Il-Ħadd, 31 ta’ Ottubru, 2021
“NIMXU ’L QUDDIEM B’FIDUĊJA”
Ħarġa Nru 1,477
Prezz €1
KONFERMA TA’ TITJIB QAWWI FIR-RIĊIKLAĠĠ
Rapport f’paġna 10
IL-PRIM MINISTRU: GĦANDNA GVERN SOD LI SE JIBQA’ JĦARES L-INTERESSI TAL-POPLU “Aħna Gvern li fl-aktar kriżijiet dif fiċli, dejjem nagħżlu li nkunu mannies u n-negozji… aħna rridu nibqgħu nfittxu s-soluzzjonijiet. Mhux dejjem se jkunu faċli, imma nsibuhom,” qal il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela waqt li lbieraħ filgħodu ġie intervistat fuq ONE Radio dwar l-isfidi internazzjonali fil-prezz talenerġija. Fl-intervista waqt il-programm “Sibt il-Punt” ma’ Manuel Micallef, il-Prim Ministru kontinwament kien pożittiv, għalkemm realistiku, u wera fiduċja sħiħa fil-potenzjal tal-poplu Malti li se jgħin lill-pajjiż biex ikompli javvanza fiż-żmien li ġej.
Il-poplu jaf li fl-aħħar snin pajjiżna żamm l-orħos kontijiet, ferm orħos minn dawk f’pajjiżi oħrajn Hu saħaq dwar kif il-poplu jaf li fl-aħħar snin pajjiżna żamm l-or ħos kontijiet possibbli, ferm orħos minn dawk f’pajjiżi oħrajn. “U meta ġie l-mument ta’ diffikultà fl-ewwel mewġa tal-pandemija saħansitra raħħasna l-prezz tal-fuel. Dan ilħsieb jien ħadtu wkoll fuq livell internazzjonali, b’mod partikolari f’kuntest ta’ Kunsill Ewropew fejn iltqajna l-mexxejja kollha tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. Kienet waħda mill-akbar kwistjonijiet li kellna fuq l-aġenda. Bħalissa hawn waħda millakbar pressjonijiet f’ħafna snin u kif rajna fil-pandemija, l-ebda pajjiż mhu eskluż mill-effetti ta’ kriżijiet ta’ dan il-kobor. Fl-istess ħin, nemmen u sħaqt, li għandu jkun rikonoxxut kif kull pajjiż għandu ċirkostanzi speċifiċi tiegħu.” “Gvern Laburista raħħas dawn il-kontijiet u llum għandna fost l-irħas kontijiet fl-Unjoni Ewropea,” enfasizza l-Mexxej Laburista. Tkompli f’paġna 3
36,000 MARA AKTAR F’IMPJIEG MILL-2013 Bil-Baġit 2022 se jkunu 10 snin ta’ miżuri li għenu lin-nisa Maltin u Għawdxin jidħlu fid-dinja tax-xogħol, jiksbu indipendenza finanzjarja u jsaħħu l-fibra soċjali Għexieren ta’ miżuri introdotti minn Gvernijiet Laburisti sa mill-2013 għenu lil xejn inqas minn 35,869 mara f’pajjiżna biex jibdew jaħdmu, fil-maġġoranza assoluta f’impjiegi full-time. Minbarra li kien hemm dawk in-nisa li kienu qegħdin jagħmlu dan għall-ewwel darba, ħafna oħrajn ħadu l-opportunità mill-appoġġ qawwi offrut mill-Istat biex jirritornaw wara li kienu waqfu jaħdmu biex irabbu lil uliedhom. F’analiżi tal-miżuri mill-Baġits minn tmien snin ilu ’l hawn, wasalna għal 63 miżura speċifika li għamlu u għadhom jagħmlu d-differenza kollha f’dan ir-rigward. B’investimenti ta’ miljuni kbar ta’ ewro, dawn kienu jinkludu anke miżuri rivoluzzjonarji, bħaċ-childcare centres b’xejn, iż-żamma ta’ ċerti benefiċċji bit-tapering of benefits u s-sostenn blIn-Work Benefit li saħħaħ il-kunċett li
Diċ ’13
Mar ’21
Full-Time
57,136
92,197
Part-Time*
17,449
18,257
TOTAL
74,585
110,454
*Nisa li l-impjieg ewlieni tagħhom hu part-time
jaqbillek tkun f’impjieg. Bil-għan li nkunu iżjed speċifiċi fuq miżuri li affettwaw din iż-żieda tan-nisa fis-suq tax-xogħol, fl-analiżi evitajna li ninkludu ħafna miżuri oħrajn benefiċjarji, iżda li jistgħu jitqiesu bħala ġene rali. Avolja dawn ukoll setgħu għenu jew ħajru lil xi nisa biex joħorġu jaħdmu, ħallejna barra miżuri bħall-inċentivi favur ħaddiema b’diżabilità, il-ġlieda kontra l-prekarjat, iż-żidiet annwali talCost Of Living Adjustment (COLA), iż-żidiet tal-leave li jikkumpensaw il-festi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa u benefiċċ-
ji għal min jixtieq jibda xogħol bħala self-employed, fost mijiet oħrajn. Minn statistika ta’ JobsPlus jirriżulta li kien hemm qabżiet sinifikanti ta’ madwar 6,000 impjieg femminili ġdid f’pajjiżna fl-għeluq ta’ kull sena bejn l-2013 u l-2019, xhieda li l-iskopijiet tal-miżuri tal-Gvern kienu qed jintlaħqu sew. It-tendenza trażżnet biss is-sena li għaddiet, kif kien mistenni, minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Minkejja dan, kontra ħafna pajjiżi oħrajn, pajjiżna xorta rreġistra żieda ta’ impjiegi ġodda, inkluż ta’ aktar minn 1,000 mara. Waqt li dan kollu għen biex sal-lum għandna 110,454 mara taħdem fil-pajjiż, il-miżuri li tħabbru fil-Baġit 2022 ukoll jawguraw aktar suċċess f’din il-mixja, mhux l-inqas fl-impjiegi part-time bissaħħa ta’ tnaqqis ta’ 5% fl-Income Tax. Ara wkoll paġni 8 u 9
02
31.10.2021
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 21°C L-Inqas Temperatura: 17°C L-Indiċi UV: 4 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Ċirkolazzjoni ta’ pressjoni baxxa lejn il-Lvant tal-Gżejjer Maltin ser tersaq lejn ilLvant It-Temp: Pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita iżolati Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Grieg il-Lvant li jdur ħafif min-Nofsinhar Il-Viżibilità: Tajba minbarra fix-xita Il-Baħar: Ħafif għal moderat L-Imbatt: Baxx għal moderat mil-Lvant It-Temperatura tal-Baħar: 23°C
email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
24°C UV 2
KUNTATT ĠENERALI
19°C
Il-Ħamis
24°C UV 4
18°C
Il-Ġimgħa
25°C UV 3
20°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI
25°C
KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1 182
UV 1
18°C
23°C UV 1
17°C
22°C UV 4
16°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Regent Pharmacy, 70, Triq Merkanti, Il-Belt Valletta – 21245135 Remedies Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21245627 Collis Williams St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 21238625 Brown’s Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488884 Regal Pharmcay, 39B, Triq Antonio Bosio, L-Imsida – 21313115 Mensija Pharmacy, 92-94, Triq il-Mensija, San Ġwann – 21373275 Stella Maris Pharmacy, 34, Triq Millner, Tas-Sliema – 21335217 Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, L-Iklin – 21435567 Rotunda Pharmacy, 7, Triq il-Kungress Ewkaristiku, Il-Mosta – 21411197 Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523462 Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien – 21672757 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla – 21824720 St. James Pharmacy, Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar – 21666194 St. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Iż-Żejtun – 21678039 St. Andrew’s Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Ħal Luqa – 21820795 Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ – 21465411 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454274 Għawdex Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21566170 St. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Il-Qala – 21555348 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
03
31.10.2021
Tkompli minn paġna 1 Abela spjega wkoll li Malta issa marret għal enerġija iżjed nadifa meta hemm min għadu juża l-faħam. Minħabba li pajjiżna hu differenti minn oħrajn, speċjalment għax għandu biss kum panija waħda li tipprovdi l-enerġija, ilPrim Ministru qal li l-Gvern irnexxielu jikkonvinċi lill-pajjiżi l-oħrajn biex filkonklużjonijiet tal-Kunsill ikun hemm referenza kontinwa għal dawn ir-real tajiet. “Mhux se naċċetta li l-pressjoni internazzjonali ta’ żieda fil-prezzijiet naqbdu u nixħtuha fuq il-konsumatur qisu xejn mhu xejn, kif kien isir,” qal ilPrim Ministru b’referenza għall-aħħar Gvernijiet Nazzjonalisti li kienu jgħidu li rridu nidraw kontijiet għoljin u li qatt ma kienu se jerġgħu jorħsu. Robert Abela tenna l-fiduċja li teżisti f’pajjiżna li qed twassal biex jinħolqu aktar impjiegi, aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ u l-ħaddiema Maltin. “Qed nibqgħu nattiraw investiment wara ieħor. U bilfors tkun sodisfatt meta tmur f’postijiet bħal dawn u jgħidulek li f’pandemija għaddejja madwar iddinja u l-ikbar sfida li jsemmulek hi li għandhom bżonn iktar ħaddiema.” Il-Prim Ministru qal ukoll kif bħala pajjiż saru miri ambizzjużi biex insiru carbon neutral u jitkattar l-investiment b’mod sostenibbli. “Sabiħ li tara dan l-aptit li n-negozji jirkbu fuq il-ħtieġa ta’ bidla anke mil-lat ta’ sostenibbiltà.” Huwa sostna wkoll kif dan il-messaġġ irid jasal ukoll fl-arena internazzjonali. “Fil-jiem li ġejjin se nattendi l-COP26 u hemm se nwasslu l-messaġġ tagħna bħala pajjiż żgħir li lesti nagħmlu l-parti tagħna, iżda li nifhmu wkoll kif kulħadd irid jagħmel il-partit tiegħu għax dak li ma jagħmilx ħaddieħor ikollu impatt fuqna wkoll.” Il-prinċipju marbut mal-emerġenza klimatika jitlob lill-istati membri kollha biex flimkien jikkontribwixxu għallproċess ta’ dekarbonizzazzjoni, ibiddlu r-rotta tal-pajjiżi rispettivi tagħhom ħalli jevitaw it-tisħin globali u l-estin zjoni tal-ħajja fuq il-pjaneta tagħna. “It-trasformazzjoni tal-mudell eko nomiku tagħna f’wieħed iktar newtrali klimatikament, iwassalna biex inkunu minn ta’ quddiem bħala nazzjon li jmexxi stati żgħar oħrajn bħal tagħna, billi naqsmu l-esperjenzi, niddiskutu l-għażliet li għandna quddiemna, intej
Ritratt: GARETH DEGIORGIO
“MHUX NIXĦTU PIŻIJIET FUQ IN-NIES” Il-Prim Ministru waqt l-intervista lbieraħ filgħodu
bu l-ħiliet tal-ħaddiema tagħna biex nibqgħu kompetittivi u reżiljenti.” “Intenni l-istess appell … il-bżonn li nieħdu t-tilqima”
normalità, fejn irrilaxxajna l-miżuri ftit ftit – u s’issa qatt ma kellna għal xiex immorru lura minn dan – m’għandniex nieqfu milli nkunu responsabbli u nieħdu ħsieb xulxin,” kompla Dr Abela.
