KullĦadd_29.08.2021

Page 4

04

29.08.2021

KUNFIDENZA PERSONALI TURI Tkompli minn paġna 1 Din il-gazzetta llum tista’ tiżvela li fl-2008 Azzopardi kien bagħat messaġġi personali lil Yorgen Fenech u, bl-akbar kunfidenza, qallu biex ma jwaqqgħux għaċ-ċajt meta talbu jorganizzalu coffee morning għal iżjed minn 100 persuna fil-ballroom tal-Lukanda Hilton waqt il-kampanja elettorali ta’ dak iż-żmien. F’dik l-elezzjoni, Azzopardi kien ġie elett u eventwalment magħżul mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi, l-ewwel, bħala Segretarju Parlamentari għall-Artijiet fil-Ministeru tal-Finanzi u sussegwentement Ministru responsabbli bl-istess dekasteru. “Oħroġni ta’ nies!” kien jaqra messaġġ li Azzopardi bagħat lil Fenech u li jixhed familjarità bejn it-tnejn. Dan talaħħar serraħlu rasu billi qallu “Ħalli f’idi!”, b’indikazzjoni li kollox kien qed jiġi organizzat għall-attività. Jirriżulta li Azzopardi ma ħallas xejn għall-attività u mhux magħruf kemm-il okkażjoni oħra kellu biex juża s-servizzi b’xejn ta’ Fenech, jekk kien hemm. Attivitajiet simili bħal coffee mornings jiswew eluf ta’ ewro biex jiġu organizzati u ġeneralment il-kandidati wkoll jiġbru ħlasijiet mingħand il-mijiet ta’ kostitwenti tagħhom biex ikunu jistgħu jieħdu sehem. L-Erbgħa filgħodu l-ġurnalist ta’ ONE News Samuel Lucas insista ma’ Azzopardi għal reazzjoni, fost oħrajn, dwar il-messaġġ lil Fenech biex “joħorġu ta’ nies”. Għalkemm baqa’ jim­xi miegħu biċċa sew minn Triq ir-Repubblika u jagħmillu ħemel ta’ mistoqsijiet, il-ġurna­ list baqa’ b’xiber imnieħer għax id-Deputat Nazzjonalista baqa’ jinjorah u jparla fuq il-mobile, għajr għal ftit botti politiċi. L-aħbar tal-messaġġ perso­ nali tikkuntrasta d-dikjarazzjo­ ni li d-Deputat Nazzjo­nalista għamel fil-prog­ramm Xtra s-sena l-oħra fejn kategorikament ċaħad li qatt ingħata xi ħaġa direttament mingħand Yorgen Fenech. “Żgur mhux mingħand Yorgen Fenech,” qal Azzopardi viżibbilment mifxul u skomdu

lil Azzopardi u lill-bloger Ma­ nue­l Delia dwar l-“attakk sistematiku” fuq il-persuna li setgħet laqgħet it-talba tal-klijent tagħhom għall-ħelsien mill-arrest fuq ċerti kundizzjonijiet. F’kontro-protest nhar l-Erbgħa, Azzopardi allega li n-negozjant ried “jeliminah” fl-2019. Azzopardi qal li messaġġ li Fe­ nech għadda lil uffiċjal Nazz­ jo­nalista, li ma indikax min hu, ingħad li kellu jitwarrab wara l-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew, li saret sentejn ilu. Qrib Tumas Group

Post fuq Facebook li ttella’ minn Azzopardi l-ġimgħa l-oħra bħala parti mill-attakk fuq l-Imħallef Griscti meta mistoqsi mill-ġurnalist u preżentatur Saviour Balzan fil-programm tiegħu fuq TVM nhar il-5 ta’ Novembru 2020. Minbarra hekk, il-familjarità tiegħu ma’ Fenech titfi l-attakk li hu stess għamel il-ġimgħa li għaddiet kontra l-Imħallef Giovanni Griscti qabel dan iddeċieda fuq talba oħra għall-ħelsien mill-arrest tal-istess allegat mandant filqtil ta’ Caruana Galizia, li issa ilu kważi sentejn jinżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Fl-istess ġurnata li Fenech tpoġġa taħt att ta’ akkuża biex jgħaddi ġuri, Azzopardi bagħat ittra lill-Prim Imħallef fejn akkuża lill-Imħallef Griscti b’kunflitt ta’ interess għar-raġuni li dan xtara dgħajsa mingħand missier Yorgen Fenech fl-2008, l-istess sena li d-Deputat Nazzjonalista kien qed jiġri wara l-allegat mandant biex jagħtih b’xejn is-sala prinċipali tal-Hilton u fiha jorganizzalu coffee morning.

