korsijiet għallmagħmudijiet, żwiġijiet u katekiżmu għat-tfal u l-kbar. Jien kont nieħu ħsieb il-festi, il-quddies u purċissjonijiet li kienu jsiru fid-diversi rħula mxerdin ma’ kullimkien. Bqajna flimkien sal-1976 meta jien mort l-Awstralja u bqajt hemm 4 snin, sal-1980. Wara l-Awstralja erġajt lura l-Perù, f’Chuquibamba fejn domt sal-1986 biex imbagħad mort Uchunayo. Kelli nibda xogħol pastorali ġdid minħabba li l-post kien fil-periferija tal-belt ta’ Arequipa. Fiż-żmien li Patri George kien kappillan f’parroċċa qrib tiegħi – tiegħu bl-isem ta’ Tomilla u tiegħi Acequia Alta - it-tnejn iddedikati lis-Salib Imqaddes minħabba d-devozzjoni kbira li l-Peruvjani għandhom lejn is-Salib Imqaddes, għexna fl-istess dar għal ħafna snin. Meta fl-2010 ġejt lura Malta, involvejt ruħi f’ħidma pastorali mar-residenti ta’ Binġemma u l-inħawi fejn hemm kappella ddedikata lill-Madonna ta’ Itria, fil-parroċċa tal-Imġarr u fil-parroċċa fejn twieled u trabba’ sieħbi Patri George, ĦadDingli. Ad Multos Annos!
Patri Vincent Magro MSSP dejjem qrib in-nies l-aktar foqra fil-komunitajiet fejn ħadem fil-Perù
16
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Accounts
Private Tuition in Dingli Courses starting soon • Ordinary Level • Intermediate Level • Advanced Level • Others Individual Attention * Small Groups Course notes provided Ms F. Borg B.Accty(Hons.), MIA, CPA
Mob: 7909 2845
Ironmongery & Hardware Needs LORRAINE MICALLEF Óinijiet tal-Ftu˙ Tuesday 9.00 a.m. – 5.00 p.m. Thursday 9.00 a.m. – 5.00 p.m. Friday 9.00 a.m. – 7.00 p.m. Saturday 9.00 a.m. – 7.00 p.m.
DIAR IL-BNIET Fresh Fruit & Vegetables FREE DELIVERY Ódejn il-Knisja ta’ Óad-Dingli It-Tnejn u l-Óamis : 8.00am - 12.00pm It-Tlieta u l-Ìimg˙a : 9.30am - 12.00pm Ódejn id-dar ‘Moncheri’, Triq ÌuΩè Ellul Mercer, Óad-Dingli It-Tnejn, it-Tlieta, il-Óamis u l-Ìimg˙a 3.30pm - 7.30pm Is-Sibt : 8.00am - 12.00pm
40, Main Street Dingli Tel: 2145 0909 Mob: 9948 6323
IL-ÓARRUBA Pet Shop Free Delivery Vet Service Tuesdays and Fridays 6, Triq San Ìwann Bosco, Dingli Mob: 7905 2884
Programm tal-Festa 2015
in business since 1977
17
Dingli Aluminium designs and develops innovative and energy saving windows, doors and conservatories that enhance quality, look and comfort.
For more information please call on 2145 2831 or 9947 2191 DINGLI ALUMINIUM Workshop: 17, G˙ar Bittija Street, Dingli Email: dinglim3@onvol.net
Prop. Matthew Scicluna (Ta’ Ìulinu tal-Pastizzi) VRT TESTING FRONT & REAR WHEEL ALIGNMENT
MOTOR VEHICLE SERVICING & REPAIRS
Triq il-Forti, Mosta Tel: 2141 9817 Mob: 9949 0187
Alley 2, Rabat Road, Dingli Mob: 9949 0187 / 7900 8630
ANCI’S GROCERY Simpatia Crai
Groceries, Detergents, Toiletries, Fresh Fruit & Vegetables, Gluten Free & Diabetic Products Available FREE DELIVERY
Opening hours: Wednesday to Monday – lunch & dinner Kitchen opens at 11.30 till 15.00, 19.00 till 22.30 Tuesday closed all day
Triq San Ìwann Bosco, Dingli
Tel: 2145 3821 Mob: 7904 6855
18
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
L-Innu Marċ tal-Festa ta’ Ħad-Dingli Tislima lill-awtur u l-kompożitur
Kien il-Kappillan Mons. Paul Caruana li avviċina awtur u kompożitur biex il-parroċċa ta’ Ħad-Dingli jkollha l-Innu Marċ tagħha għall-festa ta’ Santa Marija. Fl-1973 ir-Rev. George Mercieca kiteb il-kliem u Mro Vincenzo Ciappara kkompona l-mużika tal-innu. F’din il-paġna qed nippubblikaw il-kliem tal-innu marċ “Lil Marija Assunta”. Wara, SAVIO D. BORG isellem lill-poeta Għawdxi r-Rev. George Mercieca li miet fl-għomor ta’ 70 sena nhar it-22 ta’ Jannar, 2015. Isegwi tagħrif minn ARISTARCO CEFAI dwar Mro Vincenzo Ciappara, magħruf bħala r-re tal-marċi brijużi Maltin, li din is-sena jaħbat il-125 anniversarju mit-twelid tiegħu.
Lil Marija Assunta
F’dan il-Għid tal-Assunta nifirħu, Ja Dinglin għaliex waslet il-kbira. Festa tagħna li tferraħ ’il qlubna U tas-sema hi xbieha tifkira.
Inti ħlistna mill-għadu qerriedi Li ried jaħtaf il-gżejjer sbieħ tagħna U kont Int li fil-btala t’Awwissu Ħarist lejna, fil-hemm waqaft magħna.
O Marija wiċċek ħelu Lejk jiġbidna, Omm ħanina, Ibqa’ magħna, tina ’l Kristu Ħalli hu biss jgħammar fina.
Ejjew kollha Dinglin mela ngħannu Għanja ġdida lil Ommna Marija, U ninsġulha kuruna ta’ mħabba U ta’ ward f’dal-jum kbir għalenija.
L-isem tiegħek, Marija hu għasel L-għeżeż don li mill-qedem għaddewlna, L-ulied tiegħek li telqu qabilna U naqqxuh f’qalb it-tfal li ħallewlna. Inti l-kewba li tiddi filgħodu, Inti ddawwal l-iljieli mudlama Ta’ ħajjitna u tkattar ġo qlubna Tul is-snin għaqda u sliem, hena u tama. Aħna wkoll bl-għaraq tagħna bnejnielek Maqdes sbejjaħ, artal lil Mulejna, Għandu mmorru nitolbu fil-ħemda F’ħin id-dwejjaq u l-ferħ għandu ġejna. Għax mill-qedem dar-raħal qies Lilek Bħala omm u mexxejja, padruna, Int bil-ħlewwa teħodna għand Ibnek U turina s-smewwiet, bejta sħuna.
Programm tal-Festa 2015
19
Rev. George Mercieca Il-Poeta tal-Assunta (1944 – 2015)
Dun George Mercieca twieled ir-Rabat, Għawdex, fis-7 ta’ Settembru, 1944, iben Ġużeppi u Madalena née Pavia. Sa minn tfulitu kien jiffrekwenta l-Oratorju Don Bosco. Daħal novizz mas-Salesjani u studja fil-Liċew Klassiku ‘San Gregorio’ f’Katanja, kif ukoll fl-Università Pontifiċja Salesjana f’Ruma fejn kiseb il-liċenzjat fit-teoloġija bit-teżi dwar l-eżistenza tax-xitan. Għallem għal xi żmien f’kulleġġi mmexxija mis-Salesjani fi Sqallija.
Lura Malta ġie ordnat saċerdot nhar l-14 ta’ Lulju, 1974, fis-Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu; iċċelebra l-prima messa tiegħu nhar l-4 ta’ Awwissu 1974, fil-Katidral ta’ Għawdex. Għal xi żmien kien membru tal-komunità salesjana fir-raħal tagħna; għallem il-Malti, ir-Reliġjon u t-Taljan kemm fil-Kulleġġ Savio, fl-Iskola tas-Snajja’, in-Naxxar, fl-Istitut Tekniku u filLiċew Agius de Soldanis, fir-Rabat, Għawdex. Għallem it-teoloġija dommatika fl-INSERM, Malta, fejn għal xi żmien kien ukoll Dekan tad-Domma. Kien involut f’diversi għaqdiet letterarji, kulturali u soċjali. Għal żmien twil kien id-direttur spiritwali tal-Banda Leone tarRabat, Għawdex.
Ir-Rev George Mercieca jmexxi l-purċissjoni nhar il-Festa ta’ Santa Marija f’Ħad-Dingli (1999)
Sa minn żgħożitu beda jikteb, l-ewwel proża u wara poeżiji. Hekk insibu li fl-1968 huwa ppubblika l-ewwel ktieb ta’ poeżiji tiegħu u fl-2006 ippubblika l-aħħar antoloġija tiegħu bl-isem ‘L-Għanja taċĊinju’. Kellu mħabba speċjali lejn in-natura u lejn Santa Marija. Kull sena kien jikteb poeżija b’dedika lill-Assunta u jaqraha fil-jum tal-ħruġ min-niċċa tal-istatwa tal-Assunta fil-Katidral t’Għawdex. Minbarra l-poeżija Dun George kellu mħabba kbira lejn l-opra, lejn il-palk kif ukoll lejn il-letteratura Taljana. L-awtur preferit tiegħu kien Alessandro Manzoni u kien jaf bl-amment partijiet sħaħ millkapolavur tiegħu ‘I Promessi Sposi’. F’Awwissu 2008, ġie onorat b’Ġieħ il-Katidral mill-Isqof Mons. Mario Grech. Kittieb regolari kemm fil-ġurnali lokali kif ukoll f’bosta rivisti u programmi tal-festi madwar Malta u Għawdex. Predikatur imfittex ħafna. Fis-sena 1999 niseġ il-paniġierku ta’ Santa Marija fil-parroċċa tagħna u mexxa l-purċissjoni nhar il-festa. Dun George kien bniedem sensittiv ħafna, speċjalment lejn min hu batut u fqir. Kien bniedem ġeneruż immens, lest li jgħin lil kulħadd; dejjem disponibbli lejn kull min jeħtieġ l-għajnuna. Bniedem ċajtier, umli, bla ebda pretensjonijiet, b’saqajh mal-art, dejjem iterraq bil-pipa u bil-kelba; imma l-bieb tiegħu dejjem miftuħ għal kulħadd, hu min hu.
20
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Dun George ħalla din id-dinja nhar it-22 ta’ Jannar 2015, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Il-funeral tiegħu sar nhar is-26 ta’ Jannar 2015, fil-Katidral ta’ Għawdex u tmexxa mill-Isqof Mons. Mario Grech flimkien ma’ numru kbir ta’ konċelebranti. Qabel il-funeral, huwa kien espost fiċ-ċentru parrokkjali tal-Katidral fejn għal bosta snin wettaq ħidma assidwa; kien qisu t-tieni dar tiegħu! Kif kien xieraq, il-Banda Leone sellmitlu b’marċi funebri. Għalkemm kienet ġurnata ta’ maltemp kbir, il-katidral kien mimli bin-nies li ġew biex isellmu għall-aħħar darba lill-‘Poeta tal-Assunta’. Insellem il-memorja ta’ Dun George bi strofa millpoeżija tiegħu stess ‘L-Akbar Artist’ fejn jagħtina ħjiel ta’ dak li kien jaħseb dwaru nnifsu. Din il-poeżija kitibha f’Awwissu 1999, fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija u f’għeluq il-25 sena mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. “Jien biss poeta tiegħek, B’qalb kbira li taf tħobb, Ma nieqaf qatt ngħannilek, Ma nieqaf qatt inħobb.” Is-sliem ħabib!
Mro Vincenzo Ciappara 125 sena mit-twelid tiegħu
Vincenzo Ciappara twieled il-Belt Valletta fis-6 ta’ Novembru 1890 minn Carmelo u Paola née Psaila. Ta’ għaxar snin Vincenzo kien student il-Liċew, iżda wara li missieru rebaħ vjolin hu tħajjar jitgħallem il-mużika. Meta kellu erbatax-il sena beda jdoqq ilvjolin fil-knejjes u daħal fil-kappella ta’ Mro Anton Nani. Bejn l-1907 u 1-1939 kien idoqq mal-Orkestra tat-Teatru Rjal. Vincenzo baqa’ jistudja l-mużika, l-ewwel waħdu u mbagħad fl-Istitut ta’ Pawlinu Vassallo. Aktar tard tgħallem l-armonija u l-orkestrazzjoni taħt Mro Carlo Diacono u l-istrumentazzjoni talbanda taħt Mro Aurelio Doncich.
Fuq parir ta’ Mro Carlo Diacono, Vincenzo Ciappara beda jidderieġi l-orkestri. Idderieġa fit-Teatru Rjal u f’teatri oħra, f’diversi knejjes fosthom fil-Kolleġġjata tar-Rabat u blapprovazzjoni tal-Arċisqof, għal tliet snin huwa għamilha ta’ sostitut Maestro di Cappella tal-Katidral. Nhar it-3 ta’ Mejju 1928 fi programm mużikali fil-ġonna talPalazz ta’ San Anton, Vincenzo Ciappara dderieġa għall-ewwel
Mro Vincenzo Ciappara 6-11-1890 – 29-07-1979
Programm tal-Festa 2015
21
Partitura bil-mużika tal-Innu Marċ ‘Lil Marija Assunta’ li Mro Vincenzo Ciappara ikkompona għall-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli
darba lill-Banda Konti Ruġġieru li tagħha baqa’ Surmast Direttur sal-1978. Matul dawn il-ħamsin sena l-Banda Konti Ruġġieru għamlet suċċessi kbar. Is-Surmast Ciappara iżda ma kellux id-don tad-direzzjoni biss. Hu kompożitur ta’ għadd kbir ta’ marċi brijużi. F’dan il-qasam kellu suċċessi kbar. Il-marċi tiegħu ‘Lilibet’, ‘Victory’ u ‘Coronation March 1953’ li huwa kiteb għall-Banda Konti Ruggieru kienu ġew klassifikati l-ewwel f’konkorsi mnedija mill-BBC. Ikkompona wkoll bosta innijiet fosthom Innu Popolari lil San Pawl (1946), Innu lil Kristu Rxoxt (1974) u Innu Marċ lill-Konti Ruggieru (1976). Insibu għadd ġmielu ta’ marċi funebri tiegħu u kkompona ukoll: ‘Livia’ fantasija oriġinali, ‘Amore e Musica’, ‘Vicino al Mare’, ‘Sorrisi’, ‘Bianca e Rossa’, ‘Malta’ u ‘Anima e Pace’, ikoll marċi sinfoniċi; l-intermezz ‘Un Mazzo di Fiori’; u l-preludju in Re ‘Empire Unity’ li ġie esegwit ukoll fil-British Institute. Kiteb ukoll xogħlijiet sagri bħal Quddies, Tantum Ergo, antifoni, kif ukoll l-Innu tat-Tridu ta’ San Pawl. Fl-1974 Vincenzo Ciappara talab lill-Kumitat tal-Banda Konti Ruġġieru biex jintgħażel is-suċċessur tiegħu. Għalkemm Ciappara kien irtira mid-direzzjoni hu baqa’ attiv bil-kitba ġdida u arranġamenti ta’ mużika. Vincenzo Ciappara miet nhar il-Ħadd 29 ta’ Lulju 1979, fl-età ta’ 89 sena. Fil-funeral tiegħu li sar ir-Rabat kienet akkumpanjat il-Banda Konti Ruġġieru u kienu bosta l-baned preżenti biex jagħtuh l-aħħar tislima. Vincenzo Ciappara kien ukoll Surmast Direttur tal-Baned Annunzjata (Ħal Tarxien), De Rohan (ĦażŻebbuġ), La Vittoria (il-Mellieħa), Prince of Wales (Vittoriosa) u King’s Own (Valletta). Ġie mitlub ukoll biex jidderieġi l-Baned La Stella u Leone (Għawdex) kif ukoll kunċerti u operetti tal-‘Bank Sports Association’ u l-‘ballets’ mill-aljevi tal-Prinċipessa Poutiantine Tabone.
22
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
F’50 sena…
27 abbati minn Ħad-Dingli jagħtu servizz liturġiku fil-Vatikan
Dan is-sajf jaħbat il-50 wieħed konsekuttiv li matulhom gruppi ta’ abbatini minn Malta u Għawdex telgħu l-Vatikan jagħtu servizz liturġiku fil-Bażilika ta’ San Pietru. F’nofs seklu kien hemm 27 abbati mill-parroċċa ta’ Ħad-Dingli li għamlu din l-esperjenza. DIEGO ATTARD, exabbati li mar il-Vatikan fl-1982, u llum flimkien ma’ martu Lorna jgħinu fit-tmexxija tal-grupp tal-abbatini ta’ Ħad-Dingli jikteb dwar kif oriġinat din l-idea u x’tinvolvi din l-esperjenza. “X’jista jsir biex fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan jkollna servizz liturġiku aħjar?” Din kienet il-mistoqsija li aktar minn 50 sena ilu l-Papa Piju XII kien għamel lill-Malti, il-Kanonku Giuseppe Delia, li kien Direttur Nazzjonali tal-Piccolo Clero ta’ Malta. Il-Kan. Delia fehem is-sitwazzjoni u immedjatament ippropona sabiex jitwaqqaf “Preseminarju” ta’ abbatini Taljani, li waqt l-istudju akkademiku tagħhom fl-istess ħin ikunu jservu liturġikament fil-bażilika. Il-Papa laqa bil-ferħ dan issuġġeriment u ftit xhur wara twaqqaf il-“Preseminarju San Piju X”. Iżda kien hemm żmien meta anki dan il-“Preseminarju” kien jinsab fi stat li ma jibqax jiffunzjona aktar. Għal darb’oħra, il-Kan. Delia kien mistoqsi x’jista’ jsir biex dan jibqa’ jiffunzjona. Kien ħareġ bissuġġeriment li hu kien lest, li minn Malta fil-vaganzi tas-sajf itella’ grupp sabiħ ta’ abbatini sabiex jagħmlu s-servizz liturġiku fil-bażilika. Dan għall-perjodu li matulu l-abbatini Taljani jkunu għallmistrieħ tagħhom. Il-Kan. Delia kien tkellem ukoll mal-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Mikiel Gonzi u mal-Isqof ta’ Għawdex, Mons. Giuseppe Pace, li min-naħa tagħhom taw il-barka biex din il-ħidma tkun tista’ titwettaq. Kien propju nhar il-10 ta’ Awwissu 1965 meta l-ewwel grupp ta’ abbatini maltin flimkien mal-Kan. Delia telqu minn Malta sabiex jibdew il-ħidma liturġika tagħhom fil-Bażilika ta’ San Pietru f’Ruma. Ryan Paul Vella u Malachy Scerri, iż-żewġ abbatini mill-parroċċa tagħna li din is-sena se jagħtu servizz liturġiku fil-Vatikan.
Programm tal-Festa 2015
23
Din il-mawra fil-Vatikan damet sitt ġimgħat sħaħ u r-ritorn kien fil-15 ta’ Settembru, 1965. Hekk baqa’ jiġri sena wara l-oħra, ankè jekk b’xi bidliet, tul dawn il-50 sena biex sal-lum madwar 1,500 exabbati minn Malta u Għawdex servew fil-Bażilika ta’ San Pietru. Tul dan in-nofs seklu huma kienu mmexxija minn ħames diretturi spiritwali – il-Kan. Giuseppe Delia, Mons. Alwiġ Deguara, Dun Renè Vella, Dun Valentino Borg u dak attwali Mons. Frans Bonnici. Ilkoll servew fi żmien ħames Papiet: Pawlu VI, Ġwanni Pawlu I, Ġwanni Pawlu II, Benedettu XVI u Franġisku. L-aktar żewġ avvenimenti importanti waqt din ilmawra kienu u għadhom: il-vestizzjoni, meta l-abbatini jingħataw il-faxxa l-ħamra, u l-udjenza mal-Papa. Dan minbarra s-servizz ta’ kuljum fil-qadi tal-quddies filgħodu u dik ta’ nhar ta’ Ħadd u l-Vespri. Ikun hemm ħin ukoll għar-rikreazzjoni u ankè ħarġiet kulturali filbelt sabiħa tal-Vatikan, f’Ruma u barra minn Ruma, saħansitra sa Assisi.
Maurice Tanti, l-ewwel abbati minn Ħad-Dingli f’servizz liturġiku fil-Vatikan (1977).
L-għażla tal-abbatini ssir permezz ta’ eżami bil-kitba u dawk l-aktar li jġibu marki minn paroċċi differenti jintgħażlu. Mill-parroċċa ta’ Ħad-Dingli kienu bosta dawk li kellhom din ix-xorti. Ninsab ċert li bħali jgħidu li din l-esperjenza jibqgħu jgħożżuha tul ħajjithom kollha. L-Abbatini tal-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli li taw servizz liturġiku fil-Vatikan: Maurice Tanti...................... 1977 Diego Attard ....................... 1982 Emvin Ebejer ...................... 1983 Savio Dominic Borg ........... 1984 Tony Muscat........................ 1985 Tonio Galea......................... 1987 David Vassallo .................... 1990 Duncan Caruana.................. 1993 Albert P. Borg...................... 1996 Antoine Azzopardi............... 1998 Raymond Muscat ................ 2001 Edward Borg....................... 2002 William Borg....................... 2002 Matthew Galea................... 2004
Steve Pisani......................... 2005 Luke Borg............................ 2006 Keith Tanti........................... 2007 Andrea Mifsud..................... 2008 Matthew Borg...................... 2008 Karl Tanti............................. 2009 Joel Attard........................... 2010 Benjamin Borg.................... 2012 Silvan Chircop..................... 2013 Matthias Attard.................... 2013 Matthew Vella..................... 2014 Joel Attard............ 2014 (Leader) Malachy Scerri.................... 2015 Ryan Paul Vella................... 2015
Dawn l-abbatini li tul dawn il-50 sena rrappreżentaw lill-parroċċa ta’ Ħad-Dingli fil-Vatikan huma mistiedna biex nhar it-Tlieta, 18 ta’ Awwissu 2015, jieħdu sehem fil-quddiesa tas-7.00 p.m. Dakinhar se ssir ukoll il-vestizzjoni tal-abbatini l-ġodda.
24
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
GÓAL KULL XOGÓOL TA’ DEHEB U FIDDA irrikorru
GERALD JEWELLERY ❐ Naççetta Tiswijiet ❐ Mag˙luq nhar t’Erbg˙a 26, St. Rita Street, Rabat Tel: 2145 5786
SANTA MARIJA SELF SERVICE • Detergents • Toiletries • Groceries • Green Grocer FREE DELIVERIES Special Offer: With every 250 Euro spent, you will get a 5 Euro voucher or 2 packets of water x6
Triq Çensa Spiteri, Dingli Tel: 2745 0454 Mob: 9945 4158 Santa Marija Self Service Dingli
Restaurant & Pizzeria Tourist Street, Bugibba - Malta Tel/Fax: 2157 7301 Mob: 7925 4324
JANET PORTELLI VTCT MARIA MICALLEF ITEC MARIE A. VASSALLO ITEC Fully Qualified Beauty Therapists Waxing • Eyebrow shaping/tinting • Eyelash tinting Manicures • pedicures • Nail extensions Manual & machine facials • Make-up for all occasions Slimming treatments, massages. Gem technology laser/ipl for hair removal, pigmentation, acne, wrinkles, etc… Specialising in semi-permanent make-up and 6 inch loss guarantee in 2 hours only
Opening hours: Daily: 8.00 a.m. - 7.00 p.m. Wednesday closed Saturday: 8.00 a.m. - 12.00 p.m.
Dingli Tel: 2145 5602
Ta’ Sacco G ree n G ro c er
Fruit & Vegetables Inguanez Street, Dingli Opening Hours Monday to Friday : 7.00am to 12.00pm & 4.00pm to 7.00pm Saturday : 7.00am to 12.00pm
61/62, Triq Santu Wistin, Rabat
Tel: 2145 0712  Mob: 9942 5156
SANTA MARIJA PHARMACY Misraħ Frenċ Abela Dingli Tel: 21 452 447 SantaMarija@vjsalomone.com
Jawguraw l-isbaħ xewqat għall-festa lid-Dinglin kollha Ħinijiet tal-Ftuħ: Mit-Tnejn sas-Sibt bejn it-08.00 – 13.00 u 16.00 – 19.00
Gilder
The
Arthur Vassallo
70, Doni Street, Rabat, Malta Tel: 2145 9828 Mob: 9982 1006
Programm tal-Festa
Il-Ġimgħa, 7 ta’ Awwissu – Bidu tal-Kwindiċina – Marija Assunta tressaqna lejn Ġesù fl-Ewkaristija
Illum tibda l-ġabra tal-envelopes b’risq il-festa ta’ barra. Filgħodu s-saċerdoti tal-parroċċa tagħna jwasslu lil Ġesù Ewkaristija lill-morda li jitqarbnu fi djarhom kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. 8.00 a.m. Espożizzjoni ta’ Ġesù Sagramentat għal adorazzjoni privata fil-knisja b’talb biex joħroġ 7.00 p.m.
ġid spiritwali mill-festa. L-adorazzjoni tibqa’ għaddejja sa 12.00 p.m. Quddiesa tal-bidu tal-Kwindiċina ċċelebrata ħdejn l-istatwa tal-Madonna fi Triq Claudette Agius. Imexxi r-Rev. Eric Cachia S.D.B., li qed ifakkar l-10 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Wara l-quddiesa, purċissjoni b’Ġesù Sagramentat li tgħaddi minn partijiet minn dawn it-toroq: il-Ħemda, Francesco Zammit, il-Gvernatur William Reid, il-Merill u Claudette Agius. Nagħlqu quddiem l-istatwa tal-Madonna bil-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Inħeġġu ħafna lir-residenti tal-inħawi biex jattendu.
Is-Sibt, 8 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nuru s-solidarjetà tagħna maloħrajn
Fil-quddiesa tal-lejla u għada nagħmlu l-offerta tagħna għall-karità li din is-sena se tmur għall-ħidma missjunarja tar-Rev. George Scerri MSSP fil-Perù. 6.15 p.m. Rużarju, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 7.00 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Louis Mallia MSSP, Direttur taċ-Ċentru Animazzjoni
Missjunarja. Din il-quddiesa se tkun animata minn grupp li fil-jiem ta’ wara se jħallu Malta biex imorru jwettqu ħidma volontarja fil-Perù.
Il-Ħadd, 9 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu biex joħroġ ġid spiritwali mill-festa 9.30 a.m.