B’rabta mal-pandemija, hu appella lil “Pjan ta’ tim magħqud iffukat dik il-minoranza f’pajjiżna li għadha fuq il-ġid li rridu noħolqu” ma ħaditx it-tilqima, għax jekk minn xhur ilu ’l hawn bħala pajjiż konna Waqt li tkellem dwar il-Baġit, li għadu kemm ġie ppreżentat, il-Prim kapaċi li nnaqqsu bil-mod irMinistru qal li dan kien l-ikbar restrizzjonijiet, dan kien biss Baġit b’miżuri soċjali. għax kellna u għandna “L-anzjani fuq qud l-vaċċin. diem biż-żidiet fil“Allura bl-istess mod pensjonijiet u bene nappella lil kulħadd Sabiħ tara dan fiċċji oħra … erġajna biex la jibda jirċievi l-aptit li n-negozji naqqasna l-piż tatl-appuntament taltaxxi. Dan kien il-Ba booster imur jieħu jirkbu fuq il-ħtieġa ġit bl-iktar miżuri wkoll din it-tilqima. ta’ bidla anke ambjentali … il-Baġit Il-pandemija kienet mil-lat ta’ li ħaseb ukoll fil-futur tema oħra li qamet malbilli ħoloq l-inċentivi mejda tal-Kunsill Ewro sostenibbiltà għall-kumpaniji ħalli jkun pew. Tagħtik sodisfazzjon hemm iktar investiment.” meta tkun tista’ tgħid kemm Hu qal kif dan kollu jikkuntrasta konna kompetenti bħala pajjiż biex ksibna l-vaċċin, iżda wkoll kemm man-narrattiva tal-Partit Nazzjonalista. ikkopera l-pubbliku. Però fit-triq għan- “Li hu żgur hu li meta tara dak li qalet
l-Oppożizzjoni tasal għal konklużjoni sempliċi: Li kieku kienet fil-Gvern, flok kienet tkun hemm tinvesti fin-nies, kienet terġa’ tadotta l-awsterità.” Hu fakkar kif l-Oppożizzjoni għamlet ġimgħat u xhur tipprova toħloq inċer tezza fil-pajjiż, għax ma tiflaħx tara n-negozju qed jirkupra. “Oppożizzjoni li ħsiebha biss biex tbeżża’. Tbeżża’ bil-pandemija … imbagħad bl-FATF … imbagħad bl-elezzjoni. U dan dejjem b’tir wieħed, li jxejnu l-magna ekonomika li bnejna u li tant ħolqot progress soċjali fl-aħħar snin. Magna ekonomika li permezz tagħha eluf ta’ nisa kisbu l-indipendenza. Eluf ta’ persuni fuq benefiċċji soċjali bdew jaħdmu. Eluf ta’ żgħażagħ li setgħu jibdew negozju ġdid,” kompla l-Prim Ministru. “Lil dawn kollha nagħtihom il-kelma tiegħi – magħna taf fejn qiegħed. Għandkom is-serħan il-moħħ ta’ Gvern sod li għandu l-istess interessi tagħkom. Aħna m’aħniex ħsiebna fis-siġġu talpoter jew fl-intriċċi politiċi. Aħna ħsieb na fl-interess nazzjonali. F’dak li jaqbel għall-Għawdxin u l-Maltin kollha,” temm jgħid Dr Abela.
04
31.10.2021
IX-XEJRA POŻITTIVA FOST IN-NEGOZJI Fit-tielet kwart tal-2021, ilkundizzjonijiet tan-negozju kompl ew jitjiebu tant li 65% tan-negozji rrappurtaw żieda fl-attività tagħhom, skont tagħrif li nġabar mill-Bank Ċentrali ta’ Malta bejn Lulju u Settembru li għadda. L-istatistika mill-istħarriġ tal-Bank Ċentrali fost sidien ta’ negozji u rrapportata fit-tielet edizzjoni tal-“Business Dialo gue” maħruġ għal din is-sena, tixhed kif l-andament pożittiv u rkupru mill-pandemija għadu għaddej. Ir-rapport hu dettaljat u jagħti ħarsa lejn l-andament ekonomiku għat-tielet kwart ta’ din is-sena, waqt li jagħmel ukoll tqabbil mat-tieni kwart tas-sena. Tali stħarriġ ingħata iżjed importanza, speċjalment mindu faqqgħet il-pandemija. Permezz tiegħu wieħed jara kif qed jirrapportaw l-attività tagħhom in-negozji, issa li dejjem qegħdin ikomplu jonqsu l-miżuri preventivi meħudin bħala prevenzjoni għat-tixrid tal-pandemija. L-istħarrġ jagħti riżultati sodisfaċenti ħafna, b’rapporti ta’ titjib fuq is-setturi kollha. Anke fejn jidħlu pjani ta’ investiment, jidher li n-negozji ħarġu sew minn dik l-inċertezza li ġabet magħha l-COVID-19 u l-pjani qed jissuktaw. Jekk tieħu l-istħarriġ b’mod ġenerali tara li minn dak li qalu s-sidien tan-negozji nfus hom, il-kundizzjonijiet ġenerali tan-negozju komplew jitjiebu filwaqt li l-aspettattivi dwar l-attività kummerċjali għallaħħar kwart, jiġifieri għat-tliet xhur ta’ Ottubru, Novembru u Diċembru, tjiebu wkoll. Dwar l-investiment jintqal li l-pjani għal dan baqgħu filbiċċa l-kbira kif skedat u n-ne-
gozji qed jippjanaw li jkabbru n-numru ta’ ħaddiema fl-azjendi tagħhom. Kien hemm negozji li esprimew tħassib dwar in-nuqqas ta’ ħaddiema. Dan jirrifletti wkoll il-persentaġġ żgħir ta’ ħaddiema Maltin u Għawdxin li huma bla xogħol u li bħalissa jlaħħqu l-1,257. F’rapport ta’ 10 paġni, ilBank Ċentrali jibda wkoll jagħti aktar dettalji dwar dawn il-kisbiet tan-negozji. Fost l-oħrajn, fit-tielet kwart tal-2021, il-qagħda tan-negoz ji baqgħet titjieb. Waqt li 65% tan-negozji, li kienu kkuntattjati, irrappurtaw żieda fl-attività, kienu biss 16% li qalu li kellhom tnaqqis. Dan tal-aħħar ukoll hu aktar baxx minn dak li ġie rrappurtat fit-tieni kwart tas-sena, għax niżel għal 16% minn 21%. Għalhekk, persentaġġ nett ta’ 49% ta’ dawk li wieġbu, rrappurtaw żieda fl-attività matul it-tliet xhur ta’ qabel l-intervista, żieda sinifikanti meta wieħed jara li din telgħet minn 28% fit-tieni kwart tas-sena. Setturi li rrappurtaw titjib kienu dawk tas-servizzi, tal-manifattura u tal-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut. Dawk fis-setturi tal-kostruzzjoni u tal-propjetà qalu li stabbilizzaw irwieħhom. Is-settur tas-servizzi waħdu rrapporta titjib konsiderevoli. Persentaġġ qawwi ta’ 77% ta’ azjendi u ditti li jaħdmu f’dan is-settur iddikjaraw li l-kundizzjonijiet ekonomiċi fit-tielet kwart tas-sena tjiebu sostanzjalment. Perċentwal li diġà kien tajjeb fit-tliet xhur ta’ qabel. Il-kundizzjonijiet tan-negoz ju tjiebu sew ukoll fis-settur tal-manifattura. In-numru ta’ dawk li rrappurtaw titjib fl-attività f’dan is-settur kważi
