2 minute read
L-IŻVILUPP TAL-PARK NAZZJONALI F’TA’ QALI JIVVJAĠĠA LEJN IL-PASSAT
Inawgurat l-Ispazju għall-Arti u t-Teatru b’wirja ta’ ritratti uniċi tal-istess żona mal-milja taż-żmien fl-istorja ta’ Malta
Din il-ġimgħa ġie inawgurat il-post imsejjaħ Spazju għall-Arti u t-Teatru, li jifforma parti mill-Park Nazzjonali ta’ Malta, f’Ta’ Qali, fejn bħalissa għaddej l-akbar żvilupp biex dan l-ispazju miftuħ ikun riġenerat u mkabbar daqs qatt qabel ħalli jitgawda bl-aħjar mod mill-familji Maltin u Għawdxin u l-ġenerazzjonijiet futuri.
Advertisement
Fl-istess Spazju għall-Arti u t-Teatru, li se jkun qed jintuża speċifikament għal produzzjonijiet kulturali, wirjiet artistiċi u spettakli teatrali, bdiet tittella’ wirja ta’ ritratti u mapep uniċi dwar kif iż-żona vasta fil-qalba tal-pajjiż għaddiet minn tibdil mal-milja taż-żmien, inkluż għal skopijiet militari mill-forzi Brittaniċi u aktar tard għal skop edukattiv, rikreattiv u sportiv.
L-esebizzjoni tal-istorja tal-post, li se tkun miftuħa b’xejn sad-19 ta’ Marzu, tikkonsisti fi 22 pjanta li qed jiġu esposti għall-ewwel darba, ilkoll mill-arkivju tal-istess dipartiment. Magħhom hemm diversi ritratti oriġinali li ngħataw mill-Mużew tal-Avjazzjoni li hu bbażat fl-istess inħawi ta’ Ta’ Qali.
Fl-esebizzjoni l-pubbliku jista’ jara diversi aspetti differenti ta’ Ta’ Qali, l-aktar dawk marbutin mal-perjodu meta dan il-post kien iservi bħala bażi tal-ajru tal-Forza tal-Ajru Ingliża. Ta’ min jgħid ukoll li dan il-post serva bħala l-ewwel mitjar ċivili f’Malta.
Interessanti wkoll li fil-post hemm ċimiterju militari, waqt li sa nofs it-Tieni Gwerra Dinjija kien hemm binja privata f’forma ta’ kastell, bl-isem ta’ Chateau Bertrand, li kienet intlaqtet mill-balal tal-għadu u dak li kien fadal minnha tneħħa mill-Ingliżi.
Il-proprjetà, li kienet fejn illum hemm il-Villaġġ tas-Snajja’, kienet tal-Konti Giuseppe Teuma Castelletti, għajjutant ta’ diversi gvernaturi Ingliżi.
Minbarra dan ix-xenarju, fil-wirja hemm esposti wkoll pjanti tal-ewwel proġetti fl-inħawi għal spazju miftuħ tal-Park, li kienu bdew f’nofs is-snin 80. Flimkien ma’ dawn hemm ukoll pjanti tal-Istadium Nazzjonali tal-futbol, li kien beda jinbena fis-snin 70 biex jieħu post l-istadium l-antik fil-Gżira.
Il-pubbliku jista’ jara wkoll parti oħra tal-esebizzjoni ddedikata għall-illustrazzjonijiet grafiċi mill-kotba tal-awtur rinomat Trevor Zahra, li ismu hu sinonimu mal-kotba għat-tfal.
F’din il-parti, wieħed isib xeħta differenti ta’ kotba li ħarġu mill-awtur li żgur li jġi- bu nostalġija għal ħafna nies li ġejjin minn ġenerazzjonijiet differenti li xi darba jew oħra missew u qraw dawn il-forom letterarji li ma jmutu qatt.
Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-wirja huma bejn id-09:00 u t-20:00 mit-Tnejn sal-Ġimgħa u bejn id-09:00 u s-19:00 nhar ta’ Sibt u Ħadd.
Dan l-ispazju għall-arti se jikkumplimenta l-Amfiteatru Grieg eżistenti li wkoll ġie mmodernizzat b’faċilitajiet ġodda u aċċessibbli għall-bżonnijiet artistiċi bħal rehearsal rooms, changing rooms u showers, fost oħrajn. Taħt l-istess teatru, li jakkomoda madwar 850 persuna, tlestiet ukoll sala li tista’ tintuża għal diversi funzjonijiet.
Fid-diskors tal-okkażjoni għall-inawgurazzjoni tal-Ispazju għall-Arti u t-teatru, ilMinistru responsabbli Stefan Zrinzo Azzopardi (inset) spjega kif din iż-żona se tagħti dimensjoni oħra lill-proġett tal-Park Nazzjonali li issa mhux biss se jkun spazju miftuħ mill-isbaħ fejn wieħed jista’ jmur iqatta’ ftit ħin ta’ mistrieħ mal-familja, iżda wkoll pjattaforma għall-artisti lokali u dawk internazzjonali fejn jesebixxu t-talenti tagħhom.
Il-Perit Nadia Curmi, li hi responsabbli mill-proġett, spjegat kif f’dawn il-kmamar sar xogħol estensiv ta’ servizzi ġdida ta’ ventilazzjoni u ta’ arja nata.
Curmi kompliet tgħid li d-disinn iż-żona sar b’tali mod li l-ispazju flessibbli u newtrali kemm jista’ tispikka l-arti tal-installazzjonijiet esebiti.
It-tlestija ta’ din iż-żona hi fażi proġett tal-Park Nazzjonali ta’ Qali li qed jiġi kkordinat mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u hu wieħed bar proġetti ta’ spazju miftuħ Waqt li rringrazzja lil dawk mu f’dan il-proġett, il-Ministru zopardi temm jgħid li “fit-totalità il-proġett tal-Park Nazzjonali tifikat ieħor ta’ kwalità li jkompli ma ta’ dan il-Gvern biex jinħolqu miftuħa mill-isbaħ b’enfasi fuq bjentali u fuq it-titjib tal-kwalità tan-nies.”
Fl-istess Spazju għall-Arti pubbliku jista’ wkoll jara esebizzjoni tal-illustrazzjonijiet grafiċi mill-kotba awtur rinomat Trevor Zahra, sinonimu mal-kotba għat-tfal.