3 minute read

KALENDARJU TAL-KUNSILL MALTI GĦALL-ARTI

Ħidma fuq Charter għall-Istatus tal-Artist u disa’ skemi ġodda fost l-oħrajn

Fi Frar, il-Kunsill Malti għall-Arti, fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali ħabbar il-kalendarju tiegħu għas-sena 2023. Dan il-kalendarju jiffoka fuq l-istrateġija u l-fondi tal-Kunsill Malti għall-Arti, kif ukoll jagħmel referenza għal avvenimenti u għall-kampanji tal-KMA li bihom ikun jista’ jwettaq il-viżjoni tiegħu u jimplimenta l-Istrateġija 2025. Huma bosta l-inizjattivi li jsawru parti integrali mis-sitt oqsma strateġiċi tal-KMA li se jkunu qed jiġu indirizzati din is-sena. Fosthom hemm kampanji ta’ sensitizzazzjoni relatati mad-Dritt għall-Kultura li tinvolvi wkoll l-appoġġ għall-medjazzjoni kulturali, rikonoxximent u disseminazzjoni ta’ prattiċi tajbin, riżorsi li wkoll se jkunu qegħdin jiġu ppubblikati bħala ktieb awdjo, kif ukoll bini ta’ kapaċità li bih il-KMA se jkun qiegħed jiżviluppa u jikkordina sessjonijiet ta’ taħriġ ta’ kif iridu jiġu integrati l-kunċetti ewlenin tad-drittijiet għall-kultura.

Advertisement

Il-Kunsill Malti għall-Arti, huwa membru tal-Assoċjazzjoni tal-Kompendju ta’ Politiki u Tendenzi Kulturali fl-Ewropa li permezz tiegħu qiegħed ikompli jaħdem biex is-settur kulturali u kreattiv ikompli jimraħ. Għaldaqstant, din is-sena l-KMA se jkun qiegħed jospita l-Assemblea tal-Assoċċjazzjoni tal-Kompendju għall-2023 f’Ottubru u fl-istess waqt, se jerġa’ jorganizza Simpożju fuq l-Istat tal-Arti, din id-darba b’attenzjoni speċjali fuq id-drittijiet għall-kultura.

Hemm bosta xogħol li se jsir fis-sena 2023 rigward l-oqsma strateġiċi għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija 2025, fosthom elementi ta’ kollaborazzjoni, Assemblea tal-Assoċjazzjoni tal-Kompendju, u kif ukoll aktar investiment pubbliku b’ħidma fuq Charter għall-Istatus tal-Artist bħala parti mill-ħidma mal-Kummissjoni Ewropea.

Fl-2023 il-KMA se jniedi wkoll kampanja ta’ tixrid u promozzjoni għar-riċerka tal-edukazzjoni fl-arti biex tkompli tissaħħaħ is-sinerġija bejn il-Ministeri responsabbli mill-Kultura u l-Edukazzjoni, biex jiġi ffaċilitat l-approċċ transettorjali u nżidu l-għarfien pubbliku. Din il-kam- panja tinkludi wkoll il-pubblikazzjoni ta’ rapport dwar l-istat tal-edukazzjoni fl-arti li tmexxa mid-Dipartiment tal-Arti, Komunitajiet Miftuħa u Edukazzjoni tal-Adulti tal-Università ta’ Malta, li se jitfa’ dawl fuq l-importanza tal-edukazzjoni fl-arti u l-potenzjal ta’ impatt usa’ tagħha fuq livelli soċjali u ekonomiċi.

Għall-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjiżna, grazzi għall-Kunsill Malti għall-Arti,

Il-fondi għall-2023 tal-Kunsill Malti għall-Arti huma parti essenzjali mill-investiment tal-Gvern Malti fis-settur kulturali u kreattiv, hekk kif bis-saħħa tagħhom, is-settur ikompli jsaħħaħ ilpjattaforma tiegħu tal-professjonalizzazzjoni u l-ekonomija kreattiva

Malta se tkun qed tieħu sehem fil-Biennale tad-Disinn f’Londra, f’Ġunju li ġej, filwaqt li se tkun qed tinfetaħ is-sejħa għall-Biennale ta’ Venezja aktar tard din is-sena.