rdoppja, minn 35% fit-tieni kwart għal 63% fit-tielet kwart tas-sena. Fis-settur tal-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, 44% nett ta’ dawk li wieġbu l-istħarriġ qalu li qed imorru tajjeb fin-negozju tagħhom, żieda mill-persentaġġ ta’ 30% fit-tieni kwart. Interessanti wkoll hu li
l-persentaġġ ta’ dawk in-negozji li qalu li ma raw ebda tibdil fl-andament tan-negozju tagħhom ukoll tjieb. Fil-fatt dak li fit-tieni kwart ta’ din is-sena kien ta’ 30% issa naqas għal 19% f’dawn l-aħħar tliet xhur. Bl-andament kif irrappurtat, dawk intervistati qed iħarsu b’ottimiżmu ’l quddiem, tant
li kważi nofs in-negozji inter vistati rrappurtaw li huma jistennew li l-attività kummerċjali se tiżdied fit-tliet xhur li ġejjin. Kienu 48% ta’ dawk li rrispondew li qalu li qed jistennew li l-attività kummerċjali tagħhom se tiżdied fit-tliet xhur li ġejjin, persentaġġ li hu 9% ogħla minn dak li kienu
AKTAR XOGĦLIJIET LURA GĦAL KUNDIZZJONIJIET L-irkupru ekonomiku mill-pandemija tal-COVID-19 qed jinħass ukoll fost dawk l-agħar milqutin mill-effetti tagħha flaħħar sena u nofs li għaddew. Fil-fatt minn tagħrif, li għandha l-KullĦadd, jirriżulta li attwalment hemm l-inqas għadd ta’ negozji quddiem id-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi (DIER) fejn qed jitolbu trattament speċjali ta’ eżenzjoni mil-liġi li tobbligahom josservaw il-kundizzjonijiet rispettivi nazzjonali jew dawk fi ftehim kollettiv. Il-Kapitlu 452 tal-liġijiet ta’ Malta jgħid, f’Artiklu 42, li, f’każi eċċezzjonali, min iħaddem jista’, bi qbil mal-ħaddiem/a jew rappreżentanti trejdunjonistiċi, jipprovdi kun-
dizzjonijiet tax-xogħol differenti minn dawk speċifikati filLiġi sakemm din tkun miżura temporanja biex jiġu evitati sensji. Dan ukoll irid ikun approvat mid-Direttur tax-Xogħol u jiġi rivedut kull erba’ ġimgħat. Bħal fil-każ tal-pandemija, li laqtet diversi setturi, partikolarment dawk relatati matturiżmu, dan il-provediment fil-liġi jippermetti li, bi ftehim mal-impjegati tagħhom, employers jitolbu permess speċjali ħalli jnaqqsu mill-kundizzjonijiet u allura spejjeż relatati mas-salarji. Dan jista’ jsir b’diversi modi, inkluż li ma jħaddmux il-minimu ta’ 40 siegħa xogħol jew jissospendu ċerti benefiċċji dovuti, fost oħrajn.
Waqt li f’Lulju tas-sena li għaddiet kien hemm total massimu ta’ 292 negozju li talbu dan it-trattament speċjali, illum jirriżulta li dawn niżlu għal 46 biss. Kienet tkun storja totalment differenti li kieku l-Gvern, immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, ma investiex ukoll miljuni kbar fil-ħaddiema u n-negozji bil-għan li jimmitiga l-effetti tal-pandemija fis-setturi l-iżjed milqutin. Dan sar permezz ta’ ruxxmata ta’ miżuri indirizzati speċifikament għal dan il-għan, l-iżjed waħda importanti tkun il-Covid Wage Supplement li allokat xejn inqas minn €800 fix-xahar lil kull ħaddiem li l-post tax-xogħol tiegħu ġie af-
fettwat l-agħar. Sentejn wara l-kriżi internazzjonali finanzjarja tal-2008, li kienet 10 darbiet iżgħar mill-pandemija, kien għad hemm 61 employer li ngħataw permess mid-DIER biex inaqqsu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema tagħhom. F’ċirkostanzi suppost normali fl-2012 is-sitwazzjoni kienet tali li 53 employer naqqsu wkoll il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema tagħhom. Dak iż-żmien, Gvern Nazzjonalista kien aġixxa kompletament differenti u minbarra li m’offra l-ebda għajnuna speċifika, għażel it-triq tal-awsterità, waqt li wkoll spiċċa jgħabbi piżijiet esaġerati fuq il-ħaddiema, il-familji u n-negozji inġenerali.
Mitlub jikkummenta dwar is-sitwazzjoni tal-lum u l-ħidma tad-DIER, li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu, il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela stqarr li “grazzi għall-ħidma ta’ dan il-Gvern, salvajna l-impjiegi u l-postijiet tax-xogħol tal-ħaddiema. Kienet ħidma kollettiva u tat riżultati li jimlewna b’kuraġġ għall-preżent u anke għall-futur. Flimkien mad-Dipartiment ħdimna ħalli mhux biss nifhmu s-sitwazzjonijiet differenti li żviluppaw fil-postijiet tax-xogħol, imma sibna metodi kif flimkien naslu għal soluzzjoni li minnha jirbaħ kulħadd. Huwa kkalkulat li aktar minn 25,000 impjieg ġew salvati bil-flessibbiltà biss li ġiet adottata. Dan
05
31.10.2021
QIEGĦDA TISSOKTA Bħal setturi oħrajn lokali, fil-manifattura persentaġġ ogħla ta’ negozji se jżidu l-ħaddiema mqabbel ma’ tliet xhur qabel
wieġbu l-istess fit-tieni kwart tas-sena. Kienu biss 11% li qalu li kienu qed jistennew tnaqqis. Minbarra hekk, il-proporzjon ta’ dawk li kienu inċerti mill-prospetti tan-negozju kompla jonqos, minn 18% fit-tieni kwart tas-sena għal 11% fit-tielet kwart. Għalhekk, anke hawn ġie
NORMALI kien strumentali ħalli, kif ir-restrizzjonijiet jonqsu u l-attività ekonomika lokali u dik minn barra tiżdied, issib lill-komunità kummerċjali lokali lesta ħalli tkompli bil-ħidma tagħha.” Il-Ministru Abela kompla jgħidilna li dan kollu wassal biex illum f’pajjiżna għandna l-inqas numru ta’ nies ifittxu x-xogħol, konferma oħra kemm il-politika tal-Gvern Laburista ħadmet u kemm kien għaqli li, flok miżuri ta’ awsterità, mar għal miżuri ta’ investiment, partikolarment fin-nies. L-għaqal tal-Gvern kien ukoll fil-fatt li daħal fil-pandemija globali minn pożizzjoni ta’ baġit surplus fejn allura seta’ jinvesti l-miljuni biex isalva l-impjiegi u n-negozji, tenna Abela.
rrappurtat titjib, l-aktar fis-set- rrapportaw li komplew bil-pjaturi tal-manifattura, bi ftit in- ni tagħhom, filwaqt li dan kien qas fis-settur tas-servizzi. għoli wkoll fis-settur tal-bejgħ F’dan il-perjodu wkoll, 73% bl-ingrossa u bl-imnut, 78%. ta’ dawk li wieġbu qalu li komAktar investiment iġib plew bil-pjani tagħhom ta’ in- miegħu wkoll aktar impjievestiment kif skedat, filwaqt li gi. Mistoqsija dwar pjani ta’ 14% rrappurtaw posponiment. impjieg, it-tweġibiet miġburin B’din iż-żieda fl-attività, 41% jiżvelaw żieda f’dawk l-azjendi nett tan-negozji qed jippjanaw u d-ditti li qed jippjanaw li jżidu li jżidu l-ħaddiema. l-ħaddiema, b’41% ta’ dawk kollMatul l-istadji inizjali tal- ha intervistati li qed jippjanaw pandemija, għadd sostanzjali li jżidu l-impjiegi. Dan kien ta’ ditti kienu waqqfu l-pjani kemxejn ogħla mit-39% fit-tietagħhom ta’ investiment. Dan ni kwart, iżda b’mod sinifikanti kien ir-riżultat tal-inċertezza aktar minn dak li kien irreġismadwar id-dinja minħabba trat fl-ewwel kwart. l-imxija tal-pandemija. Persentaġġ ogħla ta’ ditti li Madankollu, l-istħarriġ juri qed jippjanaw li jżidu l-impjie li kien hemm żieda fil-persen- gi ġie rreġistrat fl-oqsma taġġ ta’ kumpaniji kollha, minbarra li komplew bil-pjani tas-servizzi. B’mod tagħhom ta’ inves partikolari, persentiment f’dawn l-aħ taġġ nett ta’ 57% ta’ ħar xhur. Fil-fatt dawk intervistati u 73% mat-tliet kwarti li ġejjin mis-settur tan-negozji, li wieġtan-negozji tal-kostruzzjoni u bu għall-istħarriġ, tal-proprjetà qed jipwieġbu li irrappurtaw li l-pjapjanaw li jżidu l-ħadkomplew ni tagħhom ta’ indiema, persenaġġ li vestiment baqgħu bil-pjani ta’ tela’ sew minn dak fit-triq it-tajba, meta ta’ 10% fit-trimestru mqabblin ma’ 69% investiment preċedenti. kif skedat fit-tliet xhur ta’ qaMa’ dan, il-per bel. … 41% qed sentaġġ ta’ dawk L-għadd ta’ kum fil-manifattura, li jippjanaw paniji li qalu li ppos wieġbu li qed jipp ponew jew waqqfu janaw li jżidu l-ħadli jżidu l-pjani tagħhom ta’ l-ħaddiema diema, kien ta’ 31%, investiment u għadżieda fuq id-29% fithom qed jaraw kif se jiżviluppa tliet xhur ta’ qabel, waqt li dak l-andament ekonomiku huma fil-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut biss ta’ 14%, l-istess bħalma żdied minn 30% għal 33%. kien fit-tliet xhur ta’ qabel. Ħafna minn dawk intervis Min-naħa l-oħra, imbagħad, tati jinsistu li n-nuqqas ta’ ħad 3% ħassru n-nefqa kapitali diema huwa ta’ tħassib kbir u li tagħhom. Dawn joperaw fil-be- qed isibuha dejjem aktar diffiċli jgħ bl-ingrossa u bl-imnut u li jsibu impjegati ġodda. Dan fis-settur tas-servizzi. is-sentiment intwera minn ditĦarsa lejn is-setturi fejn ti fis-setturi kollha, imma kien jidħlu pjani ta’ investiment, 81% aktar fost dawk li joperaw fl-intal-kumpaniji tal-manifattura dustrija tas-servizzi.
F’LONDRA GĦAL LAQGĦA MAL-IMO Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg ilbieraħ kien f’laqgħa mas-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) Kitack Lim f’Londra, l-Ingilterra, fid-dawl li pajjiżna wkoll se jkun qed jagħmel il-pass importanti li jwaqqaf l-Awtorità Maltija tal-Marittimu. Dan ikompli juri kif pajjiżna jemmen li dan is-settur hu wieħed essenzjali għall-ekonomija lokali u b’hekk hemm bżonn li jkun hemm ħidma ffukata biex anke l-pożizzjoni ta’ pajjiżna fuq l-isfond internazzjonali tkompli tisaħħaħ u tittejjeb. Fost oħrajn, il-Ministru Borg tkellem mas-Segretarju Ġenerali Lim dwar l-aspirazzjoni li għandu pajjiżna biex għal darb’oħra jiġi elett fil-Kunsill tal-IMO ħalli jressaq ’il quddiem proposti u miżuri li jagħmlu dan is-settur tant importanti madwar id-dinja wieħed aktar sostenibbli. Fid-diskussjonijiet f’Londra, Malta tkellmet ukoll dwar l-impatt li s-settur marittimu qed ikollu fuq it-tibdil fil-klima kawża tat-tniġġis, xi ħaġa li wkoll tirrifletti fuq l-għaqal amministrattiv tal-Gvern Malti li fassal miri ambizzjużi f’dan ir-rigward. Waqt li insista li Malta se tibqa’ tkun minn ta’ quddiem li tappoġġja l-istrateġija tal-IMO għall-gender mainstreaming, il-Ministru Malti tenna li “rridu nibqgħu nħarsu wkoll id-drittijiet tal-baħħara tagħna u allura rridu naraw li l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 ikunu minimi kemm jista’ jkun, anke permezz ta’ assistenzi mill-gvernijiet internazzjonali ħalli naraw li dan is-settur ma jikkrollax u jibqa’ jkun wieħed mill-aktar essenzjali fil-qasam tat-trasport.”
06
31.10.2021
IŻJED INVESTIMENTI FIS-SERVIZZI SOĊJALI, B’INQAS DIPENDENTI L-NSO jikkonferma li fl-ewwel disa’ xhur tas-sena kien hemm inqas persuni fuq assistenza soċjali – 11% inqas mill-2019! … fl-istess ħin tjiebu u twessgħu l-parametri ta’ iżjed għajnuniet
Il-pensjoni tal-irtirar u ċ-children’s allowance kienu fost il-benefiċċji li komplew jissaħħu fl-aħħar snin
Stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ikkonfermat li fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena kompliet tonqos id-dipendenza fuq l-assistenza soċjali. Fil-fatt, kienu 4,334 persuna biss li kellhom jirrikorru għal din l-għajnuna, jew 3% inqas minn dawk li kellhom bżonn din l-istess għajnuna fl-ew
wel disa’ xhur tas-sena l-oħra. Imqabbel mal-istess perjodu fl-2019, jiġifieri qabel bdiet il-pandemija, issa wkoll kien hemm tnaqqis konsiderevoli. Bejn Jannar u Settembru ta’ sentejn ilu kien hemm 4,880 persuna dipendenti fuq din l-għajnuna. Ifisser li, minkejja l-pande mija, kien hemm tnaqqis ta’ 546 persuna, jew 11%, dipendenti fuq l-assistenza soċjali fuq medda ta’ sentejn. It-tnaqqis ukoll jistona bilkbir ma’ dak li kien seħħ wara l-kriżi ekonomika tal-2008, meta kien hemm żieda ta’ kważi 900 persuna fuq l-assis tenza soċjali. Dan filwaqt li fl-2013 kien hemm id-doppju tal-ammont preżenti jiddependu mill-għajnuna. Fl-ewwel disa’ xhur tal2021 kompliet tonqos ukoll id-dipendenza fuq l-allowance supplimentari, bl-ammont li jirrikorru għalih jonqos b’501 persuna meta mqabbel mal2020 u b’1,213 meta mqabbel mal-2019. Ta’ min jinnota li minkejja t-tnaqqis fid-dipendenza fuq dan il-benefiċċju, l-ispiża talGvern xorta żdiedet minn €6.5 miljun fl-2019 għal €8.9 miljun fl-2021. Dan għax il-Gvern tejjeb ħafna r-rati ta’ dan il-benefiċċju. L-istess seħħ fejn jidħol l-In-Work Benefit fejn hemm kważi 5,100 persuna li qed igawdu minn dan il-benefiċċju mogħti lil dawk li jaħdmu, imma li għandhom dħul baxx. Imqabbel ma’ sena ilu, l-ammont mogħti tela’ b’aktar minn €500,000, jew bi 13%.
Dan seħħ wara titjib fir-rati, fl-eliġibilità u d-dħul ta’ suppliment għal dawk bi tfal. Grazzi għal miżuri ta’ baġits preċedenti, żdied ukoll l-ammont direzzjonat lejn dawk b’diżabilità, li issa tela’ għal kważi €23 miljun, ikkompa rat ma’ inqas minn €19-il miljun qabel bdiet il-pandemija. L-istess ġara fir-rigward taċ-Childrens’ Allowance, fejn l-allokazzjoni telgħet bi kważi €3 miljun, grazzi għad-dħul ta’ suppliment. Ta’ min ifakkar li, fil-kriżi ekonomika ta’ wara l-2008, ilGvern Nazzjonalista dakinhar kien naqqas din l-assistenza lill-familji b’aktar minn €2 miljun. L-anzjani b’differenza għal żminijiet oħrajn ukoll ma tħallewx waħedhom f’dan ilmument ta’ sfida ekonomika. Fil-fatt, l-ammont mogħti lir-romol tela’ għall-ewwel darba għal aktar minn €118il miljun fl-ewwel disa’ xhur tas-sena. Dan ifisser żieda ta’ €9 miljun, jew bi kważi 8% mqabbel ma’ qabel il-pande mija. Fejn jidħol l-ammont li qed jingħata lill-pensjonanti dan ukoll laħaq figura rekord, dik ta’ kważi €500 miljun fl-ewwel disa’ xhur tas-sena. Dan ifis ser tkabbir ta’ €66 miljun, jew 15% mqabbel mal-2019. Jekk wieħed iħares biss lejn l-inqas pensjonijiet – dawk minimi – isib li l-allokazzjoni żdiedet bi €11-il miljun, jew bi kważi n-nofs. Dan juri kif il-Gvern iffoka l-għajnuna lil dawk l-aktar filbżonn.
