7 minute read
MILL-GĦONNELLA GĦALL-ĦWEJJEĠ MODERNI
Il-kostumi ppriservati fil-Mużew Nazzjonali kienu qanqlu d-dubju tal-awtur J. D. Evans, għax sostna li jirreferu għal figuri ta’ kult u oġġetti ornamentali li x’aktarx kienu biss l-ilbiesi ta’ uffiċjali tat-tempju, u sfortunatament, s’issa m’għandna ebda għarfien jekk l-ilbies ta’ kuljum ta’ missirijietna, kienx simili. Permezz ta’ eżami minn Sir Temi Zammit ta’ biċċa drapp inċinerata, skavata mill-fdalijiet ta’ Ħal Tarxien, nafu li diġà kien hemm l-użu ta’ tessuti u drapp minsuġ, li juri ħila konsiderevoli ta’ interlacing. Dan it-tagħrif ksibtu minn kitba tan-Nutar V.M. Pellegrini għal xogħol letterarju tal-istudjuż Joseph Cassar Pullicino.
Minn CHARLES B. SPITERI
Advertisement
L-istess jista’ jingħad ukoll għall-ħwejjeġ u materjal matul il-perjodu Ruman. Ċiċerun, li żar gżiritna, jikkonferma li l-ħwejjeġ tan-nisa kienu minsuġa f’Malta, filwaqt li Diodrus Siculus ifaħħar lill-artiġjani lokali għall-ħila tagħhom u għallmod kif jirnexxilhom joħolqu tessuti famużi għall-finezza u l-irtubija tagħhom. Iżda minn kif jidher mill-istatwi li nsibu f’pajjiżna, jista’ jingħad li n-nies ta’ dak iż-żmien addottaw il-moda Rumana kif murija fl-istatwi, jew kellhom il-moda tagħhom stess?
Skont il-Konti Ciantar, l-ewwel għarfien ta’ mantell għall-irġiel kien il-kapott b’barnuża mwaħħla miegħu, li għall-klassijiet inferjuri kien ikun mantar. Dan il-mantar twil kien jintefa’ madwar l-ispallejn, u kien magħruf l-aktar fi Spanja u fl-Italja. L-użu tiegħu kien isir l-aktar mill-ħallelin u nies oħrajn li riedu jaħbu l-identità tagħhom.
Bejn l-1266 u l-1530 taħt l-Anġovini, l-Aragoniżi u l-Kastellani, il-kostumi f’Malta żgur kienu ta’ tip Spanjol jew Sqalli, u nafu li l-Lhud kienu jbigħu l-ħwejjeġ fl-irħula Maltin. Iżda fl-1473 il-Kunsill Popolari pprojbixxa l-kummerċ tas-suf u l-ħajt tal-qoton ’il barra mill-Birgu u r-Rabat.
Apparti l-kitbiet tal-Konti Ciantar u tal-Kanonku Agius de Soldanis, ftit għandna tagħrif fuq l-ilbies f’Malta, u dan ġej minn dak li semmew u kitbu numru ta’vjaġġaturi li żaru pajjiżna.
Fil-ktieb tiegħu Studies in Maltese Folkolore, J. Cassar
Pullicino isemmi li “… l-influwenza minn Sqallija, li tinsab fil-qrib u li tmur lura għall-inqas għaż-żmien Normann, kienet qawwija u sostnuta. Wieħed irid ifakkar li l-priżi maqbudin mill-kursari Maltin mis-seklu 15 ’il quddiem, kienu jinkludu, bla dubju, materjal għani tal-ħwejjeġ mil-Lvant.
Il-preżenza ta’ skjavi Torok u Musulmani setgħet introduċiet oġġetti żgħar tal-ilbies, li aktar tard ġew inkorporati malkostum lokali tan-nies ta’ dak iż-żmien u l-kostumi elaborati li ntużaw fil-Karnival tal-1765.
Barra minn hekk insibu li fil-ġurnal tiegħu, Ignazio Saverio Mifsud kiteb li kien ta’ pjaċir wieħed jara nisa mitTlett Ibliet, mgħottijin b’materjal ta’ lbies rikk. Ġeneralment, żwieġhom kienu jkunu kummerċjanti Maltin, li jbaħħru ’l bogħod sa Spanja u l-Portugall, u jġibulhom magħhom dawn l-ilbiesi u materjal għoli fil-prezz. Jista’ faċilment jingħad li dawn l-ilbiesi kienu aktar sinjuri minn dawk li jilbsu n-nobbli Maltin.