Quddiesa mmexxija mill-Kappillan, ir-Rev. Ewkarist Zammit bis-sehem tal-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli b’tifkira mit-twaqqif tagħha. Wara ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
It-Tnejn, 10 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għal ħutna l-mejtin u għal min għaddej minn mumenti diffiċli 6.30 p.m. 7.00 p.m.
Rużarju. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Paul Muscat O.S.A. li matulha nitolbu għal ħutna l-mejtin, speċjalment dawk li mietu matul din l-aħħar sena. Il-familjari tagħhom huma mistiedna jattendu. Nitolbu wkoll għal dawk li għaddejjin minn mumenti diffiċli f’ħajjithom. Wara ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
It-Tlieta, 11 ta’ Awwissu – Marija Assunta tindokra lit-tfal tagħna
It-tfal jinġabru ħdejn l-istatwa tal-Madonna f’Misraħ il-Mafkar bir-roti tagħhom imżejna fl-okkażjoni tal-festa. Minn hawnhekk jitlaq pellegrinaġġ bir-roti li jgħaddi minn dawn it-toroq: Ġużè Ellul Mercer, Ċensa Spiteri, il-Kunċizzjoni, il-Kbira u l-Parroċċa. Tul din ir-rotta jingħad ir-Rużarju quddiem niċeċ bi statwi tal-Madonna. 6.40 p.m. Il-Kappillan, ir-Rev. Ewkarist Zammit, ibierek lit-tfal kollha f’Misraħ Ġużè Abela. Wara, it-tfal bir-roti tagħhom jimxu f’korteo wara statwa tal-Assunta sal-M.U.S.E.U.M. tas-Subien. Il-pellegrinaġġ isir bis-sehem tal-membri tal-M.U.S.E.U.M., l-Għaqda Mużikali Santa Marija u l-gruppi tal-iScouts u l-Girl Guides. 7.00 p.m. Quddiesa fil-bitħa tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien għat-tfal kollha tal-parroċċa. Jiċċelebra r-Rev. Christopher Ellul, saċerdot novell. Wara l-quddiesa, it-tfal jingħataw tifkira flokkażjoni tal-festa. 6.00 p.m.
L-Erbgħa, 12 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għall-benefatturi 6.30 p.m. 7.00 p.m.
Rużarju. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Mario Scerri MSSP li fiha niftakru b’mod speċjali filbenefatturi ħajjin u mejtin tal-parroċċa. Mistiedna b’mod speċjali dawk li jgħinu b’xogħol volontarju fl-armar u t-tindif tal-knisja, kolletturi u distributuri u l-membri tal-iskema Ħbieb tal-Assunta. Wara ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Il-Ħamis, 13 ta’ Awwissu – Il-Ħruġ min-niċċa tal-Istatwa Titulari ta’ Santa Marija - Marija Assunta tindokra lit-trabi tagħna
Quddiesa għall-komunità parrokkjali ta’ Ħad-Dingli taħt il-patroċinju ta’ Santa Marija. Imexxi l-Eċċellenza Tiegħu, l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech. F’din il-quddiesa niċċelebraw id-don tal-ħajja, fil-preżenza tal-ġenituri u t-trabi li twieldu matul din l-aħħar sena. Fi tmiem il-quddiesa, issir Ċelebrazzjoni Ewkaristika fuq iz-zuntier. Wara nsellmu lillistatwa għażiża ta’ Santa Marija, patruna tar-raħal tagħna u f’dan il-mument it-trabi jiġu ppreżentati lil Santa Marija minn Mons. Isqof Mario Grech. Kull tarbija tingħata tifkira tal-okkażjoni. Il-poplu kollu ta’ Ħad-Dingli mistieden jattendi. 8.45 p.m. L-Ikla tal-Festa organizzata mill-Kumitat Festa Esterna f’Misraħ Ġużè Abela. 7.00 p.m.
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Awwissu – Il-Vġili ta’ Santa Marija 6.30 p.m. 7.00 p.m.
Rużarju. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Joseph Zahra O.P. bis-sehem tal-fratelli tal-parroċċa li fiha jingħata l-mandat lir-reffiegħa tal-istatwa ta’ Santa Marija. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Is-Sibt, 15 ta’ Awwissu – L-Għid tal-Assunta 9.30 a.m.
Quddiesa solenni tat-tlugħ fis-sema tal-Madonna mmexxija mill-Kappillan, ir-Rev. Ewkarist Zammit. Wara, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Il-Ħadd, 16 ta’ Awwissu – Marija Assunta tipproteġi lit-trabi tagħna 9.30 a.m.
Quddiesa mmexxija mir-Rev. Charlon Muscat li fiha jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija. Mistiedna jieħdu sehem ukoll il-missirijiet u l-ommijiet li qed jistennew tarbija u tingħad talba fuq it-tarbija fil-ġuf. Wara, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
It-Tnejn, 17 ta’ Awwissu – Marija Assunta tħares liż-Żgħażagħ tagħna Illum tibda l-ġabra tal-envelopes b’risq il-festa ta’ ġewwa. 6.30 p.m. Rużarju. 7.00 p.m. Quddiesa mmexxija minn Mons. Louis
Camilleri u wara funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 8.30 p.m. Quddiesa fil-knisja organizzata mill-Kummissjoni Parrokkjali Adoloxxenti u Żgħażagħ tal-parroċċa. Imexxi r-Rev. Mario Dimech, Viċi Kappillan tal-Mellieħa.
It-Tlieta, 18 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għall-Abbatini talParroċċa 6.15 p.m. 7.00 p.m.
Rużarju, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Mark Zammit, saċerdot novell, li matulha ssir ilvestizzjoni tal-abbatini l-ġodda u t-tiġdid tal-wegħdiet mill-abbatini l-oħra. Jieħdu sehem ukoll il-ġenituri tal-abbatini. Mistiedna wkoll dawk kollha li kienu abbatini u matul dawn l-aħħar 50 sena telgħu jagħtu servizz fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan.
L-Erbgħa, 19 ta’ Awwissu – L-Ewwel Jum tat-Tridu - Marija Assunta tħares l-Għaqdiet tagħna.
Qrar minn konfessur barrani. Rużarju bil-litanija kantata. Quddiesa mmexxija minn Mons. Louis Camilleri, li qed ifakkar il-45 sena millordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Jieħu sehem il-Kunsill Lokali, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-membri u d-diriġenti tal-għaqdiet, gruppi u każini. Il-prietki tat-tridu ser isiru mir-Rev. Michael Bugeja. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 6.15 p.m. 6.30 p.m. 7.00 p.m.
Il-Ħamis, 20 ta’ Awwissu – It-Tieni Jum tat-Tridu - Marija Assunta tħares il-familji tagħna
Qrar minn konfessur barrani. Rużarju bil-litanija kantata. Quddiesa għall-familji kollha tal-parroċċa mmexxija mir-Rev. Alfred Sacco S.D.B. li qed ifakkar l-40 sena mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Nagħmlu stedina speċjali lill-koppji li din is-sena jagħlqu 60, 50, 25 jew 10 snin miżżewġin u lil dawk li ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ fl-aħħar sena, li kollha jingħataw tifkira tal-okkażjoni. Fi tmiem issir il-preżentazzjoni tal-Premju Joseph Lowell għall-Familja lil xi persuna jew familja fil-parroċċa li tkun ħadmet volontarjament b’risq il-familja jew tat l-għajnuna u l-ħin lill-familji fil-bżonn. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 9.00 p.m. Programm Vokali u Strumentali organizzat u finanzjat mill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli fuq il-planċier ħdejn il-knisja parrokkjali. Fl-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine, jieħdu sehem ukoll il-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Kyle Scicluna Cascun. 6.15 p.m. 6.30 p.m. 7.00 p.m.
Il-Ġimgħa, 21 ta’ Awwissu – It-Tielet jum tat-Tridu - Marija Assunta tħares lis-saċerdoti u lir-reliġjużi fis-sena ddedikata lill-ħajja kkonsagrata
Qrar minn konfessur barrani. Rużarju bil-litanija kantata. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Carmelo Sacco S.D.B., li qed ifakkar l-40 sena millordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Mistiedna speċjali l-membri tal-kummissjonijiet li għandha l-parroċċa u dawk b’sehem fil-liturġija. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tatTridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 8.30 p.m. Marċ organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna; l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: ilKnisja, Misraħ Suffara, San Pawl tal-Pitkali, Ġann Mari Abela, il-Merill, il-Ħemda, il-Gvernatur William Reid, Francesco Zammit, Carmelo Bugeja, Ġużè Ellul Mercer, Ċensa Spiteri, Misraħ Frenċ Abela, il-Kunċizzjoni, il-Kbira, il-Parroċċa u Misraħ Ġużè Abela. Fl-aħħar parti tal-marċ il-banda takkumpanja lill-istatwa ta’ Santa Marija sakemm titpoġġa fuq il-pedestall f’Misraħ Ġużè Abela. Fit-tmiem jinħaraq logħob tannar u jsir ġbir mill-membri tal-Kumitat Festa Esterna. 6.15 p.m. 6.30 p.m. 7.00 p.m.
Is-Sibt, 22 ta’ Awwissu – Lejlet il-Festa
Qrar minn konfessur barrani. Quddiesa kantata tat-Te Deum b’ringrazzjament ’l Alla u ’l Madonna f’għeluq l-Kwindiċina. Imexxi r-Rev. Carlo Calleja, saċerdot novell. Għal din il-quddiesa huma mistiedna speċjali l-anzjani u l-morda tal-parroċċa li jinsabu fid-djar tagħhom jew f’residenzi għall-anzjani. Jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda lil dawk li għandhom aktar minn sittin sena u ‘l-morda. 5.30 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.00 p.m. Wasla tal-Eċċellenza Tiegħu, l-Arċisqof Metropolità ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna. Hu jintlaqa’ mill-Kappillan u jidħol jagħmel viżta quddiem Ġesù Sagramentat fil-Kappella tal-Adorazzjoni f’Dar Don Bosco. 6.10 p.m. Translazzjoni Pontifikali Solenni tar-Relikwa tal-Madonna mill-M.U.S.E.U.M. tassubien sal-knisja. Imexxi l-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna. 6.30 p.m. Kant tal-Ewwel Għasar tal-festa fil-knisja. 7.00 p.m. Quddiesa Solenni mmexxija mill-Arċisqof Mons Charles J. Scicluna. 8.30 p.m. Marċ organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: il-Parroċċa, Misraħ Ġużè Abela, Għar Bittija, l-Irdum, il-Kbira u l-Parroċċa. Fl-10.15 p.m. issir waqfa quddiem il-Knisja biex il-banda tesegwixxi l-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine, bis-sehem ukoll tal-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Kyle Scicluna Cascun. Issir ukoll kommemorazzjoni tal-25 sena mill-wasla tal-qniepen. Wara l-marċ ikompli f’din ir-rotta: San Rokku, il-Kbira, il-Mitħna, isSalesjani u l-Maddalena waqt li jsir ħruq ta’ logħob tan-nar tal-ajru. 11.30 p.m. Ħruq tan-nar tal-art fi Triq il-Maddalena. Waqt il-kant tal-Innu lill-Assunta u l-ħruq tan-nar tal-art isir ġbir mill-membri talKumitat Festa Esterna. 8.30 a.m. 9.00 a.m.
Il-Ħadd, 23 ta’ Awwissu – Jum il-Festa ta’ Santa Marija 6.30 a.m. 8.00 a.m. 9.15 a.m.
10.30 a.m.
11.15 a.m. 5.00 p.m. 5.45 p.m. 5.45 p.m.
7.00 p.m. 10.15 p.m.
10.45 p.m.
Quddiesa. Quddiesa. Konċelebrazzjoni Solenni ta’ Jum il-Festa mmexxija mir-Rev. George Scerri MSSP, saċerdot minn Ħad-Dingli li qed jiċċelebra l-50 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Jinseġ il-paniġierku r-Rev. Karm Mercieca, Assistent Direttur talMoviment ta’ Kana. Marċ brijuż organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: ix-Xefaq, Dun Xand Cortis, il-Ħawli, San Pawl, Salvu Azzopardi, Ġużè Ellul Mercer, l-Għajn, Santa Duminka, Santa Marija, il-Kbira, il-Parroċċa u Misraħ Ġużè Abela. Quddiesa. Quddiesa kantata mmexxija mill-Kan. Jonathan Farrugia. Kant tat-Tieni Għasar tal-festa fil-knisja. Marċ organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: il-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: il-Buskett, San Ġwann Bosco, il-Kbira u l-Parroċċa. L-istess banda ddoqq l-Ave Maria waqt il-ħruġ tal-purċissjoni u wara tesegwixxi programm mużikali. Tkanta l-Ave Maria s-soprano Karen Camilleri. Purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ Santa Marija. Takkumpanja fuq stedina tal-Kumitat Festa Esterna l-Banda Peace tan-Naxxar. Imexxi l-purċissjoni l-Kan. Jonathan Farrugia. Fid-dħul tal-purċissjoni jindaqq l-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine mill-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat, il-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Luke Scicluna Cascun. Wara, Ċelebrazzjoni Ewkaristika fil-knisja. Marċ tal-Aħħar organizzat u finanzjat mill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ ĦadDingli.
AGIUS STONE WORKS ltd.
