2 minute read
RESPONSABBILTÀ AKBAR
joni li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista (mhux għax hi biċċa tagħna fl-aħħar mill-aħħar), huwa meħtieġ aktar approċċ kawt, kompost u li dak li jkun iżomm saqajh mal-art. Ir-responsabbiltà hija verament akbar u nemmen bissħiħ li kemm il-Prim Ministru u anke l-amministrazzjoni tal-Partit qed jirrikonoxxu dan.
Nemmen li dan il-kuntatt ma jagħmilx biss lill-Prim Ministru Robert Abela bħala bniedem tan-nies, iżda n-nies għandhom Prim Ministru tagħhom.
Advertisement
pajjiż għall-aħjar. Dan huwa l-Gvern, li bit-tmexxija talPrim Ministru Robert Abela, il-poplu għandu fiduċja fih.
Għalhekk ir-responsabbiltà tagħna hija li din il-fiduċja nżommuha u nsaħħuha sabiex flimkien inkunu kapaċi nibqgħu nuru li Malta tista’ tkun l-għira tal-pajjiżi kollha tal-madwar.
Il-partit li mhuwiex marbut mal-passat iżda jindirizza realtajiet tal-preżent u jipprepara l-poplu għal futur aħjar
Saret kważi klixè li rappreżentanti tal-Partit Laburista jgħidu l-frażi, “għandna responsabbiltà akbar fuqna” waqt li jkun hemm diskussjoni dwar il-qagħda li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista u s-sitwazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.
Klixè mhux għax qed tingħad xi ħaġa li mhix vera, anzi altru minn hekk, iżda għax tabilħaqq li bis-sitwazz-
Ħadt gost nara l-Prim Ministru fl-aħħar jiem idur diversi bliet u rħula Maltin u Għawdxin. Jitkellem u jiltaqa’ ma’ individwi u għaqdiet minn kull sfera. Żgur mhux qed jagħmel dan għax ġejja xi elezzjoni daqt, iżda għax iċ-ċavetta tassuċċess wara kull deċiżjoni tkun dik li tisma’ mingħand in-nies.
Nemmen li l-ebda poplu fid-dinja ma jrid mexxejja politiċi li jinqaflu f’xi Torri tal-Avorju, bħalma kien jiġri fi żmien il-fewdaliżmu u jittieħdu d-deċiżjonijiet abbażi ta’ skont kif tqum filgħodu.
Qed ngħid dan kollu mhux biex nipprova nagħti xi stampa li kollox ward u żahar u li x-xemx f’Malta telgħet biss mal-Partit Laburista u l-Mexxejja tiegħu. Iva, għad hemm min forsi jkun imdejjaq, jistenna li miegħu ssir ġustizzja, li jistaqsi, iżda ċert li n-nies jaraw li s-soluzzjonijiet jistgħu jingħataw millpolitiċi li jkunu qrib tagħhom, li jisimgħu u li jilqgħu l-kritika kostruttiva.
Politiċi li l-politika tagħhom tkun xprunata mill-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom u mhux min-neċessitajiet politiċi.
Ma nistax nimmaġina li xi ħadd jista’ jaħseb li l-isfidi tiegħu jista’ jsolvihomlu min ħsiebu biss kif se jgħix fil-kariga ġurnata b’ġurnata u mhux qed ngħid dan għax motivat politikament imma għax il-loġika hekk tiddetta. Ma nimmaġinax li xi ħadd se jixtri karozza li meta jistaqsi kemm tiswa ma jgħidulux. Li meta jistaqsi jekk taħlix fuel jibqa’ bla risposta u jekk jistaqsi jekk hux diffiċli li jġib parts f’każ ta’ bżonn ma tingħatalux tweġiba.
U d-differenza fil-partiti llum dik hi. Min-naħa għandek Gvern magħqud, li jisma’ u jiddeċiedi iżda fuq kollox li taf fejn qiegħed miegħu. B’kuntrast, faċċata hemm Oppożizzjoni mfarrka f’elf biċċa li l-id il-leminija ma tafx x’inhi tagħmel ix-xellugija.
Għalhekk fuq spallejn il-Mexxej tagħna hemm responsabilità akbar.
Iridu jibqgħu jittieħdu d-deċiżjonijiet iżda dejjem f’sens sħiħ ta’ rispett. Deċiżjonijiet intiżi u diretti.
Bħalma kienet id-deċiżjoni pereżempju tal-€1,000 kull sena fuq 10 snin lil kop- pji u individwi, primarjament żgħażagħ, li jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom.
Hemmhekk stajt insegwi Prim Ministru li qabelxejn irrikonoxxa u fehem li bil-prezzijiet li qed jintalbu llum għall-proprjetà, bilfors hija meħtieġa l-għajnuna, iżda fuq kollox li meta mistoqsi ma qagħadx idur mal-lewża. Kien kritiku lejn min kapaċi qed japprofitta ruħu fis-settur u ma ddejjaqx isemmi l-banek lanqas. Hija dik is-sinċerità u skjettezza li tagħmel id-differenza.
Hawnhekk ukoll irrid insemmi l-Partit Laburista. Huwa ċar li l-Partit Laburista minkejja li huwa l-Partit fil-Gvern, huwa ħaj. Tinduna mill-attivitajiet, mill-inizjattivi u mill-ideat. Mhux faċli li Partit fil-Gvern jibqa’ jidher rilevanti. Ħafna drabi, sforz ix-xogħol tant imprekattiv tal-Gvern, il-Partit jaf jieħu pass lura. Dan mhux il-każ għall-Partit Laburista.
Il-parti fejn hemm l-Ispazju għall-Arti u t-Teatru fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali li għadha kemm ġiet imsebbħa fi proġett li hu ferm usa’