Il-fondi għall-2023 tal-Kunsill Malti għall-Arti huma parti essenzjali mill-investiment tal-Gvern Malti fis-settur kulturali u kreattiv, hekk kif bis-saħħa tagħhom, is-settur ikompli jsaħħaħ il-pjattaforma tiegħu tal-professjonalizzazzjoni u l-ekonomija kreattiva. Din is-sena se jkun hemm 17-il skema ta’ finanzjament, u jinkludu Skema ta’ Appoġġ għat-Taħriġ u l-Iżvilupp, KulturaTV, Fond għal Aktar Saħħa u Sikurezza filKmamar tan-Nar u l-Premju tal-President għall-Kreattività. Hemm disa’ skemi ġodda għas-sena 2023, li jinkludu l-Programm għall-Kooperazzjoni Reġjonali Kulturali, is-Sabbatiku għar-Riċerka Artistika u l-Micro Grant. Għal din is-sena wkoll, ilKMA se jesplora mod ta’ evalwazzjoni ġdid għall-Iskema tal-Appoġġ għall-Arti. Il-fondi huma mnebbħa mill-oqsma strateġiċi tal-KMA, u huwa essenzjali li l-applikanti juru l-irbit tal-proġett tagħhom mal-Istrateġija 2025. Il-kalendarju tal-fondi 2023 huwa disponibbli fuq www.artscouncil.mt u l-linji gwida rispettivi se jkunu ppubblikati online mill-inqas sitt ġimgħat qabel l-iskadenza ta’ kull sejħa.

Apparti dan kollu, il-Kunsill Malti għall-Arti se jkun qiegħed jorganizza s-sitt edizzjoni tal-Premju għall-Arti li se jkollha bidliet fil-premji tagħha sabiex il-premju jiriffletti aktar lis-settur. Is-sitt edizzjoni tal-Premju għall-Arti se tittella’ f’Diċembru 2023, il-linji gwida l-ġodda se jiġu ppubblikati f’Ġunju 2023.

Il-KMA se jkompli jagħmel sessjonijiet ta’ għarfien, bl-is- em ACMLabs, li jittrattaw bosta suġġetti fid-dinja artistika u kulturali, u jservu ta’ pjattaforma għal informazzjoni u networking, kif ukoll diskussjonijiet regolari mas-settur u se jorganizza wkoll l-ACMWebinars, frott ta’ żmien il-pandemija li nżamm, minħabba li dawn joffru pjattaforma versatili u naturali għal kelliema lokali u internazzjonali.

Il-Kunsill jippubblika ittraħbar darba fix-xahar, li permezz tagħha wieħed jista’ jżomm ruħu aġġornat dwar xi jkun ittella’ f’dak il-perjodu, kif ukoll ikun jista’ jara x’opportunitajiet hemm disponibbli. Għaldaqstant, sabiex wieħed iżomm ruħu aġġornat mal-Kalendarju 2023 tal-KMA, wieħed għandu jissieħeb għall-ittraħbar tagħna minn fuq www. artscouncil.mt fejn jista’ wkoll jimmarka li jiġi infurmat bis-sejħiet tal-fondi, u jsegwi l-paġni soċjali tal-Kunsill Malti għall-Arti fuq Facebook, Twitter, LinkedIn u Instagram.

REQUEST FOR CALL for Offers (CFO)

Invitation to submit proposals to manage the present bar and catering area at the Partit Laburista Club in Mellieħa

CFO document to be collected from

Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile-End, Ħamrun or by calling on 20901601/2.

Monday 6th February 2023 to Thursday 9th February

2023, Monday 13th February to Friday 17th February

2023, Monday 20th February to Friday 24th February

2023, Monday 27th February 2023 9:00 to 17:00, and

Tuesday 28th February 2023 9:00 to noon.

Closing date for submissions:

Tuesday, 28th February, at 12:00pm.

Ibda rċievi l-gazzetta kmieni l-Ħadd filgħodu fil-verżjoni diġitali bla ebda spejjeż żejda u bl-orħos prezz fis-suq ta’ €1 kull ġimgħa

*abbonament jiġi aċċettat meta jsir ħlas bil-quddiem għal mill-inqas 26 ġimgħa

Ċempel waqt il-ġranet u l-ħinijiet tal-uffiċċju fuq in-numru 79241495 jew ibgħat imejl fuq sales@kullhadd.com

This article is from: