4 minute read
TIĠDID KONTINWU
hom bil-ħerqa. Flimkien ma’ sħabi fl-amministrazzjoni u mal-membri tal-Eżekuttiv Nazzjonali naħtfu din l-okkażjoni sabiex ninżlu f’kull lokal f’Malta u Għawdex u niltaqgħu malgħeruq tal-partit tagħna, mal-attivisti fil-lokalitajiet li jaħdmu bis-sħiħ għal dan il-partit, li jxejru l-bandiera tal-partit fil-lokalità tagħhom, li jmexxu l-messaġġ tal-partit, xemx u xita ssibhom hemm.
Nistqarr li ż-żmien ta’ wara l-bidu tas-sena huwa żmien li nistenna ħafna fil-ħidma politika tiegħi. Dan għaliex nibdew bħala partit inħejju it-tlaqqigħ tal-Konferenza Ġenerali Annwali li ssir lejn l-aħħar t’April. Il-Konferenza titlaqqa’ sal-ewwel nofs tas-sena sabiex tkun konformi mal-liġi tal-finanzjament tal-partiti, hekk kif jiġu ppreżentati r-rapporti ta’ ħidma u dak finanzjarju. Niftakru dejjem għeżież qarrejja li din il-liġi tal-finanzjament tal-partiti, bħal liġijiet oħra li jsaħħu s-saltna tad-dritt bħal dik tal-preskrizzjoni fuq il-politiċi daħħalhom f’pajjiżna
Advertisement
Gvern Laburista hekk kif gvernijiet preċedenti Nazzjonalisti kaxkru saqajhom u minkejja li kienu mħeġġa minn fora barranin biex jiddaħħlu f’pajjiżna liġijiet bħal dawn, qatt ma daħħluhom għax dejjem kienu komdi li ma jkollhom l-ebda id li tiskrutinizzahom.
Għall-kuntrarju il-Partit Laburista u partikolarment dan il-Partit Laburista fil-gvern qatt ma ddejjaq mill-iskrutinju, anzi introduċa dawn il-mezzi u jiffaċilita sabiex jaħdmu fil-libertà u t-trasparenza kollha.
Intant, biex naslu għall-Konferenza, minn nofs Frar jibdew jitlaqgħu dawn il-Laqgħat Ġenerali Annwali ta’ kull kumitat lokali u distrettwali kif ukoll tal-fergħat tal-partit. F’dawn il-laqgħat il-membri tal-każini ta’ kull lokalità huma mistiedna sabiex jattendu fejn il-kumitat jippreżenta quddiemhom ir-rapporti ta’ ħidma u tal-finanzi sabiex japprovawhom.
Madanakollu, dawn il-laqgħat jagħtu l-opportunità sabiħa sabiex il-membri mhux biss jiltaqgħu flimkien u mal-kumitat tagħhom rispettiv imma wkoll ma’ membri tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-partit li jippresiedu dawn il-laqgħat u kif ukoll ma’ rappreżentanti tal-Amministrazzjoni tal-partit u mad-deputati u l-kandidati tad-distrett. Dawn illaqgħat iressqu wkoll il-kunsilliera Laburisti tal-lokal rispettiv bir-rapporti ta’ ħidma tal-Kunsill Lokali.
U għalhekk nemmen fl-importanza ta’ dawn il-laqgħat. Għalhekk inħares ’il quddiem għalihom u nistennie-
U għalhekk huwa żmien sabiħ għax inżommu kuntatt kontinwu mannies. Nieħdu l-eżempju mill-Mexxej tagħna Dr Robert Abela li jisħaq kontinwament fuq partit tan-nies u għan-nies, għall-kuntatt man-nies il-ħin kollu, li nisimgħu, li nixtarru u naġixxu fuq il-messaġġi li jgħaddulna n-nies, b’attenzjoni partikolari lejn il-grassroots tagħna li ssibhom hemm dejjem fil-mumenti tajba u wisq aktar f’dawk inqas tajba. Robert Abela mhux biss jisħaq fuq il-kuntatt imma jwettqu fil-prattika. Jinżel fil-pjazez jitkellem man-nies għaddejjin bil-ħajja ta’ kuljum tagħhom u jgħaddi l-messaġġ tiegħu mil-lokalità għall-oħra Ħadd wara Ħadd fil-każini tal-partit.
Inħeġġeġ lilkom ilkoll sabiex f’dawn il-ġranet taħtfu l-opportunità u permezz tal-Laqgħa Ġenerali Annwali fil-lokalità tagħkom tattendu sabiex niltaqgħu flimkien u ngħaddu l-messaġġ li nixtiequ ngħaddu. Dan kollu huwa li jagħmel partit ħaj u relevanti, partit li tassew iżomm subajgħ fuq il-polz tal-poplu. Partit li bl-umiltà kollha jisma’, li jaġixxi u jwettaq, partit li dejjem għatxan għall-bidla u dejjem lest biex jirrinnova ruħu u jitbiddel.
Partit li magħmul min-nies li jista’ jkun li għandhom ideat differenti imma mnebbħa f’moviment wieħed li jħaddan l-ideali soċjal-demokratiċi u fl-aħħar mill-aħħar isir ħaġa waħda sabiex jappoġġja lil xulxin u jsostni lil xulxin u jaħdem bla heda sabiex joħloq il-ġid u jitqassam kif mistħoqq. Hekk biss nibqgħu l-għażla naturali tal-poplu.