L-ittra kienet segwita wkoll minn attakk fil-konfront talImħallef Griscti b’posts fuq Facebook mill-istes­s Azzopardi u esponenti mill-għaqda Repubblika, waqt li Matthew Caruana Galizia, iben Daphne, saħansitra xerred id-dokument li juri t-trasferiment tad-dgħaj­ sa mingħand George Fenech għal fuq Giovanni Griscti 13il sena ilu, qabel biss dan sar imħallef. L-ittra qajmet furur fl-ambjent legali, li ma setgħux jifhmu kif negozju leġittimu fuq bejgħ ta’ dgħajsa antika fl-2008 bejn missier Yorgen Fenech u l-imħallef seta’ qatt influwenza lil dan tal-aħħar. Sadanittant il-ġimgħa l-oħra l-Imħallef Griscti ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest preventiv ta’ Fenech, fejn omm l-akkużat, Patricia, poġġiet lilha nfisha garanti għal binha li ma jaħrabx mill-pajjiż. Fi protest ġudizzjarju, l-avukati tal-allegat mandant fil-qtil talbu lill-Pulizija biex tinvestiga

Il-gideb ta’ Jason Azzopardi u l-familjarità tiegħu ma’ Yorgen Fenech jitfu l-attakk li hu stess għamel il-ġimgħa li għaddiet kontra l-Imħallef Giovanni Griscti eżatt qabel dan iddeċieda fuq talba għall-ħelsien mill-arrest tan-negozjant akkużat li kkummissjona d-delitt tal-2017

Sadanittant il-każ tal-pjaċir għall-coffee morning, kif żvelat minn ONE News din il-ġimgħa, mhux wieħed iżolat għal Azzopardi, li inzerta hu wkoll ir-rappreżentant legali tal-familja Caruana Galizia. Id-Deputat ilu s-snin jipprova jħammeġ u jfajjar bl-addoċċ suppost konnessjo­nijiet ta’ persuni ma’ Yorgen Fenech. U kull darba li għamel dan, kien qiegħed jostor il-konnessjoni personali tiegħu stess mal-allegat moħħ wara l-qtil ta’ Caruana Galizia. Dan iż-żmien sena ilu Azzopardi kien qal li qatt ma kien il­ taqa’ personalment ma’ Yorgen Fenech, biex imbagħad ħarġet omm Fenech stess u fakkritu li kien iltaqa’ ma’ binha fit-tieġ tiegħu (ta’ Yorgen) stess u indikat li meta tkun mistieden tieġ tkun tal-familja, kollega tax-xogħol jew ħabib tal-qalb! Ftit tax-xhur wara, meta mistoqsi dwar jekk qattx ingħata xi ħaġa mingħand il-familja Fenech, magħrufa wkoll bħala “ta’ Tumas”, l-isem tan-nannu ta’ Yorgen u l-bniedem li bena l-imperu tal-familja, Azzopardi nqabad jigdeb sfaċċatament fil-pubbliku. F’Novembru tas-sena l-oħra, kien ħareġ ukoll li lura għal Lulju tal-2017 Ray Fenech, iz-ziju ta’ Yorgen, kien ħallas lil Azzopardi u s-sieħba tiegħu akkomodazzjoni ta’ ħames stilel fil-Lukanda Hilton ta’ Tel Aviv f’Iżrael. Dan proprju tlett ijiem biss wara li fuq l-istazzjon nazzjo­nali d-Deputat tal-establishment kien eskluda li akkwista xi ħaġa mill-imperu vast tal-familja Fenech. Waqt Xtra nhar il-5 ta’ Novembru li għadda, Azzopardi ġie mistoqsi b’mod dirett mill-preżentatur jekk qattx ħa xi ħaġa mingħand

Tumas Group, li s-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, kien imexxi sa ftit taż-żmien ilu. Viżibbilment mifxul u skomdu, Azzopardi qal li żgur mhux mingħand Yorgen Fenech. Għall-mistoqsija speċifika, li ġiet ripetuta lilu “bħall-avukati”, jekk qattx ħa xi ħaġa mit-Tumas Group, Azzopardi sostna li ma jiftakarx li qatt ħa xi ħaġa. Wara din l-aħbar, l-eks mara tiegħu, Marica Azzopardi Balzan, ukoll żvelat li żewġha kien mar Iżrael fuq divertita mas-sieħba tiegħu bil-moħbi tagħha, waqt li kien għadu miżżewweġ lilha u minkejja li t-tnejn kienu mistednin għattieġ tat-tifla tar-Rabbi. Hi qalet li żewġha kien ġabilha l-iskuża li ried imur waħdu biex iqatta’ lejl f’Ġeru­salemm fejn hemm il-qabar ta’ Kristu, għalkemm imbagħad żmien wara kellha tiskopri x’kienet il-ve­rità. F’post twila fuq Facebook, Azzopardi Balzan qalet ukoll li żewġha kien baqa’ fid-dar matrimonjali tagħhom sal-kampanja elettorali, iżda telaq appena għaddiet l-Elezzjoni ta’ Ġunju 2017. Aktar tard il-PN ħareġ stqar­ rija fejn qal li l-Kap tal-Partit Bernard Grech iltaqa’ ma’ Azzopardi, li informah


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.