Valletta Road, Mqabba, MQB 9019 | t: 21640202 | f: 21647188 | m: 99447305 | agius.com.mt | info@agius.com.mt restoration | conservation | sculptures | mouldings | lathe works | natural stones | marble | lime products | scaffolding | netting
Programm tal-Festa 2015
37
L-aħħar sena fil-ħajja tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli
Ir-Rev. Charlon Muscat jingħaqad mal-kleru tal-parroċċa F’Awwissu 2014 ingħaqad mal-kleru tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli, Dun Charlon Muscat. Hu beda jaqdi l-ministeru tiegħu fil-parroċċa nhar l-1 ta’ Awwissu 2014 meta dakinhar mexxa ċ-ċelebrazzjoni tal-ewwel jum tal-Kwindiċina ta’ Santa Marija. Dun Charlon Muscat twieled fit-30 ta’ April 1985 u hu mill-parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta. Fit-3 ta’ Lulju 2013 ġie ordnat saċerdot fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt. F’Settembru 2014 nħatar bħala Direttur taċ-Ċentru tal-Vokazzjonjiet Djoċesani. Din il-ħidma vokazzjonali hija fuq livell djoċesan fejn jsiru diversi laqgħat, live-ins u akkumpanjament personali għallpre-adoloxxenti, adoloxxenti u żgħażagħ li qed jħossu lill-Mulej isejħilhom għassaċerdozju. Jagħti wkoll servizz ta’ direzzjoni spiritwali lill-istudenti tas-Seminarju Minuri. Lil hinn mill-ħidma tiegħu fis-Seminarju, Dun Charlon Muscat jagħti servizz pastorali fil-parroċċa tagħna, fejn hu responsabbli mill-formazzjoni tal-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin. Il-President ta’ Malta fostna għall-festa Minn meta ħadet il-ġurament tal-ħatra bħala President ta’ Malta, nhar l-4 ta’ April 2014, l-ewwel appuntament għall-Eċċellenza Tagħha Marie-Louise Coleiro Preca f’ĦadDingli kienet il-preżenza tagħha f’jum il-festa titulari ta’ Santa Marija. Nhar il-Ħadd 17 ta’ Awwissu 2014, il-President attendiet għaċċelebrazzjoni tal-quddiesa solenni ta’ jum il-festa li tmexxiet mill-Eċċellenza Tiegħu, l-Isqof Awżiljarju ta’ Tirana-Durrës fl-Albanija, Mons. George Frendo O.P. Il-President Marie-Louise Coleiro Preca kienet akkumpanjata mis-Sur Edgar Preca. F’dik il-quddiesa, l-Isqof Frendo ġie ppreżentat bis-somma ta’ €1,500 li nġabru mill-parroċċa tagħna għall-proġett tal-bini ta’ ċentru mill-Patrijiet Dumnikani Maltin f’raħal qrib Durrës fl-Albanija. Wara ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa, il-President esprimiet ruħha sodisfatta ħafna bil-merħba li ngħatat mill-poplu ta’ Ħad-Dingli u għall-organizazzjoni tal-quddiesa ta’ jum il-festa. Fid-Dar Parrokkjali hi ltaqgħet mal-Kappillan, il-kleru tal-parroċċa u l-komunità Salesjana, membri parlamentari, is-Sindku u l-kunsilliera. Id-Dinglin isellmu lill-Arċisqof il-ġdid f’jum l-ingress solenni tiegħu fil-Katidral tal-Imdina Nhar is-Sibt 21 ta’ Marzu 2015, il-parroċċa ta’ Ħad-Dingli ngħaqdet mal-kumplament tal-Knisja f’Malta biex tiċċelebra l-ingress solenni tal-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna. Minn Ħad-Dingli
38
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
ġie organizzat trasport għal ħdejn il-Knisja ta’ San Duminku fir-Rabat, it-tieni knisja minn sensiela li fihom l-Arċisqof il-ġdid waqaf għal mumenti ta’ talb fi triqtu lejn il-Katidral tal-Imdina. Il-komunità ta’ Ħad-Dingli kienet immexxija mill-Kappillan, Dun Ewkarist Zammit, u kienet tinkludi l-abbatini talparroċċa u grupp sabiħ ta’ lajċi li taw merħba lill-Arċisqof il-ġdid mal-wasla f’Misraħ San Duminku. Hawnhekk Mons. Scicluna ntlaqa’ mill-Arċisqof Emeritu, Mons. Pawlu Cremona O.P., u flimkien niżlu jitolbu fil-kappella talMadonna tal-Għar. Wara, kulħadd ingħaqad magħhom fil-kant tas-Salve Regina. Fuq iz-zuntier talknisja tad-Dumnikani, Mons. Charles J. Scicluna ġie ppreżentat b’kartolina ta’ awguri ffirmata millabbatini kollha. Il-kartolina tpenġiet mill-abbati Ryan Paul Vella. Fil-qoxra ta’ quddiem hu pinġa l-figura ta’ Ġesù r-Ragħaj it-Tajjeb, mudell ta’ kull ħdima fil-Knisja, u fuq wara l-knisja parrokkjali ta’ Ħad-Dingli. Mons. Charles J. Scicluna apprezza ħafna dan il-ġest mill-grupp tal-abbatini. It-30 sena mit-twaqqif tal-Għaqda Mużikali Santa Marija L-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ ĦadDingli din is-sena qed tiċċelebra t-30 anniversarju mit-twaqqif tagħha. Kien nhar is-27 ta’ Jannar 1985, li f’laqgħa ġenerali annwali ġiet approvata emenda biex il-każin li sa dakinhar kien magħruf bħala ‘Dingli Club’ jiġi msemmi ‘Każin Santa Marija Dingli’ u jibda t-tagħlim tal-mużika. B’hekk twaqqfet il-Banda tal-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. It-30 sena minn dik il-ġrajja tfakkar fost l-oħrajn b’quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla ċċelebrata fil-knisja parrokkjali nhar is-26 ta’ Jannar 2015 mill-Eċċellenza Tiegħu, l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. Nhar it-8 ta’ Mejju 2015, festa tal-Madonna ta’ Pompei, l-Għaqda Mużikali Santa Marija organizzat fil-knisja parrokkjali Akkademja Vokali u Strumentali ‘Lejn Marija bil-Melodija’. L-akkademja saret taħt il-patroniċinju tal-Eċċellenza Tagħha, il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca. Il-Kor Parrokkjali Regina Coeli impenjat fil-parroċċa u barra Matul il-festa ta’ Santa Marija, il-Kor Parrokkjali Regina Coeli jilħaq il-qofol talattività tiegħu. Is-sehem tal-kor matul ilfesta tas-sena 2014 kien immarkat b’antifona ġdida Hodie Maria, li l-Maestro di Cappella u Direttur tal-Kor, Mro James Chappell ALCM LLCM MLJ, irregala lill-parroċċa. Din indaqqet għall-ewwel darba fi tmiem ilquddiesa ta’ lejlet il-festa ta’ Santa Marija, nhar is-Sibt 16 ta’ Awwissu 2014. Hekk kompla jikber ir-ripertorju mużikali li Mro Chappell qiegħed jikkomponi speċifikament għall-festa titulari tagħna.
Programm tal-Festa 2015
39
F’Settembru 2014, waqt it-tifkira ta’ Jum Ħad-Dingli mtella’ mill-Kunsill Lokali, Mro James Chappell ġie ppreżentat bi premju ta’ rikonoxximent għall-kontribut mużikali volontarju li jagħti fil-komunità tagħna. Il-kor parrokkjali jkun impenjat tista’ tgħid is-sena kollha fl-animazzjoni bil-kant ta’ festi u okkażjonijiet fil-ħajja tal-parroċċa. Nhar il-Ħamis 11 ta’ Diċembru 2014, il-kor tella’ Kunċert tal-Milied fil-knisja parrokkjali bit-tema ‘Stedina għall-Ferħ’. F’dan il-kunċert ġiet inawgurata wkoll l-istallazzjoni artistika “Anġli” tal-iskultur Charles Sammut, li hu wkoll membru tal-kor. Din l-istallazzjoni artistika b’disa’ figuri ta’ anġli baqgħet armata fil-knisja tul in-novena u żmien il-Milied billi din is-sena għal dan il-perjodu liturġiku ffukajna fuq il-figura tal-anġli li wasslu l-aħbar tat-twelid ta’ Ġesù. Fil-Ġimgħa Mqaddsa li għaddiet, il-membri tal-kor kellhom żewġ appuntamenti barra mill-iskeda tas-soltu. Nhar it-Tnejn 30 ta’ Marzu 2015, il-kor kanta waqt l-inawgurazzjoni tar-restawr talkurċifiss li nsibu fil-knisja parrokkjali. L-għada, it-Tlieta 31 ta’ Marzu 2015, il-kor ħa sehem waqt il-Via Sagra drammatizzata fit-toroq ta’ Ħad-Dingli. Fit-8 ta’ Mejju 2015, il-kor parrokkjali ħa sehem fl-akkademja vokali u strumentali li fakkret it-30 sena mit-twaqqif tal-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Fl-aħħar tnax-il xahar, il-Kor Parrokkjali Regina Coeli kellu diversi stediniet biex ikanta f’okkażjonijiet barra minn Ħad-Dingli. Nhar il-Ħadd 19 ta’ Ottubru 2014 anima bil-kant, pontifikal solenni li fakkar il-140 sena mit-twaqqif tal-Filarmonika Nazzjonali ‘La Valette’, fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, fil-Belt. Tliet xhur wara, fil-Belt ukoll, il-kor kanta fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann waqt quddiesa għall-miżżewġin il-ġodda organizzata mill-Moviment ta’ Kana. Din il-quddiesa ġiet iċċelebrata nhar is-Sibt, 17 ta’ Jannar 2015. Il-kor parrokkjali rritorna l-Belt f’Mejju meta għall-ewwel darba ħa sehem fil-festa titulari ta’ Santu Wistin, li tkun iċċelebrata fil-parroċċa mmexxija mill-komunità Agostinjana. Is-Sibt 16 ta’ Mejju kanta waqt l-ewwel għasar solenni, waqt li l-għada l-Ħadd 17 ta’ Mejju filgħodu kanta fil-quddiesa solenni tal-festa. F’Marzu, il-kor żamm l-appuntament annwali mal-parroċċa tal-Imsida waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-festa liturġika ta’ San Ġużepp permezz ta’ żewġ servizzi: quddiesa kantata u translazzjoni fit-18 ta’ Marzu, u quddiesa solenni l-għada, id-19 ta’ Marzu. Il-kor reġa’ kanta fil-parroċċa tal-Imsida mill-Ġimgħa 17 sal-Ħadd 19 ta’ Lulju, fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjoni tal-festa titulari ta’ San Ġużepp. Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa mill-Grupp tal-Abbatini Għar-raba’ sena konsekuttiva, il-grupp tal-Abbatini organizza wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa li din is-sena kellha bħala tema: “Ibqgħu fl-imħabba tiegħi.” Din hi s-sejħa li Ġesù għamel fl-aħħar ikla lid-dixxipli tiegħu u hi meħuda mill-Evanġelju skont San Ġwann, kapitlu 15, vers 9. Il-wirja kienet miftuħa għall-pubbliku bejn is-27 ta’ Marzu u t-3 ta’ April 2015 u għall-ewwel darba saret fil-post li l-parroċċa għandha ħdejn il-knisja. Fl-ewwel kamra ġiet armata mejda li tirrappreżenta l-Aħħar Ċena, b’differenza. Ġie deċiż li jsiru platti bl-ismid ikkulurit. Bl-għajnuna tal-Kappillan, Dun Ewkarist Zammit, sar kuntatt ma’ Brian Borg li
40
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
ġab miegħu l-materjal u l-esperjenza li għandu u bil-paċenzja kollha spjega u wera lill-abbatini kif huma għandhom jarmaw u jippreżentaw ix-xogħlijiet tagħhom. L-abbatini Joel Attard, Silvan Chircop u Matthias Attard ħadu ħsieb li jagħmlu l-platti mimlija bi smid ikkulurit u bl-isem ta’ kull appostlu. L-abbati Ian Calafato ħa ħsieb il-platti bis-simboli u l-abbati Ryan Vella pinġa wiċċ Kristu bic-charcoal. Fit-tieni kamra ntrama sepulkru, pitturi, statwi u tpinġijiet bit-tema tal-Ġimgħa Mqaddsa. L-aħħar kamra kienet iddedikata lill-kwadru titulari tal-kappella ta’ Santa Marija Maddalena li kien għadu kemm inġieb lura mir-restawr. Il-kwadru juri l-laqgħa ta’ Kristu Rxoxt ma’ Marija ta’ Magdala. Il-parroċċa tirringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor offrew l-għajnuna tagħhom lill-abbatini fosthom Diego u Lorna Attard, Dun Charlon Muscat u l-familji Micallef, Tanti, Galea u Muscat li ġentilment offrew xi oġġetti li kienu esibiti fil-wirja. It-triq tas-salib fit-toroq tagħna – Via Sagra drammatizzata L-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli kien ilha tnax-il sena tfakkar il-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu fit-toroq ta’ Ħad-Dingli. Għall-ewwel darba din is-sena ngħaqdet mal-parroċċa biex flimkien organizzajna produzzjoni innovattiva. Nhar it-Tlieta 31 ta’ Marzu 2015 filgħaxija saret Via Sagra drammatizzata li bdiet mill-każin tal-Għaqda Mużikali Santa Marija u ntemmet fuq iz-zuntier tal-knisja parrokkjali. L-għan ewlieni talmixja fit-toroq kien li n-nies jirriflettu fuq il-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu permezz tal-ħmistax-il stazzjon li ġew animati matul it-triq u fi tmiem b’rappreżentazzjoni tal-mewt u l-qawmien fuq l-għolja f’nofs ir-raħal, fejn hemm mibnija l-knisja parokkjali. Ħadu sehem ’il fuq minn 130 personaġġ bibliku taħt iddirezzjoni tas-Sur Paul Azzopardi, il-gruppi tal-iScouts u l-Girl Guides ta’ Ħad-Dingli, il-Kor Parrokkjali Regina Coeli, il-kantanta Josephine Ebejer Grech, u l-Banda Santa Marija. Il-Via Sagra kellha bħala tema: “Is-Salib: Skola ta’ Mħabba.” Il-ħsibijiet li jorbtu ma’ din it-tema kienu traduzzjoni għall-Malti ta’ dawk li saru fil-Via Sagra preseduta mill-Papa Benedittu XVI filKolossew ta’ Ruma nhar il-Ġimgħa l-Kbira tal-2012. Bosta inizjattivi pastorali matul is-sena Il-parroċċa żammet l-appuntament annwali mal-organizazzjoni tal-Assemblea Parrokkjali li tkun miftuħa għal kulħadd. Din kienet mifruxa fuq tlett ijiem: id-19, l-20 u l-21 ta’ Novembru 2014 u kellha bħala tema “Aqdef ’il barra fil-fond.” (Lq5:4) Fl-ewwel ġurnata ġiet trattata r-realtà tal-familji llum u bl-għajnuna ta’ Dun Frans Abdilla u l-koppja Sunny u Josephine Schiavone rajna kif se ngħinu lillfamilji jagħmlu esperjenza ta’ Ġesù. It-tieni ġurnata kienet iddedikata għall-Adorazzjoni Ewkaristika waqt li fl-aħħar ġurnata saret preżentazzjoni dwar id-direzzjoni li miexja fiha l-parroċċa tagħna u diskussjoni dwar wieħed x’jixtieq li jara aħjar fiha.