Wara l-kriżi finanzjarja tal-2008 kien hemm żieda ta’ kważi 900 persuna fuq l-assistenza soċjali, waqt li fl-2013 kien hemm saħansitra d-doppju tal-ammont preżenti jiddependu minn din l-għajnuna
07
31.10.2021
IL-QASMA DIĠITALI ŻBALJATA TAL-PN Fl-aħħar jiem l-Oppożizzjoni Nazzjonalista sostniet, permezz tal-kelliem tagħha Clyde Puli, li hu allarmanti kif, skont riżultat minn stħarriġ li sar dan l-aħħar f’pajjiżna, jidher li hawn madwar 5,000 tifel u tifla li m’għandhomx laptop, tablet jew gadget simili. Peress li dan huwa survey li bħalu ma jidhirx li qatt saru oħrajn fil-passat, ma nistgħux inqabblu biex naraw jekk is-sitwazzjoni marritx ’il quddiem jew lura f’dan ir-rigward fl-aħħar snin. Ċertament li l-qasma diġitali hi sfida u wieħed mill-mezzi biex tindirizzaha, minbarra bl-edu kazzjoni, hu wkoll billi tgħolli l-livell tal-għajxien tan-nies għax wara kollox li xi ħadd ikollu laptop jew tablet tiddependi fost oħrajn fuq jekk persuna taffordjahx jew le. Allura ħsibna li probabbilment il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-5,000 tifel u tifla ġejjin minn familji li huma mċaħħdin materjalment b’mod sever. Għaldaqstant, ħarisna lejn l-istatistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) u sibna li fl-2013, kien hawn kważi 13% tat-tfal Maltin u Għawdxin
f’deprivazzjoni materjali severa. Jiġifieri wieħed minn kull kważi tmint itfal f’Malta u Għawdex tmien snin ilu kienu mċaħħdin mill-aktar affarijiet bażiċi u essenzjali. Din ir-rata sal-2020 niżlet għal 3.9%, tliet darbiet inqas, u li jfisser li s-sena li għaddiet kien hemm wieħed minn kull 25 tifel u tifla f’Malta u Għawdex li kienu f’deprivazzjoni materjali severa. Dan ifisser li illum hawn terz tattfal f’ċaħda materjali severa milli kien hawn meta l-Oppożizzjoni tal-lum kienet fil-Gvern. Tnejn minn kull tlett itfal li kien hawn f’ċaħda materjali severa sal-2013 illum m’għadhomx f’din is-sitwazzjoni. Issa wieħed jista’ biss jispekula kemm kien hawn tfal bla laptop jew tablet fl-2013 għax tali statistika ma teżistix u dak li sar issa kien biss survey. Iżda jekk illum tfal f’ċaħda materjali severa hawn biss terz ta’ dak li kien hawn fl-2013, jekk japplika dan l-istess proporzjon wieħed jista’ jikkalkula li probabbli fl-2013 kien hawn mal-15,000 tifel u tifla li ma kellhomx laptop jew tablet.
Mitlub jikkummenta, il-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon saħaq li l-Gvern għaddej b’ħidma kbira mhux biss fil-qasam edukattiv ħalli t-tfal jingħataw l-aqwa edukazzjoni ħolistika possibbli, iżda anke fil-qasam ekonomiku u soċjali fejn il-politika tal-Gvern preżenti fl-aħħar snin wasslet għal rata rekord ta’ impjiegi, l-inqas rata qatt irreġistrata ta’ qgħad u l-inqas rata ta’ dipendenza soċjali. Hu sostna li, grazzi għal dawn ir-riżultati eċċellenti, il-kwalità tal-ħajja tat-tfal Maltin u Għawdxin flimkien ma’ dawk tal-familji tagħhom tjiebet sostanzjalment fl-aħħar tmien snin. Il-Ministru Falzon temm jgħid li dan jimliena bil-kuraġġ biex inkomplu nagħmlu aktar ħalli nilħqu lil dawk li għad għandhom bżonn l-għajnuna, inkluż f’dik li hi qasma diġitali. Fil-fatt, filġimgħat li ġejjin il-Gvern se jkun qed ivara inizjattiva sostanzjali li se tkun qed tgħin mhux ftit biex tiġi indirizzata l-qasma diġitali fost il-familji vulnerabbli f’pajjiżna.
Ir-rata ta’ tfal f’ċaħda materjali severa llum hi tliet darbiet inqas minn dik li kienet tmien snin ilu
08
31.10.2021
MIŻURI T’GĦAXAR SNIN LI SE JKUNU 2013
● Ingħata bidu għal tnaqqis gradwali u mifrux fuq tliet snin fl-ogħla rata tat-taxxa taddħul. Ir-rata ta’ taxxa personali ta’ 35% applikabbli għal dawk li jaqilgħu inqas minn €60,000 tnaqqset bi 3% għal 32% għal kull komputazzjoni: singli, miżżewġin u ġenituri. ● Tneħħiet it-taxxa fuq il-Paga Minima. B’hekk persuni li t-taxxa tagħhom kienet tinħadem fuq rata ‘single’ u jirċievu biss il-paga minima u l-bonus statutorju, ma baqgħux jiġu intaxxati. ● Żdied b’ġimagħtejn għal 18-il ġimgħa il-leave talmaternità.
Mill-introduzzjoni ta’ childcare centres b’xejn, it-tapering tal-benefiċċji u l-In-Work Benefit sa tnaqqis drastiku fit-taxxi, żidiet fil-Paga Minima u fil-benefiċċji tal-maternità, fost oħrajn, għenu mas-36,000 mara jibdew jaħdmu mill-2013
2014
● Tnaqqset it-taxxa fuq min jaħdem bħala part-time. Illimitu (fuq l-ammont suġġett għar-rata preferenzjali ta’ 15%) żdied minn €7,000 għal €10,000 fil-każ ta’ impjieg parttime u €12,000 fil-każ ta’ part-timers li jaħdmu għal rashom. ● Mill-ġdid imsaħħaħ il-prinċipju li min jaqla’ l-paga minima ma jiġix intaxxat u għalhekk żdied il-limi tu biex jittieħed kont tal-Cost Of Living Adjustment (COLA). Fl-istess waqt din il-miżura ġiet estiża wkoll għall-pensjonanti li d-dħul tagħhom ikun biss il-pen sjoni u din ma taqbiżx l-ammont tal-paga minima. ● Biex familji jkunu f’qagħda aħjar li jisfruttaw il-potenzjal ta’ kull membru tal-familja u jsibu l-bilanċ bejn id-dmirijiet familjari u dawk tax-xogħol ingħata bidu għas-servizz ta’ childcare b’xejn. Il-benefiċċju medju ta’ dan is-servizz għal kull tifel jew tifla jiswa €4,000 kull sena. ● Għal ġenituri li jibagħtu lil uliedhom f’childcare centres bi ħlas kien hemm tnaqqis ieħor fit-taxxa. Ittnaqqis se jiżdied minn €1,300 għal € 2,000. ● Għal dawk il-familji li jsibu diffikultà biex ilaħħqu u jwasslu lit-tfal tagħhom l-iskola u jaslu fil-ħin għax-xogħol tnieda servizz ġdid fejn il-ġenituri jistgħu jwasslu lil uliedhom siegħa qabel il-ftuħ tal-iskola u t-tfal jingħataw kolazzjon nutrittiv fl-iskola. ● Bħala parti mill-politika li tiżdied ir-rata ta’ parteċipazzjoni tan-nies fis-suq tax-xogħol, nisa miżżewġin ’il fuq minn 40 sena u li kienu ilhom aktar minn ħames snin barra mix-xogħol, u daħlu lura f’impjieg ingħataw il-possibbiltà li, sakemm id-dħul tagħhom ma jaqbiżx il-paga minima, żwieġhom ikomplu jħallsu t-taxxa bil-komputazzjoni tal-miżżewġin u d-dħul tal-mara ma jkunx ikkunsidrat. B’hekk raġel b’paga medja seta’ jiffranka madwar €800 f’taxxa kull sena minħabba li kellu l-opportunità li jżomm l-istess komputazzjoni. ● Biex jinċentiva lil min iħaddem joffri work placements kif ukoll skemi ta’ apprentistat, il-Gvern nieda sistema ta’ tnaqqis tat-taxxa fejn min iħaddem igawdi minn €600 għal kull work placement u €1,200 għal kull apprentistat. ● Iddaħħlet skema speċifika ta’ taħriġ għall-Għawdxin li qed ifittxu impjieg. Fl-istess waqt, Għawdex ingħata prijorità fil-qasam tax-xogħol permezz tat-tiġdid tal-Employment Aid Programme b’investiment minn fondi Ewropej. ● Ingħata bidu għal skema li għandha l-għan li tinċentiva t-taħriġ u l-impjieg ta’ persuni qiegħda fl-età ta’ bejn il-45 u l-65 sena. Kumpaniji li jimpjegaw dawn il-ħaddiema gawdew minn tnaqqis fit-taxxa tad-dħul ta’ €5,800 għall-ewwel sentejn, li kienet tfisser iffrankar ta’ €2,030 fis-sena għal kull persuna li tittieħed mir-reġistru tal-qgħad. Minbarra hekk dawn il-kum paniji bbenefikaw minn tnaqqis fit-taxxa tad-dħul ta’ 50% tal-ispiża fuq it-taħriġ tal-istess ħaddiema, sa massimu ta’ €400. ● Ġiet fis-seħħ l-inizjattiva tat-tapering tal-benefiċċji bil-għan li nies jirreġistraw għax-xogħol jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Permezz ta’ din l-iskema, minflok ma jinqatgħu mill-ewwel il-benefiċċji kollha malli li jibdew jaħdmu, dawn jitnaqqsu fuq medda ta’ żmien biex it-tranżizzjoni mir-reġistru talqgħad għad-dinja tax-xogħol tkun waħda bla skossi.
L-iskema hija mifruxa fuq tliet snin. Fl-ewwel sena l-benefiċjarji jgawdu minn 65% tal-benefiċċju, fit-tieni sena minn 45% u fit-tielet minn 25%. Min iħaddem ukoll ingħata sa 25% tal-benefiċċju kull sena għal tliet snin. Id-differenza marret f’fond għat-taħriġ. ● Single parents fuq l-assistenza soċjali wkoll ingħataw l-inċentiv biex itejbu l-prospetti għall-impjieg tagħhom. Huma ngħataw kreditu ta’ bejn €200 u €1,000 meta jidħlu għal taħriġ vokazzjonali intensiv jew jidħlu fis-sistema edukattiva full-time biex itejbu l-ħiliet tagħhom.
2015
● Kompla t-tnaqqis fit-taxxa tad-dħul. Ir-rata ta’ taxxa per sonali ta’ 29% applikabbli għal dawk li jaqilgħu inqas minn €60,000 tnaqqset għal 25%. Bis-saħħa ta’ din il-miżura €19-il miljun baqgħu fil-bwiet tal-familji Maltin. Aktar minn 40,000 persuna ggwadanjaw minn dan it-tnaqqis tat-taxxa fuq firxa ta’ tliet snin. ● Il-limitu għal komputazzjoni tat-taxxa żdied biex jieħu kont taż-żieda fil-COLA ħalli min jaqla’ l-paga minima ma jiġix intaxxat. Dan il-ħelsien mit-taxxa applika wkoll għall-pensjonanti li l-pensjoni tagħhom ma taqbiżx l-ammont tal-paga minima. ● Introdott il-benefiċċju ġdid tal-In-work Benefit biex ikompli jissaħħaħ il-kunċett li bix-xogħol jaqbillek. Il-benefiċċju japplika għall-familji bi dħul baxx u li għandhom tfal sa 23 sena. Kemm familji fejn iż-żewġ ġenituri jaħdmu t-tnejn jew ġenitur li jrabbi lil uliedu waħdu jew waħedha huma intitolati sa massimu ta’ €1,200 fis-sena, mingħajr ma jkun hemm tnaqqis f’benefiċċji oħrajn, mhux l-inqas dak taċ-Children’s Allowance. ● Bil-għan li jintlaħqu aktar żgħażagħ li qed jirreġistraw għax-xogħol ġew iffinanzjati 700 traineeships u 200 work trials taħt l-iskema tal-Youth Guarantee. Bħala sinjal li l-bżulija tippremja, dawk iżżgħażagħ li rrifjutaw li jmorru għat-taħriġ offrut tilfu
d-dritt tal-benefiċċju tal-qgħad. Ġenituri li jrabbu lil uliedhom waħedhom ukoll ġew imħeġġa jidħlu filprogramm tal-Youth Guarantee. ● Fl-istess waqt, ġenituri, li jrabbu lil uliedhom waħedhom u jirċievu l-għajnuna soċjali, ingħataw l-opportunità li jibdew jaħdmu u jkomplu jgawdu mill-benefiċċji billi jidħlu fl-iskema tat-tapering tal-benefiċċji. ● Single parent, li tirċievi l-għajnuna soċjali u tiżżewweġ jew tidħol f’unjoni ċivili ma’ persuna li tkun impjegata, ingħatat id-dritt li ma titlifx l-għajnuna soċjali mill-ewwel, imma tonqsilha b’mod gradwali fuq medda ta’ tliet snin. ● Min iħaddem gawda minn sussidji jekk jimpjega persuni żvantaġġati jew iħarreġ il-ħaddiema tiegħu. Is-sussidju jitla’ sa massimu ta’ €5,000. Fil-każ ta’ single parent is-sussidju li jieħu jkun id-doppju. ● Ir-rata tal-benefiċċju tal-leave tal-maternità għoliet għan-nisa li jaħdmu ma’ ħaddieħor jew jaħdmu għal rashom. Il-benefiċċju żdied b’rata ekwivalenti għall-paga minima nazzjonali, żieda ta’ aktar minn €6 fil-ġimgħa. ● Bil-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali fl-MCESD, tnieda l-fond speċjali għal-leave tal-maternità. Minn dan il-fond beda jitħallas il-benefiċċju tal-14-il ġimgħa leave tal-maternità bi ħlas mill-kumpaniji privati. Biex il-piż jinqasam bejn kulħadd il-kumpaniji privati kollha bdew iħallsu kontribuzzjoni żgħira għal kull impjegat li jħaddmu. ● Nisa li jaħdmu għal rashom wkoll bdew jieħdu l-benefiċċju tal-maternità b’rata ekwivalenti għall-paga minima nazzjonali. Dan kien ifisser żieda ta’ akar minn €73 fil-ġimgħa b’benefiċċju tal-maternità għal 14-il ġimgħa għal dawn in-nisa. ● B’riħet il-ħolqien tax-xogħol f’Għawdex saret skema biex tinkoraġġixxi ż-żieda u ż-żamma ta’ impjiegi full-time fl-industrija tat-turiżmu. Kull operatur li jagħmel dan igawdi minn rifużjoni parzjali fil-ħlas tal-bolla. Din ir-rifużjoni tammonta għas-somma ta’ €1,000 għal kull impjegat addizzjonali full-time.
09
31.10.2021
GĦENU LIL AKTAR NISA JAĦDMU mu ż-żewġ ġenituri, dan kien ifisser żieda ta’ €200 fis-sena skont id-dħul u b’hekk il-benefiċċju tela’ minn €1,000 għal €1,200. Għas-single parents li jaħdmu, ir-rati għolew b’€50 fis-sena għal €1,250, filwaqt li għall-koppji fejn wieħed biss jaħdem, ir-rati għolew minn €150 sa massimu ta’ €350 fis-sena skont iddħul. ● Twettqet riforma importanti fl-Għajnuna Supplimentari li titħallas lill-ħaddiema miżżewġin bi dħul, inkluż bil-Paga Minima, imma li m’għandhomx tfal taħt is-16-il sena u ma jiħdux Children’s Allowance. B’din ir-riforma żdied is-ceiling għal dik is-sena għall-miżżewġin minn €11,089 għal €13,000. Mill-bidla gawdew ukoll persuni single li jgħixu għal rashom, jaħdmu u għandhom dħul nett ta’ inqas minn €9,012 għal dik is-sena, kif ukoll persuni single oħrajn, li jaħdmu b’Paga Minima u ma kellhomx dħul nett li jaqbeż id-€9,012, li bdew igawdu minn żieda ta’ €126.36 fis-sena. Minn din ir-riforma gawdew mal11,000 koppja u 5,000 persuna single li jaħdmu għal total ta’ 27,000 persuna. ● Bil-għan li jkompli jinżel il-qgħad fost iż-żgħażagħ, b’kollaborazzjoni mas-settur privat, issoktat il-Work Programme Initiative biex tingħata għajnuna lil individwi ta’ 25 sena li ilhom ifittxu xogħol għal 12-il xahar jew aktar. Fl-istess waqt, kompliet il-Garanzija għażŻgħażagħ biex persuni jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom u jtejbu l-opportunitajiet għax-xogħol.
2018
2016
● Wara li bejn l-2013 u l-2015 tnaqqset it-taxxa tad-dħul minn rata ta’ 35% għal 25% fuq dħul ta’ inqas minn €60,000, fl-2016 sar tnaqqis ieħor fit-taxxa tad-dħul. B’dawn il-miżuri, li minnhom gawdew mal-160,000 persuna, persuna b’dikjarazzjoni singla li taqla’ sa €9,100, koppja b’dikjarazzjoni konġuta li jaqilgħu sa €12,700 u persuna bid-dikjarazzjoni ta’ ġenitur li taqla’ sa €10,500, inħelsu mill-ħlas tat-taxxa. Koppji u persuni oħrajn iffrankaw €90 u €210 f’taxxa, skont id-dħul tagħhom. ● Biex jitkattar l-imprenditorjat fost in-nisa ttieħdet miżura fejn self-employed nisa u negozji li fihom hemm maġġoranza ta’ ekwità kkontrollata min-nisa, jingħata massimu ta’ kreditu ta’ taxxa ta’ €50,000 flok €30,000. ● Il-benefiċċju tal-In-Work Benefit ġie estiż għall-fa milji magħmulin minn koppji fejn persuna waħda biss tkun fl-impjieg bi dħul ta’ bejn €6,600 u €12,700 u fejn hemm ulied dipendenti li għandhom inqas minn 23 sena. ● Għal darb’oħra, permezz ta’ fondi għat-taħriġ millFond Soċjali Ewropew, tnieda programm biex jiġu inkoraġġiti aktar persuni jieħdu t-taħriġ li għandhom bżonn. ● Min-naħa tagħha, JobsPlus bdiet toffri 500 work exposure u traineeship fis-sena għal seba’ snin biex tgħin ikompli nieżel il-qgħad fil-pajjiż. ● Bħala inċentiv biex jinħolqu impjiegi ġodda mas-settur privat f’Għawdex billi għal kull impjegat offrut kuntratt ta’ tliet snin jew iżjed, kumpaniji bdew jingħataw rifużjoni ta’ 20% tal-paga medja ta’ impjegat sa massimu ta’ €5,000.
2017
● Żdiedu u tjiebu l-benefiċċji tal-iskema tal-In-Work Benefit. Minbarra reviżjoni fis-ceilings rispettivi, għolew ir-rati għal kull wild taħt it-23 sena. Għal koppja fejn jaħd-
● Kif imwiegħed, bdiet tiġi implimentata l-miżura li kull ħaddiem jieħu lura ġurnata leave għall-festi pubbliċi li jinzertaw fi tmiem il-ġimgħa, b’żieda tal-ewwel ġurnata leave. ● Aktar tnaqqis ta’ taxxi għal kull min jaħdem. Dan japplika għal kull ħaddiem li jaqla’ inqas minn €60,000. Għall-ewwel darba bbenefikaw ukoll dawk il-ħaddiema li ma jħallsux taxxa. Dawk bl-inqas dħul ingħataw il-massimu ta’ din l-għotja. Il-ħlasijiet li ngħataw ivarjaw bejn €40 u €68, skont id-dħul gross li jkun daħħal ħaddiem fis-sena ta’ qabel. ● Titjib fl-iskema tal-In-Work Benefit b’żidiet mogħtija għal kull wild ta’ koppji fejn wieħed mill-ġenituri biss jaħdem. ● Titjib fl-iskema tat-tapering, billi l-perjodu ta’ stennija biex wieħed ikun jista’ jgawdi mill-benefiċċju tat-tapering tnaqqas minn sentejn għal sena li jkun ilu jgħix fuq il-benefiċċji soċjali għal sena biss. ● Aktar inċentivi biex jinħolqu impjiegi ġodda mas-settur privat f’Għawdex billi għal kull impjegat offrut kuntratt ta’ tliet snin jew aktar, tingħata rifużjoni ta’ 30% tal-paga medja ta’ impjegat sa massimu ta’ €6,000.
2019
● Żieda ta’ ġurnata oħra ta’ leave biex tagħmel tajjeb għal dawk il-festi pubbliċi li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa. ● Aġġustament għall-impjegati li jitħallsu l-paga minima skont il-ftehim milħuq mal-imsieħba soċjali. Dawk il-ħaddiema li kienu fuq il-paga minima fl-2017, fl-2018 ħadu żieda ta’ €3 fil-ġimgħa u fl-2019 ħadu €3 oħra fil-ġimgħa. ● Aktar tnaqqis ta’ taxxi għal kull min jaħdem permezz ta’ refunds li jvarjaw minn €40 sa €68. ● Ħaddiema rreġistrati bħala singli għall-fini ta’ taxxa u li d-dħul tagħhom hu minn xogħol part-time li jaqbżu s-ceiling ta’ €9,100, iżda ma jeċċedux il-paga minima, ma baqgħux jiġu intaxxati. ● Aktar għajnuna finanzjarja għall-impjegati Għawd xin li jaħdmu mal-Gvern u jridu jivvjaġġaw bejn iżżewġ gżejjer u jorganizzaw trasport kollettiv. ● Il-ħaddiema kollha Għawdxin li jaħdmu Malta, kemm dawk li jaħdmu mal-Gvern u dawk li jaħdmu mal-privat, saru intitolati għall-Gozitan Works Subsidy, li tikkonsisti fir-rifużjoni tal-biljett tal-vapur.
2020
● Żieda ta’ ġurnata oħra leave bi tpattija għall-ġranet tal-festi pubbliċi li jaħbtu fi tmiem ilġimgħa. ● Rifużjoni oħra tat-taxxa lil kull min jaħdem bi spiża ta’ €11.5-il miljun. ● Tonqos ir-rata tat-taxxa fuq dħul minn overtime. L-ewwel 100 siegħa ta’ overtime f’sena ta’ ħaddiema, li l-paga tagħhom ma taqbiżx l-€20,000, bdew jiġu intaxxati bil-15%. ● Biex jonqos ix-xogħol ta’ prekarjat saret miżura ħalli ħaddiema tal-kuntratturi, li jkolhom kuntratti ma’ entitajiet partikolari fis-settur privat, jirċievu l-paga bażika għall-istess xogħol f’dik l-entità partikolari. ● Romol fid-dinja tax-xogħol, li għandhom tfal taħt it-18-il sena, bdew jieħdu żieda ta’ €5.46 fil-ġimgħa fil-benefiċċju li jitqassam għal kull wild. L-allowance issa laħaq l-€10 fil-ġimgħa.
2021
● Ġranet tal-leave reġgħu żdiedu b’ġurnata oħra bi tpattija għal dawk il-btajjel pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa. ● Mill-ġdid jingħata tax refund għal min jaqla’ inqas minn €60,000. Ir-rifużjoni se tiżdied għal bejn €45 u €95, bl-ogħla ħlas jingħata lil min għandu l-aktar dħul baxx. Ibbenefikaw ’il fuq minn 218,000 persuna. ● It-thresholds tal-In-Work Benefit ġew estiżi għal darb’oħra fil-pjan ta’ rkupru ekonomiku mħabbar f’Ġunju, bir-rata tal-benefiċċju tiżdied fit-tliet kate goriji involuti. It-thresholds il-ġodda huma ta’ €35,000 għall-koppji fejn iż-żewġ ġenituri jaħdmu; €23,000 għas-single parents u €26,000 għall-koppji fejn ġeni tur wieħed biss jaħdem. ● Ħaddiema tas-Servizz Pubbliku bdew igawdu minn politika ġdida ta’ remote working, li tagħtihom fakultà li jaħdmu ’l bogħod mill-uffiċċju.
2022
● Se jkun qed jiġi estiż isservizz ta’ childcare b’xejn għal dawk li jaħdmu ħinijiet atipiċi, bħal filgħaxija, fi tmiem il-
ġimgħa u bix-xiftijiet. ● Se tiżdied ir-rifużjoni tat-taxxa li ngħatat fl-aħħar snin għal bejn €60 u €140, bl-ogħla waħda tingħata lil min għandu l-aktar dħul baxx. ● Ir-rata tat-taxxa fuq id-dħul mill-overtime se tkompli tonqos biex min ma jaqbiżx paga bażika ta’ €20,000 fis-sena u m’għandux pożizzjoni maniġerjali se jibda jiġi intaxxat bil-15% fl-ewwel €10,000 dħul mis-sahra. ● Tnaqqis tat-taxxa minn 15% għal 10% fuq id-dħul talpart-timers. ● Titjib tal-In-Work Benefit għall-ġenituri li għandhom tfal taħt it-23 sena. Għall-koppji fejn it-tnejn jaħdmu, il-limitu tad-dħul se jiġi estiż minn €35,000 għal €50,000 fis-sena, għal koppji fejn ġenitur wieħed jaħdem, il-limitu tad-dħul se jitla’ minn €26,000 għal €35,000 fis-sena, u għal single parents il-limitu se jitla’ minn €23,000 għal €35,000 fis-sena. Minbarra hekk, ir-rati minimi żdiedu għal €200 fis-sena, waqt li se jiżdiedu r-rati kollha eżistenti b’€100 fis-sena. ● Se jingħataw ukoll €150 f’In-Work Benefit fis-sena lil ħaddiema b’paga bażika sa €20,000 u li jaħdmu mal-privat f’ħinijiet atipiċi ta’ filgħaxijiet, fi tmiem ilġimgħa u bix-xiftijiet fis-setturi tal-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel, is-servizzi amministrattivi u ta’ sapport, il-manifattura, it-trasport u l-ħażna, u l-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut. ● Il-Gvern se jibda jħallas id-doppju għas-sigħat ta’ xogħol fil-Ħdud lill-ħaddiema tal-kuntratturi fis-Settur Pubbliku. ● L-istipendju lill-istudenti eliġibbli se jibqa’ jingħata anke jekk jaħdmu sa massimu ta’ 25 siegħa fil-ġimgħa. ● Pjan biex jibdew diskussjonijiet fuq livell tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) biex pajjiżna jkun f’pożizzjoni li jimplimenta direttiva talUE dwar parental leave u work-life balance.