Taħt il-ħakma tal-Ordni, niltaqgħu ma’ leġiżlazzjoni kontra l-moda eċċessiva u stravaganti fi speċi ta’ spettaklu eċċessiv, għax kellhom impatt ekonomiku serju fuq l-infiq tal-familja. Hu magħruf li “ħwejjeġ, ingwanti u papoċċi, kienu rrakkmati jew minsuġa b’ħafna deheb u fidda, jew b’sekwini, perli u ġawhar oħra” li kienu jintużaw ukoll fil-ħwejjeġ tat-trabi.
Bl-istess mod, il-Knisja kellha tirrikorri għal-leġiżlazzjoni biex trażżan l-innovazzjonijiet tal-ilbies, iżda aktar u aktar biex timponi regoli fuq l-ilbies tal-kjeriċi, saċerdoti u kanonċi, u tikkundanna lil dawk “li jazzardaw jilbsu libsa sekulari jew libsa mhux xierqa skont l-ordni u d-dinjità talistat tagħhom, u tippenalizza lill-istess saċerdoti skont il-pieni ddikjarati mill-Konċilju ta’ Trento u l-Kostituzzjonijiet Appostoliċi”.
Meta fil-kostum Malti jkunu ttrattati l-faldetta jew l-għonnella, dawn jistħoqqilhom jissemmew b’mod speċjali. L-oriġini tagħha wasslet għal argumenti kunfliġġenti.
Ibda bl-affermazzjoni li darba kienet meqjusa bħala l-kostum nazzjonali femminili.
Il-velu orjentali
G.P. Badger jirreferi għall-oriġini tagħha bħala l-velu orjentali; Aldo Farina għall-mant iswed li jingħad li kien jintlibes bħala sinjal ta’ luttu mill-eżiljati ta’ Celano għall-ħabta tal-1212 u li kienu ġew Malta, filwaqt li Amy A. Bernardy tassumi li kien l-ilbies tipiku femminili fil-Mediterran.
J. Cassar Pullicino jirreferi għal statwa tal-franka minn Kartaġni, iddedikata lil Persefone, li tmur lura għal bejn it-tielet u t-tieni seklu Q.K., li tirrappreżenta mara bi stil Ellenistiku, liebsa xedd ir-ras simili għal faldetta.
Tkun xi tkun l-oriġini, il-faldetta kienet tintuża f’Malta mill-1227, id-data stabbilita minn Aldo Farini, u aktar tard ġiet modifikata għall-użu talpajjiż, belt jew raħal. Fl-irħula, l-għonnella kienet tkun ta’ lewn abjad jew aħdar, filwaqt li filbelt sewda, għalkemm l-aktar tip fl-aktar modest, iċ-ċulqana kienet tal-qoton blu, miksija kollha b’tikek bojod jew disinji ffjuriti.
Il-Kavallier Camilio Spreti jwissi lil sħabu l-Kavallieri jittendu min-nisa moħbijin fil-manta jew faldetta tagħhom, speċjalment wara d-dlam. Kien jissuġġerilhom biex jgħassu lilhom infushom matul il-lejl, partikolarment kontra dawn in-nisa ħżiena, li jkunu kompletament mgħottija fil-mantelli tagħhom, biex jagħmlu kummerċ mhux xieraq, u li jfittxu li jgħattu dnubhom bl-iskuża li huma tallaba.
Kuntrarjament għal dan kollu nsibu li fi żmien eqreb lejna, il-faldetta kienet tintuża mill-membri nisa tas-Soċjetà tal-MUSEUM, organizzazzjoni lajka, bħala simbolu ta’ virtù u umiltà kontra l-moda skandaluża moderna mid-disinjaturi tal-ħwejjeġ f’Pariġi, f’Ruma, u pajjiżi oħrajn. Bħala konklużjoni, ta’ min iżur il-Biblijoteka tagħna fejn wieħed jista’ jsib diversi manuskritti li fihom stampi jew tpinġijiet ta’ kostumi maskili u femminili. Artisti li jispikkaw u li għamlu użu mill-arti tagħhom biex juru kostumi bħal dawn, huma F. Zimelli, C. De Brocktorff, H. Bellanti, Edward Caruana Dingli, Gianni Vella u oħrajn. Riproduzzjonijiet moderni issa huma disponibbli, u l-inċiżjonijiet oriġinali jew litografiji bil-kulur huma mfittxijin ħafna.