Programm tal-Festa 2015
41
Il-Kummissjoni Djakonija għamlet kwestjonarju fost 150 familja li ntgħażlu biex jieħdu sehem f’dan l-eżerċizzju maħsub biex juri r-realtajiet li qed jgħixu fihom il-familji tagħna. Dan bil-għan li l-parroċċa tkun tista’ tirrispondi bl-aħjar mod għal dawn ir-realtajiet u tindirizza s-servizzi pastorali u soċjali tagħha biex tkun verament ta’ sostenn għall-familji tagħna. Il-kwestjonarji nġabru minn grupp ta’ voluntiera li rċevew taħriġ biex setgħu jgħinu fejn meħtieġ. Bħalissa l-kwestjonarji qed jiġu analizzati minn professjonisti tal-Caritas. Il-Kummissjoni Parrokkjali Adoloxxenti u Żgħażagħ żammet l-impenn tagħha li torganizza mumenti għall-membri tagħha fi żmien il-festa, il-Milied u l-eżerċizzi spiritwali tar-Randan. Ħadet ukoll l-inizjattiva li torganizza żewġ laqgħat formattivi: waħda fi Frar li kienet miftuħa wkoll għall-ġenituri dwar kif wieħed jista’ jgħin lil min jabbuża mid-droga u oħra f’April dwar l-abbuż mid-droga. Minn Jannar li għadda, il-Kummissjoni Familja bdiet tieħu ħsieb torganizza l-quddiesa tal-aħħar Ħadd tax-xahar fid-9.30 a.m. Din il-quddiesa qed tkun għall-familji kollha tal-parroċċa, inkluż it-tfal. Bejn Jannar u Marzu 2015, sittax-il koppja ta’ għarajjes irċevew il-kors ta’ tħejjija għaż-żwieġ imfassal mill-Moviment ta’ Kana fil-parroċċa tagħna. Il-parroċċa żammet it-tradizzjoni li darba f’sena jsir il-vjatku solenni tal-morda. F’din l-okkażjoni Ġesù Ewkaristija jitwassal f’purċissjoni bis-sehem tal-fratelli u l-abbatini lill-morda tal-parroċċa fi djarhom. Fl-aħħar snin, l-appuntament mal-vjatku kien għall-Ħadd fuq l-Għid il-Kbir filgħodu. Din is-sena sar nhar Ħadd il-Għid, l-akbar festa tal-Knisja Kattolika, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. Fil-ħames Ħadd tal-Għid, nhar it-3 ta’ Mejju 2015, il-parroċċa organizzat irtir għall-membri kollha tal-għaqdiet u l-kummissjonijiet tal-parroċċa. L-irtir sar fil-Kulleġġ Savio u għalih attendew rappreżentanza sabiħa ta’ mexxejja u membri tal-għaqdiet, il-membri tal-kummissjonijiet, il-katekisti u l-ministri straordinarji tat-tqarbin. Seminarista f’esperjenza fil-parroċċa tagħna Mill-1 ta’ Lulju 2015, Mark Mallia Pawley, seminarista fis-sitt sena, beda esperjenza ta’ sena magħna, fil-parroċċa ta’ Ħad-Dingli. Mark għandu 26 sena u hu mill-parroċċa ta’ San Sebastjan, f’Ħal Qormi. Hu jinsab magħna l-ewwel bħala seminarista fis-sajf u mbagħad bħala djaknu minn Novembru li ġej sas-sajf tas-sena d-dieħla meta jiġi ordnat saċerdot. Għalhekk Mark Mallia Pawley jinsab magħna fl-aħħar sena tal-formazzjoni tiegħu fisseminarju u bi tħejjija għas-saċerdozju qed jesperjenza dak li jsir fil-ħajja ta’ kuljum f’parroċċa u jgħin lill-Kappillan fil-ħidma tiegħu. Nota ta’ radd il-ħajr Il-parroċċa tirringrazzja lil kulħadd għall-parteċipazzjoni f’dawn l-attivitajiet. Trodd ħajr lill-ħafna voluntiera li jagħtu ħinhom bla ebda forma ta’ ħlas għall-ħidmiet differenti li jwettqu fil-parroċċa. Tirringrazzja lill-familja Abela li fl-aħħar sena tat donazzjoni ta’ propjetà tas-saċerdot Dun Ġwann Abela lill-parroċċa. Din il-propjetà tinsab qrib il-knisja u għal xi snin intużat bħala post fejn jiltaqa’ l-Leġjun ta’ Marija f’Ħad-Dingli. Tirringrazzja wkoll lil Lourdes Fenech u May Zammit li ħadmu b’mod volontarju żewġ trieħi b’bizzilla taċ-ċombini għal żmien il-festa u lil Anna Galea li ħietet drapp ġdid għal-lopop tal-linef fil-knisja u spellizzi u suttani għall-abbatini l-ġodda. Fl-aħħar nett, il-parroċċa tirringrazzja lill-poplu kollu ta’ Ħad-Dingli għall-ġenerożità tiegħu lejn id-Dar ta’ Alla u l-ħidma li l-parroċċa twettaq fost il-komunità kollha residenti fi ħdanha.
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
42
Rabat Garage
PRIVATE LESSONS AT DINGLI
Taxi & Car Hire
MATHEMATICS
Mini Buses 14-22 seated For all occasions
Telephone
2145 3161 Mobile
9947 1921 Email
info@rabatgarage.com Web
SEC O-Level for May 2016 Form 4 for 2015-2016 Starting end of August 2015 Tel: 2145 3284 Mob: 9984 9532
www.rabatgarage.com
Pauline’s Health and Beauty Salon Mtarfa Road, Mtarfa Tel: 2145 0432 Mob: 7933 1730
Facials, Eye Treatments, Waxing, Electrolysis, Tinting, Massages, Manicures and Pedicures, Nail Extensions and Nail Art, Slimming Treatments, Semi-Permanent Make-up, Make-up for all Occasions
GillesB.Pharm Briffa Rizzo (Hons.) Jawgura l-Festa t-Tajba lid-Dinglin kollha Tel: 2145 7128
By Pauline Micallef I.T.E.C. Diploma
David Vassallo (Il-Óa©i)
GÓAL KULL QATGÓA TA’ LAÓAM FRISK JEW TAL-FRIÛA IRRIKORRU GÓAND
ST. MARY BUTCHER 59, Main Street, Dingli
David John
7949 8254 Mob: 9982 2149 Mob:
Tel: 2145 9454 Mob: 9945 6205 / 9987 5561
Programm tal-Festa 2015
43
44
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Don Bosco Fostna
Ħad-Dingli jfakkar il-200 sena mit-twelid tal-fundatur tas-Salesjani
Nhar is-Sibt, 16 ta’ Mejju 2015, il-parroċċa ta’ Ħad-Dingli kellha l-grazzja tal-preżenza talurna bil-fdalijiet ta’ San Ġwann Bosco, il-fundatur tas-Salesjani li twieled f’Awwisu ta’ 200 sena ilu. Ir-REV. ERIC CACHIA S.D.B., membru tal-komunità Salesjana f’Ħad-Dingli, jikteb dwar din il-ġrajja u l-imħabba li Don Bosco kellu lejn il-Madonna, l-Għajnuna tal-Insara. Il-festa ta’ Santa Marija hija intimament marbuta mal-ġrajja ta’ Don Bosco. Għal bosta snin, skont il-kitbiet tal-qaddis stess, isSalesjani żammew il-15 ta’ Awwissu bħala l-jum li fih twieled Don Bosco. Iżda studju jurina li fil-fatt, Don Bosco twieled ġurnata wara, jiġifieri fis-16 ta’ Awwissu 1815. Għaliex dan l-“iżball” min-naħa ta’ Don Bosco? Il-ħajja tiegħu kienet nisġa ta’ avvenimenti, avventuri, provi u grazzji msejsa fuq katina qawwija u ċerta: il-preżenza ta’ Marija Santissima f’ħajtu. Marija kienet dik, li fi kliemu stess, “għamlet kollox hi”. Lejlet l-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu, ommu Margherita, fakkritu kif sa minn twelidu, hija kienet offrietu lil Marija u talbitu jibqa’ marbut mal-qalb tagħha. Kien tassew parir li Don Bosco għożż sa mewtu. Fuq is-sodda talmewt, Don Bosco saħaq għal bosta drabi, bejn nifs u ieħor, li “Marija tinsab magħna. Bħalissa tinsab miexja fostna”. Dak li s-Salesjani ħasbuh delirju, għal Don Bosco kienet rivelazzjoni ta’ imħabba materna attwali, reali u preżenti f’ħajtu. Wieħed jifhem, b’distanza ta’ bosta snin, kemm tassew l-Għajnuna tal-Insara kienet miegħu f’kull pass li għamel. Mhux ta’ b’xejn, għalhekk, li poġġa d-data tat-twelid tiegħu nhar Santa Marija! Mhux ta’ b’xejn l-insistenza ta’ Papa Franġisku, fiż-żjara tiegħu lis-Salesjani nhar il-Ħadd 21 ta’ Ġunju 2015, fejn saħaq fuq l-imħabba lejn il-Madonna, “dik l-imħabba lejn Omm, għax Don Bosco qatt ma staħa jitkellem fuq ommu; intom ukoll, Salesjani, tistħux titkellmu fuq Marija, bħala Għajnuna tal-Insara u Omm il-Knisja”. Awwissu tas-sena 2015 huwa wieħed għażiż għall-familja Salesjana kollha. Fis-16 ta’ Awwissu 2015, il-Kongregazzjoni Salesjana tfakkar il-mitejn sena mit-twelid tal-Fundatur. Kien bidu umli u fqir, minn kmajra ċkejkna f’raħal żgħir imsejjaħ Becchi, fejn it-tfajjel Ġwanninu Bosco ħolom u ra dak li kellu jkun il-futur tiegħu. Għan-nies li tfisser kollox bil-moħħ, dik il-ħolma kienet sintomu ta’ mard mentali. Għal min qara s-sitwazzjoni b’għajnejn ta’ fidi, dik il-ħolma kellha messaġġ kbir u profetiku. L-istess messaġġ għadu jiżviluppa sal-lum għax lil hinn minn ħolma normali, dak il-messaġġ inbidel f’kariżma li l-ispirtu rawwem fil-qalb ta’ Ġwanninu. Don Bosco li nafu llum kellu wkoll bidu fqir u umli. Ir-raħal ta’ Becchi nbidel f’dinja ta’ ħidma favur it-tfal l-aktar fil-bżonn. Kemm kienet għalhekk idea sabiħa li dan il-biċentinarju jitfakkar b’pellegrinaġġ uniku u mondjali: dak li l-urna bil-fdal tal-Qaddis, iddur id-dinja kollha kull fejn ulied Don Bosco jinsabu jwettqu dik il-ħolma tat-tfajjel. U dan, fis-sena ddedikata lill-Ħajja Kkonsagrata. Kemm kienet xena ta’ tqanqil tara lil Don Bosco fostna, mhux biss f’Malta bejn l-14 u t-18 ta’ Mejju, iżda sewwasew ukoll firraħal maħbub ta’ Ħad-Dingli. Fl-2018 is-Salesjani jagħlqu 50 sena mill-bidu tal-ħidma tagħhom
Programm tal-Festa 2015
45
f’dan ir-raħal. Ħad-Dingli bewwes ilkariżma ta’ Don Bosco mal-imħabba profonda lejn Marija Assunta. Taħt il-ħarsien ta’ Marija, Ħad-Dingli sar bejta li minnha ħarġu bosta żgħażagħ lesti li jagħmlu differenza fis-soċjetà. Bejn professjonisti u oħrajn li ħaddnu l-ħajja saċerdotali jew reliġjuża, ĦadDingli offra spazju mill-aqwa lil Don Bosco fejn miss u qanqal il-qlub. Kien għalhekk f’waqtu li l-urna ta’ Don Bosco tqatta’ ħin xieraq fir-raħal ta’ Ħad-Dingli. Kemm kienet xena sabiħa dik li tara lit-tfal u ż-żgħażagħ, anzjani u kbar, imdawwrin f’Dar Dun Bosco jitolbu r-Rużarju. Kemm kienet xena sabiħa tara lill-fratelli tal-parroċċa jerfgħu lil Don Bosco sakemm wassluh fil-knisja parrokkjali. Xi kliem sabiħ u mqanqal qasam magħna l-Kappillan waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa, huwa u jħares lejn il-figura ta’ Don Bosco u jitolbu jbierek il-familji Dinglin. Il-kariżma għada ħajja u attwali għax hija frott tal-Ispirtu s-Santu. Il-kariżma huwa don mogħti lil Don Bosco imma ferm ikbar mill-persuna. Fejn hemm fedeltà u tiġdid, se jkun hemm dejjem ħajja l-kariżma li titlob adattament skont iċ-ċirkustanzi taż-żmien imma dejjem fidila lejn ilmissjoni oriġinali tal-Fundatur. Kull anniversarju joffri opportunità ta’ tiġdid. L-aspett ċelebrattiv, għalkemm sabiħ, m’għandu qatt joħnoq l-urġenza evanġelika għat-tiġdid. Jalla Don Bosco jkompli jbierek lil Ħad-Dingli u jħares liż-żgħażagħ, “dik il-porzjon tas-soċjetà, tant mimlija tama imma wkoll f’riskju”, kif kien iħobb itenni Don Bosco. Jalla l-qalb ta’ Don Bosco tqanqal fina l-istess imħabba u fiduċja lejn Marija Assunta aħna u nitolbuha tifrex il-mant tagħha fuqna biex tħarisna fil-ħajja ta’ kuljum.
IL-KAPPELLA TAL-ADORAZZJONI F’DAR DUN BOSCO miftuħa mit-Tnejn sas-Sibt mis-7.30a.m sad-9.00p.m. Post fejn titlob fis-skiet u f’ambjent ta’ ġabra
46
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Roman Villa Centre Ray Azzopardi Proprietor
Souvenirs • Crafts • Jewellery • Gifts Roman Villa Centre Tel: 2145 4048 Museum Esplande Fax: 2145 0568 Rabat RBT 1202 Email: rvc@onvol.net
Awarded the Best Souvenir Shop in Malta
DAVID’S HARDWARE STORE
Electrical and Water Fittings Garden Equipment, Household Goods and all kinds of Hand Tools & Electrical Tools Tinting Machine
Dingli Tyre Service Wheel Alignment & Tyre Repair Service ‘Sunrise’, Turretta Road, Dingli.
(ħdejn iċ-Ċimiterju)
All types of tyre repair and wheel alignment Vast selection of tyres & alloy wheels (rims) Batteries, car care products & car accessories Contact Joe on
9949 8074
M.S.D. Detergents, Personal Care, Perfumes Stationery, Binding & Lamination Book Covering A4 / A3 Colour & B&W Photocopies also from Pendrive or SD Cards Special Student Rates
Over 10,000 Paint Colours Available Triq G˙ar Bittija, Dingli Tel: 2145 7071 Mob: 7905 3401
80, Triq Ġużè Ellul Mercer, Dingli Tel: 2145 3289 • Mob: 7961 9839 Email: rita864@hotmail.co.uk Prop: Lippu Galea
Triq G˙ar Bittija, Dingli Tel: 2145 3744
48
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Ir-restawr u l-konservazzjoni tal-kurċifiss tal-Knisja Parrokkjali ta’ Ħad-Dingli
Ix-xbieha għażiża ta’ Ġesù Msallab fil-kappellun tal-kurċifiss tal-knisja parrokkjali ta’ ĦadDingli ġiet restawrata u kkonservata fi proġett li l-parroċċa kkummissjonat lill-kumpanija Atelier del Restauro. Il-kurċifiss ħalla l-knisja parrokkjali f’Settembru 2014 biex ġie lura għall-Ġimgħa Mqaddsa 2015. MARIO MICALLEF tkellem mal-konservatriċi u restawratriċi VALENTINA LUPO dwar il-valur storiku u artistiku tal-kurċifiss u l-interventi li twettqu fillaboratorju tal-kumpanija. Il-kumpanija li wettqet ix-xogħol Ir-restawr u l-konservazzjoni ta’ dan patrimonju artistiku ġie fdat f’idejn il-kumpanija Atelier del Restauro, fillaboratorju tagħha fil-Mosta. Din il-kumpanija hi bi sħab bejn tliet professjonisti f’dan il-qasam – Valentina Lupo, Maria Grazia Zenzani u Simon Dimech - li jimpjegaw oħrajn magħhom. L-imħabba tagħhom għallarti hi magħġuna mal-importanza li jagħtu għax-xjenza u l-etika fil-konservazzjoni tax-xogħol li jkollhom. Għalkemm ilha mwaqqfa mill-2012, diġà ġiet fdata b’għadd ta’ proġetti importanti. Fost l-oħrajn dawn jinkludu r-restawr tal-pittura fis-saqaf tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna tal-Mellieħa, il-konservazzjoni tal-istatwi titulari ta’ Sant’Elena f’Birkirkara u ta’ San Pawl f’Ħal Safi u dokumenti fl-Arkivji tal-Inkwiżizzjoni fl-Imdina. Sfond dwar il-kurċifiss Il-korp ta’ Kristu fuq is-salib hu skultura filkartapesta polikroma (miżbugħa). Il-kartapesta hi waħda mill-aktar tekniki antiki fl-arti. Din tinvolvi l-ipproċessar tal-karta biex jinħolqu oġġetti tridimensjonali. Sal-lum għad m’hemmx dokumentazzjoni dwar min kien l-artist iżda din l-iskultura tmur lura bejn wieħed u ieħor lejn is-seklu 19 u hu maħsub li hu xogħol lokali. Dan it-tip ta’ kurċifiss hu magħruf bħala “Kristu tal-ġogi” billi l-idejn jistgħu jingħalqu. Dan billi l-parti ta’ fuq tal-id, millispalla, tista’ titniżżel ’l isfel għal malqadd. Kurċifissi mobbli ta’ dan it-tip fl-imgħoddi kienu jintużaw waqt il-
Programm tal-Festa 2015
49
funzjoni tat-3.00 p.m. nhar il-Ġimgħa l-Kbira. Dawn kienu jagħmluha possibbli li l-korp jinqala’ minn mas-salib u idejh jingħalqu biex issir rappreżentazzjoni tad-difna. Din it-tradizzjoni kienet komuni madwar l-Italja fil-Medjuevu u għadha teżisti f’Sardinja u f’xi rħula fi Sqallija. F’Malta għandna diversi eżempji ta’ “Kristu tal-ġogi” iżda m’għadhomx jintużaw għall-funzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ħlief f’xi ftit knejjes bħal dik ta’ Sidtna Marija ta’ Porto Salvo fil-Belt immexxija mid-Dumnikani. L-intervent ta’ konservazzjoni u restawr Qabel ma’ jagħtu bidu għat-trattament, ir-restawraturi riedu li jifhmu sew l-istruttura tal-kurċifiss, kif ġie magħmul, x’materjali ntużaw u x’ikkawża l-ħsara. Il-metodoloġija użata kienet tinkludi fost l-oħrajn endoscopy fejn permezz ta’ kamera żgħira saret investigazzjoni tal-intern tal-korp, fotografija b’dawl naturali u b’dawl ultravjola, u analiżi xjentifika ta’ mikro-kampjuni meħudin mill-kulur talkarnaġġjon biex ikun magħruf jekk il-polikromija hix oriġinali. Ir-restawraturi kkummentaw fuq l-ammont kbir ta’ trab li kien hemm akkumulat fuq il-korp kollu, speċjalment fuq in-naħa ta’ wara, li kkaġuna ħsara u tbajja. Bħala struttura nstab li f’xi żoni l-kartapesta kienet iddgħajfet, kien hemm xquq, partijiet fejn iż-żebgħa bdiet tinqala’ minn mal-ġibs u oħrajn fejn il-ġibs beda jinqala’ minn mal-kartapesta waqt li tnejn mis-swaba kienu qegħdin jinqalgħu. Ġie stabbilit ukoll li fl-imgħoddi saru diversi interventi ta’ restawr fuq l-iskultura fosthom meta l-korp inkesa b’kisja ħoxna ta’ xellak (bħal verniċ li jintuża mill-mastrudaxxi għallgħamara). Din il-kisja safranija biddlet id-dehra tal-karnaġġjon tal-korp ta’ Ġesù imsallab b’mod li tagħtu dehra safranija skura. Dan is-saff oħxon ta’ xellak li kien qed jaħbi wkoll ir-realtà sħiħa tal-ħsara li kien hemm tneħħa blapplikazzjoni ta’ solvent-gels. Instab ukoll li fl-imgħoddi t-terħa kienet miżbugħa b’żewġ saffi ħoxnin ta’ żebgħa kummerċjali u żdiedet bordura griża fit-tarf. Fil-proċess ġie skopert li oriġinarjament l-artist kien pitter taqtir ta’ demm biex jagħti dehra aktar realistika lill-korp. It-tindif sar b’reqqa u paċenzja kbira permezz ta’ xfafar irqaq ħafna. Proċess li ħa t-tul kien dak biex twaħħlet u ġiet konsolidata l-qoxra taż-żebgħa li kienet qed tinqala’ minn fuq il-korp. B’paċenzja kbira, bl-użu ta’ siringa ddaħħlet il-kolla taħt il-qoxra waqt li permezz ta’ sħana l-kulur trattab biex fejn kien hemm distakk dan twaħħal lura f’postu. Wara kien imiss li b’teknika simili tiġi msaħħa l-kundizzjoni tal-kartapesta nnifisha. Fl-aħħar fażijiet, imtlew il-postijiet fejn kien waqa’ l-kulur u wara beda l-irtokk bl-użu ta’ akwarelli. Il-korp ta’ Kristu Msallab ngħata passata reżina sintetika li għandha reżistenza qawwija għaż-żmien u temperaturi għoljin. Dan bil-għan li ż-żebgħa tiġi protetta mill-elementi. Fl-aħħar ġiet applikata xemgħa mikro kristallina biex il-korp jingħata effett satinat. Kull fażi tal-proġett kienet dokumentata fotografikament. Ix-xogħol kollu twettaq skont l-etika u l-prinċipji moderni tal-konservazzjoni li jinkludu li l-interventi huma riversibbli u limitati biss għal dak li verament kien meħtieġ li jsir.
50
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
X’riżultati nkisbu? Il-konservazzjoni u r-restawr ippermettew li l-kurċifiss jirritorna mhux biss għas-sbuħija oriġinali tiegħu iżda ħarġu aktar id-dettalji li l-artist fittex li jagħmel fosthom il-polikromija (iż-żebgħa) oriġinali, l-isfumaturi ċari, il-karatteristiċi realistiċi tal-wiċċ, ilmudellatura tal-korp u t-terħa li tagħti l-impressjoni viżiva li ġiet imblukkata waqt moviment. Id-dirgħajn juru t-tensjoni minħabba t-toqol tal-ġisem. Magħhom sensiela ta’ marki, tbenġil u dmija li juru l-flaġellazzjoni u l-martirju li għadda minnu Kristu. Mill-kartapesta, materjal relattivament fqir, l-artist irnexxielu joħroġ opra ta’ arti mill-isbaħ. Xogħol fin-niċċa Fil-perjodu li l-kurċifiss kien għar-restawr, il-parroċċa ħadet ħsieb tagħmel xogħol ta’ tisbiħ u titjib fin-niċċa. L-ewwel nett ittieħed parir professjonali jkunx għaqli li n-niċċa tingħalaq bi ħġieġa jew tibqa’ kif inhi, miftuħa. Il-parir kien li minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi, l-aħjar hu li n-niċċa tibqa’ miftuħa bil-kurċifiss jitfarfar regolarment mit-trab. Ittieħdet id-deċiżjoni li l-isfond jinbidel għal damask ġdid ta’ lewn ħamrani. Id-damask twaħħal minn Peter Muscat wara li sar xogħol fuq l-injam ta’ wara minn Victor Micallef. Fl-istess żmien sar xogħol ta’ tikħil u tibjid tan-niċċa minn Norbert Fenech. Fuq pariri ta’ inġiniera u tekniċi tal-kumpanija Nexos Lighting inxtrat sistema professjonali li ddawwal il-kurċifiss. Din ġiet istallata minn impjegati ta’ din il-kumpanija flimkien ma’ Emanuel Abela. L-inawgurazzjoni tar-restawr Fil-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa, nhar it-Tnejn 30 ta’ Marzu 2015, saret iċċerimonja tal-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett. Iċ-ċerimonja li saret filknisja parrokkjali wara l-quddiesa ta’ filgħaxija kellha żewġ elementi: ċelebrazzjoni ta’ talb, kant u qima lejn is-Salib Imqaddes u preżentazzjoni dwar ix-xogħol li sar u l-valur storiku u artistiku ta’ dan il-kurċifiss. It-talb u l-qima lejn is-Salib Imqaddes tmexxa mis-saċerdoti tal-parroċċa. Il-kant bis-sehem tal-Kor Parrokkjali Regina Coeli, l-organista u grupp ta’ mużiċisti kienu taħt id-direzzjoni ta’ Mro James Chappell. Is-Sinjuri Valentina Lupo u Maria Grazia Zenzani għamlu preżentazzjoni dwar ix-xogħol li wettqu matul is-sitt xhur li l-kurċifiss għamel fil-laboratorju tal-kumpanija tagħhom. Il-mument li l-parruċċani kien ilhom jixtiequ u li l-parroċċa ħadmet għalih, l-inawgurazzjoni tar-restawr tal-kurċifiss sar millKappaillan, Dun Ewkarist Zammit waqt li l-kor kanta l-Innu lis-Salib Imqaddes:
Programm tal-Festa 2015
51
Sliem għalik Salib Imqaddes siġra bħalek qatt imkien. F’ebda masġar qatt ma dehret ħlejqa bħalek fil-ħolqien. Għuda, imsiemer illi jġorru Dak li bħalu qatt ma kien. Il-Kappillan irringrazzja lill-kumpanija Atelier del Restauro għax-xogħol professjonali li wettqu biex bidlu lura l-kurċifiss għad-dehra oriġinali tiegħu u fl-aħjar kundizzjoni possibbli. Hu radd ħajr ukoll lil dawk li għamlu xogħol bla ħlas fin-niċċa u fl-isfond tal-kurċifiss u lill-poplu ta’ Ħad-Dingli li b’tant ġenerożità ta donazzjonijiet biex setgħu jitħallsu l-ispejjeż. Kienet sorpriża għal dawk kollha preżenti li fi tmiem, il-kumpanija Atelier del Restauro offriet li tirrestawra mingħajr ħlas wieħed mill-erbataxil kwadru tal-Via Sagra fil-knisja.
L-Għajn Main Street, Dingli
Confectionery
Stationery • Gifts & Toys Tel: 2145 3763 Mob: 7985 8722
Jawguraw il-Festa t-Tajba lid-Dinglin kollha
St. Rita Street Rabat Tel: 2145 6566
Ngħinu fil-ġbir għall-festa
Il-Ìimg˙a, 7 ta’ Awwissu u fil-jiem ta’ wara
Albural g˙all-Festa Esterna. Membri mill-Kumitat Festa Esterna ji©bru l-envelopes immarkati “Offerta g˙all-Festa ta’ Barra” li tqassmu ma’ dan il-programm.
Il-Óadd, 9 ta’ Awwissu
Fil-quddies kollu jsir ©bir g˙all-karità li din is-sena se jmur g˙all-ħidma missjunarju tar-Rev. George Scerri MSSP fil-Perù.
It-Tnejn, 17 ta’ Awwissu u fil-jiem ta’ wara
Il-Ìabra l-Kbira b’risq il-Festa ta’ Ìewwa. Il-kolletturi tal-parroçça ser ji©bru l-envelopes talFesta ta’ Ìewwa li ser jitqassmu wara li jsir l-albural g˙all-festa esterna.
Il-Ìimg˙a, 21 u s-Sibt, 22 ta’ Awwissu
Ìbir mill-Kumitat Festa Esterna fi tmiem il-març tal-Ìimg˙a u waqt il-kant ta’ l-Innu l-Kbir u l-˙ruq tan-nar tal-art is-Sibt.
52
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
ANIMAL for FRESH BREAD DAILY 56, San Ìwann Bosco Street, Dingli Tel: 2145 4451 Mob: 9940 9715
Open on Sunday from 6.00am to 1.00pm
Food Shop 28, Triq il-G˙ajn Dingli Tel: 2145 6199
Il-Festa t-Tajba lid-Dinglin kollha
GÓAL KULL XORTA TA’ QATGÓA TA’ LAÓAM FRISK JEW TAL-FRIÛA Irrikorru
VINCE BUTCHER
18, Parish Street, Dingli Tel: 2145 2854 Mob: 7945 2854
Caters for: All kinds of Stationery, Toiletries, Cards, Various kinds of Toys, Giftware, Underwear Triq Francesco Zammit, Dingli Tel: 2145 1132
The Magic Price Detergents & Toiletries Shop 18, Daħla Tas-Sienja, Dingli
(Ftit ’l isfel mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali)
Rabat
Shoe Repair 66, Main Street Rabat, Malta Tel: 2745 4593
Mob: 9924 8677, 9956 8239 Ħinijiet tal-ftuħ: Tnejn sal-Ġimgħa mis-7.30am sa 12.30pm u mill-4.00pm sas-7.30pm Is-Sibt: mis-7.30am sas-2.00pm Għal kull għażla ta’ detergents u affarijiet għall-kura tal-persuna bi prezzijiet kompetittivi ħafna u għall-but ta’ kulħadd. Għandna għażla tajba ta’ shampoos, deodorants u shower gels, kif ukoll nappies u wipes fost affarijiet oħra
Narawkom u nixtiequ lid-Dinglin kollha l-Festa t-Tajba
Programm tal-Festa 2015
53
The Cathedral Opticians 50% off selected sunglasses Daysoft UV One day disposable contact lenses 1 Hour Service Frames from only €25.00 Open all day at G’Mangia: Mon-Fri: 08.30 - 12.30 • G’Mangia : 2122 6020 / 2122 8370 • Fgura : 2167 3332 Żebbuġ : 2146 5768 • B’Kara : 2149 0213 • Qormi : 2148 8950 • Naxxar : 2143 1152 • Rabat : 2145 0845 Luqa : 2189 5248 • Attard : 2141 8315 • San Ġwann : 2138 3947 • Birżebbuġa : 2142 1976
Nickovich Fruit, Vegetables & Groceries Fresh Fruit & Vegetables daily Opening Hours: Mon-Fri: 7am - 7pm Sat: 7am - 1pm
21, Triq il-Kulle©©, Rabat (Opposite Primary School)
54
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Il-Kappella tal-Maddalena: Restawr Bla Ħsieb
F’maltempata qawwija fil-lejl bejn id-9 u l-10 ta’ Diċembru 2014, il-kappella ta’ Santa Marija Maddalena fuq l-irdum ta’ Ħad-Dingli ntlaqtet minn sajjetta. IL-PERIT DAVID VASSALLO jagħti ħarsa lejn il-ħsara li ġarrbet il-kappella u lejn il-ħidma ta’ restawr li saret fix-xhur ta’ wara. Il-ħsara Kien nhar l-10 ta’ Diċembru li għadda meta għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħodu ċempilli l-Kappillan u talabni nitla’ sal-Kappella ta’ Santa Marija Maddalena minħabba li kienet intlaqtet minn sajjetta matul dak il-lejl. Kif wasalt ix-xena kienet waħda impressjonanti: il-parti ta’ fuq talfaċċata, mis-salib sat-tieqa t-tonda kienet imwaqqa’ għal kollox, bil-ġebel imtajjar ma’ kullimkien inkluż knaten sħaħ li taru iktar minn għoxrin metru ’l bogħod. It-taraġ tal-kappella kien imkisser ukoll. Anke fuq ġewwa kien hemm ħsara kbira: ġebel ma’ kullimkien, is-siġġijiet u kull ma kien hemm fuq l-artal kienu mferrxa mal-art u l-pittura ta’ fuq l-artal kienet milquta f’diversi bnadi. Kien evidenti li s-sajjetta għamlet ħsara kbira ukoll biex ħarġet għax wieħed seta’ jara ħsara f’wieħed mill-ħitan tal-ġnub minn fejn l-istess sajjetta ħarġet. Ir-restawr F’sitwazzjoni bħal din kellna numru ta’ deċiżjonijiet x’jittieħdu b’mod immedjat. L-iktar żewġ deċiżjonijiet importanti fiċ-ċirkustanzi kienu li: • kemm jista’ jkun malajr jitneħħa kull periklu li kien hemm; u • titwaqqaf milli ssir iktar ħsara, iktar u iktar meta kien żmien ta’ maltemp u x-xita prattikament ma waqfet xejn. Imma bħalma dik il-ħsara kollha saret fi ftit tassekondi, bl-istess mod kienet malajr l-għajnuna li sibna. Permezz ta’ intervent immedjat minn ħaddiema tad-Direttorat tar-Restawr fi ħdan ilMinisteru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, sar xogħol biex l-ewwel nett tneħħa kull periklu, inkluż li ntrifdu dawk il-partijiet tal-istruttura li kienu miksura, bħall-blata tal-bieb ta’ barra. Minnufih ukoll, il-parti ta’ fuq tal-ħitan mikxufa nksew b’mod temporanju biex jitwaqqaf milli jidħol l-ilma tax-xita u ssir iktar ħsara.
Programm tal-Festa 2015
55
Dakinhar stess ukoll rajna li niġbru kemm nistgħu mill-biċċiet tal-ġebel li kienu mferrxa ma’ kullimkien. Dan għaliex ridna li kemm u fejn possibli, jintuża l-istess ġebel fix-xogħol ta’ tiswija. Fil-ġranet ta’ wara bdew il-preparamenti għax-xogħol ta’ rikostruzzjoni u restawr. Wara li ġie magħżul bir-reqqa il-ġebel kollu li seta’ jerġa jintuża, minħabba li xi ġebel kien tkisser għal kollox kellna bżonn ammont ta’ ġebel ieħor. Ġie deċiż li mmorru għal ġebel ta’ kwalità simili għar-rikostruzzjoni tal-faċċata biex ir-riżultat finali jkun jidher kemm jista’ jkun qrib ta’ kif kienet oriġinarjament. Hawn ukoll ir-rispons kien immedjat hekk kif numru ta’ Dinglin offrew ġebel simili li kellhom fl-għelieqi tagħhom biex ikun jista’ jintuża. B’hekk wara li ntrama scaffolding malfaċċata beda x-xogħol ta’ rikostruzzjoni millħaddiema tad-Direttorat tar-Restawr. Il-ġebel miksur fejn kien possibbli beda jitwaħħal u jitpoġġa. Il-partijiet in-nieqsa nħadmu millġebel li ġie pprovdut kif spjegat. Sar ukoll xogħol ta’ konsolidament u tisħiħ tal-istruttura partikularment il-blata tal-bieb ta’ barra (l-istess blata li fuq barra tagħha tidher l-iskrizzjoni talinawgurazzjoni tal-Kappella fl-1646). Kif dan tlesta, sar xogħol ta’ kisi b’materjal apposta (poruż minħabba l-umdità) ta’ partijiet sostanzjali mill-ħitan ta’ ġewwa. Wara, nżebgħu l-ħitan b’żebgħa addattata. Sadattant il-parroċċa ħadet ħsieb li jsir ir-restawr tal-kwadru titulari li kellu ħsarat f’diversi partijiet tiegħu. Dan ir-restawr sar mill-istess artist li pittru fl-2005, il-Kavallier Pawlu Camilleri Cauchi, u x-xogħol sar fl-istudio tiegħu fir-Rabat, Għawdex. Il-parroċċa ħadet ħsieb ukoll il-manutenzjoni fuq il-bieb ta’ barra. It-tindif tal-pavimentar sar bla ħlas minn benefattur. Sadanittant, il-kumpanija Alberta offriet li bi spejjeż tagħha tinstalla kalamita tas-sajjetti (lightning conductor) għal fuq l-istess kappella. Il-materjal u x-xogħol kollu tal-istallazzjoni sar b’xejn millistess kumpanija. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli wkoll ta għajnuna b’diversi modi skont il-ħtieġa. Il-proġett ta’ restawr ġie inawgurat b’quddiesa u attività ta’ ġurnata fl-inħawi tal-kappella nhar ilĦadd 26 ta’ April, 2015. Sistema ta’ dawl Waqt li konna għaddejjin bil-ħidma fuq dan ilproġett, ġejna kkuntattjati wkoll mis-Sur Tony Zahra, imprenditur lokali magħruf, li offra li jħallas għal sistema ta’ dawl addattat għal barra tal-istess kappella b’tifkira tat-tifla tiegħu li tilfet ħajjitha fl-inħawi ftit taż-żmien ilu. Minħabba n-natura talpost qed naraw b’attenzjoni li dak li jsir ikun addattat għal dan is-sit. Fil-fatt qed tinħadem sistema apposta għall-kappella u nittamaw li din tiġi stallata fil-qrib. Dak li beda bħala inċident b’sajjetta wassal biex illum il-kappella ġiet restawrata, għandha kalamita ġdida u dalwaqt ikollha wkoll sistema ta’ dawl ġdida. L-iktar ħaġa mpressjonanti f’dan il-proġett
56
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
kienet l-ammont kbir ta’ għajnuna li ġiet offruta biex seta’ sar dan kollu. Kien permezz tal-ġenerożità ta’ ħafna nies li dan ix-xogħol seta’ jsir b’mod daqshekk tajjeb u malajr. Nota storika dwar il-kappella L-ewwel dokumentazzjoni dwar l-eżistenza ta’ kappella ddedikata lil Santa Marija Maddalena f’dawn l-inħawi tmur lura għall-bidu tas-seklu ħmistax. Il-kappella reġgħet inbniet kif inhi llum fl-1646 wara li kienet iġġarrfet. Skrizzjoni li hemm fuq il-bieb tal-kappella tgħid li din ġiet inawgurata mill-Isqof ta’ Malta Don Fra Michaelangelo Balaguer nhar il-15 ta’ April 1646. Il-kwadru titulari, li juri l-laqgħa ta’ Kristu Rxoxt ma’ Marija Maddalena hu xogħol il-Kavallier Pawlu Camilleri Cauchi li lestieh fl2005. Ġie inawgurat flimkien ma’ proġett ta’ restawr estensiv fuq l-istess kappella li kien jinkludi artal, bieb u pavimentar ġodda nhar il-Ħadd 20 ta’ Mejju 2007. Il-kappella ntlaqtet minn sajjetta darbtejn: nhar l-4 ta’ Frar 1936 u fil-lejl bejn id-9 u l-10 ta’ Diċembru 2014.