Sur Editur, Kemm jinsew għawwarhom tal-partit tagħhom, Sur Editur! Kemm iħobbu jpinġu lilhom infushom bħala puri u verġni iktar minn Suor Matilde tal-Klawsura, qaddisa ħniena! Imbagħad jinżgħu l-maskra u tarahom qishom Żeppa l-Mibruma li kienet tintefa’ fil-kantuniera tal-misraħ ma’ nżul ix-xemx u t-talba ta’ Għeluq il-Jum. Ummi ma xi dwejjaq fihom.
Taf għalfejn qed ngħidlek hekk, Sur Editur? Le hux. Mela ħa ngħidlek jien.
Se jkolli nsemmi lil Patri Brussellu biex nispjega. David l-Għarukaża. Mela dan ftit ilu ma kellux l-ardir jgħid li l-ġurnalisti m’għandhomx jiġu attakkati! Ħadd ma għandu jattakka lill-ġurnalisti ta, biex niftiehmu. Nesieh żmienu dan. Jien ngħid li trid tkun pur biex tagħmel ċerti stqarrijiet, u purezza fejn jidħlu l-attakki fuq il-ġurnalisti żgur li ma għandux dan.
Ħa nfakkrek ftit, Sur Editur. Għalaq għajnejk, ħu nifs u ftakar. Awwissu tal-2018. Isir magħruf li l-Għarukaża impjega nies fil-familja tiegħu bi flus pubbliċi fl-uffiċċju tiegħu tal-Parlament Ewropew. Xi ġurnalisti bdew jinvestigaw l-istorja. Kien hemm ġurnalisti li kitbu xi ħaġa wkoll. L-Għarukaża jfaqqa’ twissija. Jhedded lill-ġurnalisti b’libell jekk jirrapportaw il-fatti li ma kienx komdu bihom.
Fl-istess ftit jiem ta’ dak l-Awwissu tal-2018, dan il-fratell taddemokrazija kien għamel plejtu sħiħ u tkellem b’passjoni favur ilħidma tal-ġurnalisti, u ltaqa’ mal-President tal-Kummissjoni Ewropea biex jiddiskuti l-ħtieġa li jiġu indirizzati miżuri kontra theddidiet emerġenti fil-ġurnaliżmu investigattiv, imbagħad kien hemm storja li messet lilu u m’għoġbitux u hedded lill-ġurnalisti b’libell. Santo Subito patrun tal-ġurnalisti dan.
Naħseb dħalt fl-ispirtu tar-Randan jien billi qed insemmi l-fratelli, is-sorijiet u t-talb. Żmienu hux. Kulħadd isum minn xi ħaġa. Melda tiegħi għidtilha biex issum mill-paroli fil-vojt. Għidtilha aħjar tiekol robbu laħam u tħobb lill-għajrek. Se jkolli nsum milli ngħidlek kif weġbitni, Sur Editur, għax ma jiswiex.
Smajt li l-kap tagħhom matul ir-Randan mhux se jagħmel interventi politiċi, Sur Editur. Għax billi żmien is-sawm, qal li se jagħmel sagrifiċċju u jsum mill-paroli fil-vojt, min-nuqqas tal-verità, millpolitika partiġjana u mit-tkissir ta’ dak kollu li jagħmel il-Gvern tagħna. Kos, hux, Sur Editur, bdiet tfaqqa’ ta’ Bernard il-Grech. X’taħwid Marija Madalena! Kellhom iktar ordni meta kienu qed jibnu t-Torri ta’ Babel. Il-Grech jgħid li perċezzjoni. Imbagħad toħroġ it-Tajms tistaqsi jekk hemmx tama għall-partit tagħhom bit-tmexxija tal-Grech. U balleċ, kważi l-istess kritika minn għadd ta’ kittieba oħra fuq il-ġurnali li huma magħrufin bħala l-forċina tal-PeNe.
Kos, hux, Sur Editur, bdiet tfaqqa’ ta’ Bernard il-Grech. Karma jgħidulha din. Bdiet tinħema l-qiegħa biex iwarrbuh ukoll. Kif għamlu lil Giorgio l-Borg Olivier. Kif għamlu lil Adrian id-Delia. Issa jmiss lil Bernard il-Grech.
U malajr spjegatlu t-Tajms, xi tfisser perċezzjoni. Għax qaltlu b’mod ċar hekk: Meta l-Partit Nazzjonalista kellu jċedi għal telfa elettorali oħra s-sena li għaddiet, ħafna kienu tal-fehma li t-tneħħija ta’ Bernard Grech kienet twassal għaċ-ċarċir tad-demm fatali. Bil-fehma li huwa figura li tgħaqqad, Bernard Grech ħalef li jieħu deċiżjonijiet ibsin biex jinjetta t-tama. Imma kważi sena wara, il-partit jinsab f’diżordni u mingħajr viżjoni – b’membri ta’ kwalità li abbandunaw lill-partit u l-ġlied intern qiegħed fl-apert. X’perċezzjoni, perċezzjoni! Perċezzjoni tal-prodott tal-fażola bajda li tkun għaddiet mill-imsaren, imma. Anzi, kien hemm min qallu li din li ħareġ biha tal-perċezzjoni, turi kemm huwa arroganti. Imbagħad taqra l-editorjal tal-gazzetta tagħhom u ma temminx xi tkun qed taqra. Qalu li l-partit tagħhom wera li jrid ikun il-partit li jerġa’ jagħti t-tama lin-nies b’ħidma flimkien għax dak huwa l-obbligu tal-PeNe mal-elettorat.
U l-Malti jgħid li bejn il-kliem u l-fatti, hemm baħar jikkumbatti. Lanqas tama ta’ xaqq dawl ta’ paċi interna ma għandhom, aħseb u ara kemm jistgħu jkunu tama ta’ pajjiż sħiħ, x’kull waħda.
Għad-dieħla!