L-esklużjoni tal-ilbies Malti
Fl-istudju universitarju għatteżi ta’ Baċellerat tagħha fuq l-ilbies f’Malta, Lara Farrugia ssemmi li fl-1965, fil-ġurnal Times of Malta, mara staqsiet għaliex l-ilbies tradizzjonali Malti kien qed jiġi eskluż kontinwament mill-wirjiet tal-moda li jsiru f’Malta.
L-influwenza barranija fil-moda kienet qed tippenetra bla waqfien, tirrelega l-ilbies tradizzjonali Malti għall-istatus ta’ kostum folkloristiku. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa Maltin bdew jadattaw għall-ideat moderni bil-ħerqa, mhux l-inqas fil-mod kif kienu jilbsu.
Avvanzi fit-teknoloġija, ix-xjenza, l-industrija u l-ekonomija ħolqu x-xena għal diversi bidliet. L-aktar sinifikanti kien l-iżvilupp fil-komunikazzjoni, li ġab pajjiżi u individwi eqreb minn qatt qabel biex wara t-Tieni Gwerra Dinjija wieħed ikun jista’ jidentifika r-rabta bejn Malta u pajjiżi oħra, fost oħrajn permezz tal-mod kif jilbsu l-irġiel u n-nisa Maltin. Hekk kif intemm ir-razzjonament tal-gwerra għall-ħwejjeġ f’Malta, l-interess fil-moda żdied.
Prinċipalment, Malta saret influwenzata ħafna mill-ilbies tal-ħwejjeġ Ingliżi, Taljani,
Franċiżi u wkoll Ġermaniżi u Amerikani. Bla dubju, il-preżenza tal-kolonja Brittanika f’Malta kellha xi sehem f’dan kollu biex l-abitanti jadottaw ilbies simili għal dawk tal-Ingliżi, li kienu qed joqogħdu fosthom. Fattur kruċjali ieħor li kellu impatt fuq l-ilbies Malti kien ir-rivisti tal-moda. Diġà mill1914, Miller Distributors Limited kienet bdiet id-distribuzzjoni ta’ rivisti Ingliżi f’Malta. Sal-1965 rivisti Taljani u Franċiżi kienu qed jiġu impurtati u mbagħad sas-snin 80 introduċew dawk Ġermaniżi.
Tpinġija tal-mudelli
B’mod partikolari, ir-rivista Ġermaniża Burda, kienet bdiet tiġi impurtata minn kumpanija oħra sa mis-snin 40 u 50. Kienet popolari ħafna mal-ħajjata Maltin u dawk li kienu jafu jħitu, peress li kienet waħda mill-ewwel rivisti li stajt tpinġi minnha l-mudelli li trid. Għalkemm ftit Maltin kienu familjari mal-lingwa użata fil-Burda, ħafna segwew il-mudelli li offriet u ma kinitx tiswa ħafna flus.
Aktar tard, sa mis-snin 70, fis-suq lokali ħarġu wkoll rivisti tal-ħwejjeġ Maltin. Fost dawn kien hemm Il-Mara ta’ Llum (1970s), Fashion, Femme (1970s), Elegance (1983) u Images (1988), kollha editjati minn individwi Maltin.
It-televiżjoni ukoll kellu rwol vitali fl-influwenza tal-moda, kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. Sa mis-snin 50, meta s-settijiet tat-televiżjoni bdew jinfiltraw fid-djar tal-familji Maltin, l-influwenza Taljana fil-ħwejjeġ kompliet tissaħħaħ. Minħabba l-qrubija ġeografika, l-istazzjonijiet tat-televiżjoni Taljani kienu għall-ewwel l-uniċi stazzjonijiet barranin li Malta kellha aċċess għalihom. Programmi Taljani li wasslu l-għarfien dwar il-moda attwali kienu fil-biċċa l-kbira Don-
Avvanzi fit-teknoloġija, ix-xjenza, l-industrija u l-ekonomija ħolqu x-xena għal diversi bidliet. L-aktar sinifikanti kien l-iżvilupp fil-komunikazzjoni, li ġab pajjiżi u individwi eqreb minn qatt qabel biex wara t-Tieni Gwerra Dinjija wieħed ikun jista’ jidentifika r-rabta bejn Malta u pajjiżi oħra na Sotto Le Stelle u Non Sa La Moda B’hekk, filwaqt li l-moda Taljana waslet fi xtutna, il-Maltin saru aktar familjari mal-lingwa tar-rivisti tal-moda Taljani impurtati f’Malta. Films murija fis-swali taċ-ċinema f’Malta, influwenzaw bl-istess mod il-moda, f’pajjiżna bħal fi bnadi oħra. Anne Rooney targumenta li kien hemm “influwenza tossikanti tal-istilel tal-mużika u tal-films”, prinċipalment mill-Amerka, li stimulat ħafna adolexxenti Ewropej. Dawn il-fatturi kollha ngħaqdu biex iqajmu interess ġdid fid-dinja tal-moda f’Malta.