Road Maintenance Services Ltd. G˙al kull xog˙ol ta’ bankini, paving, trinek, twittija ta’ konkos u landscaping Road Maintenance Services Ltd. Triq F. Ghio, Ûejtun Phone: J. Desira Tel: 2166 1819 • Mob: 7986 1201, 9986 1201
Programm tal-Festa 2015
57
It-twemmin fl-Assunzjoni ta’ Marija fl-ewwel sekli tal-Kristjaneżmu (2) Ir-rakkonti tas-“Sitt Kotba”
Fil-programm tal-festa tas-sena l-oħra tajna ħarsa lejn it-Transitus Mariae, li huwa l-aktar rakkont magħruf fuq l-aħħar jiem ta’ Omm Alla fuq l-art. Skont dik il-kitba, il-Madonna kienet tgħix f’Ġerusalemm fejn mietet u ttellgħet fis-sema. Hemm iżda tradizzjonijiet oħra miktuba, li jpoġġu lil Betlehem bħala l-belt fejn Marija għexet għal xi żmien qabel marret lura Ġerusalemm biex tmut. IL-KAN. JONATHAN FARRUGIA din is-sena jikteb dwar dawn irrakkonti li jinsabu miżmuma fl-hekk imsejħa “sitt kotba” – li huma sitt kapitli ta’ din il-ġrajja, fejn kull kapitlu jingħad li nkiteb minn tnejn mill-appostli. Din il-kitba probabbli ġejja misseklu 4. Fl-introduzzjoni l-kittieb mhux magħruf jgħid li fisseklu 4 xi monaċi tas-Sinaj saru jafu minn viżjoni li r-rakkont tal-aħħar ġranet ta’ Marija kien jinsab f’dawn is-sitt kotba li kienu mitlufa. Huma marru jfittxuh Ġerusalemm u Ruma, imma ma sabuhx. Fl-aħħar marru Efesu jitolbu fid-dar fejn kien għex San Ġwann u hemm dan dehrilhom u tahom il-ktieb. Naturalment din hija ġrajja mistħajla li nkitbet biex tagħti ċertu piż lill-awtentiċità tar-rakkont f’għajnejn min jaqrah. Fi ftit kliem, din il-kitba tgħid li Marija kienet tħobb tmur titlob fuq il-qabar vojt ta’ binHa, u dan wassal biex il-mexxejja tal-Lhud joħduha kontriha, u dawn Il-kappella fil-monasteru tal-Briġittini mibni fuq ftehmu mal-awtoritajiet Rumani biex jgħassu l-qabar il-post fejn skont il-kitbiet ta’ Santa Briġida kien sabiex ma jħalluhiex tersaq lejh. Il-Lhud qalulha titlaq hemm i-dar tal-Madonna f’Betlehem. minn Ġerusalemm u hi, mingħajr ma gergret għaliex kienet ġiet mgħarrfa waqt it-talb li dalwaqt jasal iż-żmien meta terġa’ tingħaqad ma’ binHa, marret Betlehem f’dar li kellha hemm. L-appostli ngħaqdu magħha wara xi żmien u komplew il-ħidma tagħhom f’dan ir-raħal. Hemmhekk ħafna Lhud kienu qed jikkonvertu għall-Kristjaneżmu minħabba li Marija kienet qed tagħmel ħafna mirakli. Għal darb’oħra dan ġibed l-attenzjoni u l-korla tal-mexxejja li ġagħlu lir-Rumani jibgħatu s-suldati Betlehem biex joqtlu lilha u lill-appostli għax beżgħu li kienu se jeqirdu t-twemmin Lhudi minħabba s-sinjali tagħhom. Qabel waslu, iżda, l-Ispirtu s-Santu tajjar lill-imfittxija lura lejn Ġerusalemm b’mod li meta s-suldati waslu sabu d-dar vojta. Meta l-Lhud indunaw li kienu mill-ġdid fid-dar li kellha l-Madonna f’Ġerusalemm, ippruvaw jaħarquha bihom ġewwa, iżda meta qorbu ħareġ nar middar li ħaraq lilhom minflok. Dan l-episodju wassal lill-gvernatur Ruman biex jordna li ssir diskussjoni pubblika bejn l-Insara u l-Lhud, u hu fl-aħħar ta r-raġun lill-Insara. Sadanittant, għal Marija kien wasal il-mument li tħalli d-dinja, u għalhekk l-appostli ħaduha lejn ilqabar li ħejjew għaliha qrib il-Ġetsemani. Il-Lhud xorta kienu għadhom inkurlati għaliha u ftehmu li jaħarqu ġisimha, iżda meta wieħed minnhom, jismu Ġefonija, medd idejh fuq il-katalett li fuqu
58
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli kienet qed tinġarr il-Madonna, anġlu jaqtagħlu jdejh barra, li baqgħu mwaħħlin mal-katalett. Marija, iżda, fejqitu. Meta waslu fil-qabar, deherilhom Kristu li ħa miegħu ruħ l-omm imqaddsa tiegħu. Xi manuskritti jsemmu wkoll, li xi ġranet wara, ġisimha ttieħed fil-ġenna mill-anġli, fejn qiegħed jistenna li jingħaqad mill-ġdid ma’ ruħha fl-aħħar taż-żmien. Oħrajn jgħidu li wara li ġisimha ttieħed fil-ġenna, dan ingħaqad minnufih ma’ ruħha u jispiċċaw bir-rakkont taż-żjara li tagħmel Marija fid-dinja l-oħra, fejn tara l-postijiet fejn l-erwieħ it-tajba qed igawdu u fejn il-ħżiena qed ibatu. Dawn is-“Sitt Kotba” jippreżentawlna diversi punti interessanti. L-ewwel u qabel kollox insemmu r-rakkont mirakoluż (iżda fittizju) tas-sejba tagħhom u l-fatt li jiġu ppreżentati bħala kitba appostolika. It-tieni nistgħu nsemmu l-permanenza ta’ Marija f’Betlehem – ħaġa li ma nsibuha flebda tradizzjoni oħra; u fl-aħħar hemm dawk il-verżjonijiet li jgħidu li l-ġisem tal-Madonna qed jinżamm fil-ġenna sa meta għad jerġa’ jingħaqad ma’ ruħha meta l-erwieħ kollha jingħaqdu mill-ġdid ma’ ġisimhom fil-qawmien mill-imwiet.
L-aktar aspett li jiġbed l-attenzjoni tagħna huwa l-mod kif hija ppreżentata l-figura ta’ Marija. Il-kittieb kellu fl-interess tiegħu li Marija tixxebbaħ ma’ Ġesù u mal-Knisja, għalhekk jippreżentaha bħala mara bil-qawwa tal-mirakli, bħal Ġesù. Dan l-aspett li ma nsibuhx fil-persuna ta’ Marija, la fil-Bibbja u lanqas fil-kitbiet apokrifi l-oħra. Hawnhekk Marija tiġi ppreżentata wkoll bħala persuna li hija persegwitata u mfittxija biex tinqatel minħabba l-fidi tagħha, eżatt kif kienet ilKnisja sa ftit snin qabel inkiteb dan ir-rakkont. Ix-xena tal-gvernatur Ruman li jassisti għad-dibattitu pubbliku u jagħti r-raġun lill-insara tfakkar fil-ġrajja li seħħet fil-bidu tar-raba’ seklu meta l-imperatur Ruman Kostantinu għaraf il-fidi nisranija bħala fidi leġittima. L-anġlu jaqta’ idejn Ġefonija talli pprova jagħmel ħsara lil Marija.
Din il-kitba, apparti mill-aspetti fantastiċi li fiha, turina ħaġa konkreta ħafna: li t-twemmin f’Marija bħala d-dixxiplu per eċċellenza ta’ Kristu kif ukoll ta’ Marija bħala xbieha tal-Knisja fil-qawwa u fit-tbatija kienu diġà qawwijin f’dawn is-sekli bikrin. Huwa grazzi għall-kitbiet bħal dawn li tul ilmixja tas-sekli l-insara sawwru u saħħu x-xbieha ta’ Marija kif nifhmuha llum u kif tidher fit-tagħlim uffiċjali tal-Knisja.
Programm tal-Festa 2015
59
Il-qniepen fil-kampnar tax-xellug jagħlqu 25 sena
Fl-1990, is-sena li tibqa’ mfakkra għall-ewwel żjara tal-Papa San Ġwanni Pawlu II f’Malta, il-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli mmexxija mill-Kappillan Dun Richard Borg ordnat u rċeviet sett ta’ tliet qniepen ġodda. Dawn inħadmu mill-kumpanija Achille Mazzola ta’ Valduggia, li tinsab fil-provinċja ta’ Vercelli, fin-naħa ta’ fuq tal-Italja. L-ispiża laħħqet aktar minn € 23,000. Il-qanpiena l-kbira jisimha Santa Marija, għallpatruna tal-parroċċa. Fil-faċċata tagħha hemm skolpita x-xbieha tal-istatwa titulari ta’ ĦadDingli. B’dijametru ta’ 102ċm u toqol ta’ 580kg, l-intonazzjoni ta’ din il-qanpiena hi Sol Bemolle. Ismijiet oħra li ngħataw lil din il-qanpiena kienu San Rikkardu, San Pawl u Santa Marija Maddalena. L-isem ewlieni tat-tieni qanpiena hu s-Salvatur, u fil-faċċata tagħha nsibu skolpitha x-xbieha talKurċifiss. L-ismijiet l-oħra li ngħataw lil din ilqanpiena huma San Ġwann il-Battista, Sant’Agata u Santa Duminka. L-intonazzjoni ta’ din il-qanpiena hi La Bemolle, għandha diametru ta’ 89ċm u tiżen 400kg. Il-qanpiena ż-żgħira hi msemmija għal San Ġużepp. Waqt li l-intonazzjoni tagħha hi Si Naturale, din il-qanpiena għandha diametru ta’ 75ċm u t-toqol tagħha hu 240kg. Ingħatat ukoll l-ismijiet San Alwiġi, San Publiju u San Ġwann Bosco. Maċ-ċinturin ta’ isfel ta’ kull qanpiena wieħed isib din l-iskrizzjoni: FIS-SENA TAL-MIĠJA TAL-PAPA ĠWANNI PAWLU II 1990, MONS. ĠUŻEPPI MERCIECA ARĊISQOF TA’ MALTA, DUN RICHARD BORG KAPPILLAN U L-POPLU TA’ ĦAD-DINGLI JFAKKRU Il-qniepen waslu Ħad-Dingli nhar is-Sibt 4 ta’ Awwissu 1990. L-għada, il-Ħadd 5 ta’ Awwissu saret il-funzjoni tat-tberik tagħhom millVigarju Ġenerali, Mons. Annetto Depasquale. It-tliet qniepen ġodda ttellgħu fil-kampnar taxxellug tal-knisja parrokkjali nhar l-Erbgħa 8 ta’ Awwissu u ndaqqu uffiċjalment għall-ewwel darba nhar is-Sibt 11 ta’ Awwissu fl-okkażjoni
60
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli tal-ħruġ min-niċċa tal-istatwa titulari ta’ Santa Marija. Matul dawn l-aħħar 25 sena, dawn il-qniepen indaqqu kważi kuljum. Baqgħu jistednuna nkunu qrib ta’ Ġesù permezz tal-quddiesa u ċelebrazzjonijiet oħra waqt li kienu mezz biex immarkaw ġrajjiet sbieħ fil-ħajja tal-Knisja f’Malta u l-parroċċa tagħna. Sellmu wkoll lil dawk li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Ilparroċċa trodd ħajr lis-sagristana u lill-grupp ta’ żgħażagħ li b’mod volontarju jieħdu ħsieb id-daqq tal-qniepen kuljum u b’impenn akbar fil-festi u okkażjonijiet oħra matul is-sena.
Għal kull tip ta’ Asfalt kiesaħ jew sħun Asfalt Ikkulurit għall-mogħdijiet, driveways, eċċ. Qatran għall-bjut u kull xogħol ieħor ta’ kisi bit-Tarmak, flimkien ma’ kull kwalità ta’ concrete u lean mix irrikorru għand
Asfaltar Ltd. Stimi b’xejn fuq il-post
Ħal Far Road, l/o Birżebbuġa Tel: 2165 0350 / 2165 7263 Fax: 2165 4900
CAR LOAN
% 5p.a. rates from
BELIEVE: IT’S ALL ABOUT THE JOURNEY
*
PERSONAL LOANS PLUS PROTECTION
With a Car Loan from Banif Bank, getting behind the wheel has never been easier. And I can sit back and enjoy the ride while Banif secures my current lifestyle. Personal Loans Plus Protection include an insurance cover taken out by the Bank in its name to protect myself and my loved ones in case of unforeseen circumstances.
*The loan is subject to the Bank’s lending criteria. ‘Personal Loans Plus Protection’ incorporate an insurance cover that protects clients in case of accidental death, temporary or permanent total disablement or redundancy. Banif Bank (Malta) plc shall be the policy holder. Details relating to the policy are available on the Bank’s website (banif.com.mt). Banif Bank (Malta) plc is a credit institution licensed to undertake the business of banking by the MFSA in terms of the Banking Act 1994. A typical example is based on a loan of ¤10,000 repayable through monthly instalments of ¤126.93 over a period of 8 years at a variable interest rate of 5% p.a. Loan is subject to an administration fee of 4% on the monthly instalment. The total sum payable throughout the term of the loan is ¤12,672.96, at an APR of 6.57% p.a.