Il-modernità ta’ wara l-gwerra
Vincent Zammit kiteb li “minn dak iż-żmien (wara t-Tieni Gwerra Dinjija), l-iktar kelma importanti saret il-kelma ‘moda’.” Probabbilment, aktar milli l-moda nnifisha, dak li l-Maltin kienu verament entużjasti dwarha kienet l-idea tal-modernità. Madankollu, li timxi mal-moda kienet bla dubju tagħmlek popolari. Malta ma setgħetx tibqa’ aktar iżolata hekk kif saret esposta għall-bidliet madwar id-dinja, l-aktar mill-Ewropa, fil-mod kif il-ħwejjeġ kienu manifatturati, prodotti u milbusa.
Sadanittant, meta fis-sittinijiet, l-industrija tal-manifattura bdiet tifrex għeruqha f’Mal- ta, l-ewwel pass kien appuntu fis-settur tat-tessuti. Din iż-żieda fil-manifattura tal-ħwejjeġ u tat-tessuti seħħet hekk kif fis-sittinijiet, l-investiment barrani mexa aktar lejn in-Nofsinhar u l-Lvant tal-Ewropa biex ifittex xogħol orħos.
Sa mill-1950, il-Malta Associated Textiles Limited fil-Furjana impurtat materjal mir-Renju Unit biex timmanifattura ħwejjeġ lokalment. Ladarba jkun manifatturat, imbagħad kien disponibbli fil-ħwienet lokali f’Malta taħt it-tikketta Hersco. Insibu wkoll li l-jeans Wrangler’s bdew jiġu manifatturati f’Malta fl-1964 mill-kumpanija Amerikana msejħa Blue Bell. Sa mill1969 kienet stabbilita l-Melita Knitwear Limited, kumpanija prominenti tat-tessuti Brittanika li esportat il-prodotti tagħha lejn il-Gran Brittanja, Franza, il-Polonja u l-Ġermanja.
Il-Calypso Clothing Company kienet timmanifattura lbies tal-għawm f’fabbrika fil-Marsa u tesportahom ukoll lejn l-Ewropa tal-Punent u l-Istati Uniti.
Ħwejjeġ franchised lesti li ma kienx hawn f’Malta nġiebu minn barra minn xerrejja li marru għall-vaganzi. L-Italja (speċjalment Katanja fi Sqallija u l-Ingilterra kienu d-destinazzjonijiet ewlenin għal ħafna xerrejja Maltin, speċjalment nisa. B’kuntrast mad-deċennji preċedenti, il-progress fil-produzzjoni tal-massa, it-trasport u l-komunikazzjoni fetaħ b’mod ċar lil Malta għal spettru usa’ ta’ stili ta’ ħwejjeġ u vogues internazzjonali, permezz ta’ lbies lest.
Jonqsu l-ħajjatin
Għal din ir-raġuni, il-popolarità tal-ħajjata f’Malta naqset b’mod kostanti. Għalkemm xi Maltin xorta xtraw ħwejjeġ imfasslin lokalment, sar ħafna aktar faċli u irħas li jixtru ħwejjeġ lesti. Fil-fatt, eks ħajjat Malti spjega li issa sar komuni għalih li jsewwi aktar milli jipproduċi lbies.
Mill-banda l-oħra, sal-1947 il-Gvern Malti stabbilixxa skola ta’ tfassil fil-Belt Valletta fejn kienu offruti klassijiet kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. Mat-tlestija tal-kors ta’ erba’ snin, dawk li jattendu kienu jagħmlu l-eżami tal-City Guilds of London. Aktar tard iżda, irrwol tal-ħajjata beda jiġi sostitwit mid-disinjatur tal-moda lokali.
Waħda partikulari kienet Maria Fleri Soler, li eventwalment saret waħda mill-aktar ħajjata ta’ suċċess fi gżiritna. Bħalha, Georgina Principe kienet disinjatur tal-moda rinomata mir-Rabat, Għawdex. L-interess fid-disinn tal-moda kiber aktar, bl-għażla usa’ tal-ħjata.