10 Ritratt: KEVIN ABELA / DOI
31.10.2021
RIĊIKLAR B’QABŻIET POŻITTIVI Malta se żżid ir-riċiklaġġ b’iżjed mit-tripplu fl-2021
MINN SAN VINĊENZ JIĠBRU €10,000 B’RISQ IL-HOSPICE Fl-okkażjoni tax-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-mard tal-kanċer, il-ħaddiema u r-residenti ta’ San Vinċenz de Paul organizzaw jum ta’ attivitajiet biex jinġabru fondi b’risq Hospice Malta. Din kienet it-tielet sena li għamlu dan. Is-somma ta’ €10,000, li nġabret din is-sena mill-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom, ġiet ippreżentata lillKap Eżekuttiv ta’ Hospice Malta Kenneth Delia, fil-preżenza tal-mara tal-Prim Ministru Dr Lydia Abela u l-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia.
IL-BELT TĦEJJI GĦALL-MILIED “CHRISTMAS IN THE CITY” U ATTRAZZJONIJIET OĦRAJN GĦALL-FAMILJA KOLLHA B’inqas restrizzjonijiet b’rabta mal-pandemija tal-COVID-19, il-Ministru għallWirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera u ċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef ħabbru programm vast ta’ attivitajiet fil-Belt Valletta fil-ġranet ta’ qabel il-Milied u l-Ewwel tas-Sena. Il-Ministru Herrera tenna li dawn l-attivitajiet, li se jibdew mit-22 ta’ Novembru u jagħlqu fil-31 ta’ Diċembru, qed jitħabbru wara numru ta’ avvenimenti li saru bi prova kif ukoll b’udjenza li kienet 100% mlaqqma. Hu tenna wkoll li, issa li erġajna qbadna t-triq għan-normalità, wieħed għandu jieħu gost igawdi l-atmosfera tal-Milied fil-belt kapitali tagħna u ħeġġeġ lill-poplu kollu biex jattendi l-attivitajiet organizzati skont ir-regolamenti tal-awtoritajiet tas-saħħa. Min-naħa tiegħu, iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qal li dan hu l-Milied ta’ wara l-pandemija. Dan se jkun l-akbar Milied fil-kapitali, bl-akbar ammont ta’ attivitajiet u attrazzjonijiet għall-familja kollha, b’numru ta’ attrazzjonijiet kuljum mill-25 ta’ Novembru sal-25 ta’ Diċembru, li jinkludu avvenimenti mużikali, teatrali, u ta’ briju li se jdaħħlu lil kulħadd fl-ispirtu tal-Milied. Tħabbar li għall-attività ta’ lejlet l-Ew-
wel tas-Sena se jattendi l-kantant famuż Ingliż John Newman, magħruf għal diversi kanzunetti popolari bħal “Feel the Love”, “Not Giving In”, “Love Me Again”, “Fire in Me” u “Feelings”. Miegħu se jieħdu sehem The Palace String Orchestra, fejn se jkun hemm prestazzjonijiet minn Aidan, Gaia, Jasmine, Klinsmann, Megan u Ozzylino, filwaqt li se jieħu sehem Debrii. L-avveniment se jkun ippreżentat minn Abel, JD u Martina. Għal aktar dettalji wieħed jista’ jidħol
fuq is-sit elettroniku u l-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Ma’ dawn, fl-aħħar tħabbar ukoll mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) li f’Putirjal bejn it-3 ta’ Diċembru u t-2 ta’ Jannar 2022 se terġa’ tintrama l-Fairyland – Santa’s City, li tinkludi l-attrazzjonijiet tal-Ferris Wheel enormi, li tagħti veduti spettakolari tal-akkwati, ice rink, Merry-Go-Round u għadd ta’ gabbani tal-ikel.
Din is-sena se tinżel fl-istorja bħala sena rekord fl-immaniġġjar sostenibbli tal-iskart, hekk kif stqarrija mill-WasteServ ilbieraħ ikkonfermat l-istatistika pożittiva li ħarġet il-ġimgħa li għaddiet minn tweġibiet Parlamentari. Dan mhux biss ifisser li Malta mxiet mill-aħħar pożizzjonijiet Ewropej, iżda se nkunu ftit bogħod mill-medja fl-UE. Dan hu estremament inkoraġġanti peress li l-miri għall-2022 huma saħansitra aktar ambizzjużi. Meta wieħed iħares lejn il-katina kollha tar-riċiklaġġ, iċ-ċifri huma aktar sostanzjali b’rata li taqbeż s-60%, id-doppju ta’ dak li kien qed jiġi rreġistrat qabel. Il-WasteServ diġà ħabbret li l-2021 se tkun l-aktar sena produttiva f’termini ta’ materjali riċiklabbli pproċessati minn mindu twaqqfet fl-2002 hekk kif madwar 18,000 tunnellata ta’ kartun, karta, metall, ħġieġ u plastik se jiġu rriċiklati u rritornati fl-ekonomija. Żidiet sostanzjali ġew irreġistrati fil-flussi kollha tal-iskart, bil-kartun u l-metall jir rappreżentaw l-akbar titjib. Ġimgħa ilu rrapportajna dwar ċifri ppubblikati fil-Parlament li wrew kif l-investimenti f’dan ir-rigward se jwasslu biex l-2021 tara lil Malta b’aktar minn tliet darbiet iżjed riċiklar mis-sentejn li għaddew. Aaron Farrugia, il-Ministru res ponsabbli mill-Ambjent, spjega kif din il-prestazzjoni mtejba dalwaqt se tkun ikkumplimentata bi pjan ġdid għall-immaniġġjar taliskart li mhux biss se jikkonsoli da l-pożizzjoni ta’ Malta, imma se jippermettilha li tersaq iktar viċin il-pajjiżi bl-aħjar riżultati. Hekk kif Malta miexja lejn eko nomija ċirkolari, il-WasteServ se tkompli taħdem b’deċiżjonijiet strateġiċi bil-għan li tkompli ttejjeb l-operat. Bħalissa fil-fatt qed taħdem ukoll fuq l-implimentazzjoni ta’ investiment ta’ €500 miljun li jikkonsisti f’erba’ impjanti ġodda tal-ipproċessar tal-iskart li se jkunu parti millproġett il-ġdid ECOHIVE.
11
31.10.2021
Triq Sir Temi Zammit, bejn il-Mosta u l-Imġarr, se tkun magħluqa minn għada minħabba xogħlijiet infrastrutturali
IL-BYPASS TAL-IMĠARR SE TINGĦALAQ SAL-ERBGĦA TM se toffri servizz ta’ trasport b’xejn mill-Mosta sal-Imġarr Matul it-tlett ijiem li ġejjin, Triq Sir Temi Zammit, jew kif inhi wkoll magħrufa l-bypass tal-Imġarr, se tkun magħluqa biex jitlesta l-asfalt fl-ewwel nofs tal-proġett li qed tagħmel Infrastructure Malta biex tnaqqas ir-riskji ta’ aċċidenti f’din ir-rotta bejn l-Imġarr u l-Mosta. Minbarra li bniet mill-ġdid il-karreġġjata ta’ din it-triq kif ukoll il-bankini biex tejbet l-aċċess għal min jgħaddi minnha bil-mixi, fil-ġimgħat li għaddew l-aġenzija poġġiet barrikati ġodda bejn il-korsiji fid-direzzjonijiet opposti. Dawn il-barrikati b’ċertifikazzjoni CE tal-Unjoni Ewropea huma ddisinjati apposta biex inaqqsu r-riskji li vetturi jinqalbu jew jaħbtu ma’ vetturi ġejjin mid-direzzjoni opposta, u b’hekk inaqqsu r-riskji ta’ ġrieħi serji. Peress li m’għandhomx xfar jaqtgħu, huma wkoll aktar siguri għal dawk li jivvjaġġaw bil-muturi. Saru anke provi mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex ġie assigurat li l-barrikati ġodda, li saru f’nofs il-bypass, jippermettu l-aċċess sigur tas-servizzi t’emerġenza, anke meta jkun hemm vetturi oħrajn weqfin fl-istess karreġġjata. Infrastructure Malta ħadet l-okkażjoni biex tagħmel ix-xogħlijiet tal-kisi bl-asfalt fl-ewwel nofs tal-bypass bejn it-Tnejn u l-Erbgħa ġejjin, hekk kif l-iskejjel se jkunu magħluqin għall-vaganzi. Hu mmirat li l-aħħar xogħlijiet fit-tieni nofs tat-triq se jkunu lesti wkoll f’Novembru. Waqt li l-bypass tkun magħluqa, wieħed jista’ jsegwi rotot alternattivi mix-Xemxija, San Pawl il-Baħar, Burmarrad u l-Mosta. Sadanittant, Transport Malta ħabbret li biex jitnaqqas l-inkonvenjent lill-pubbliku waqt li għaddejjin dawn ix-xogħlijiet se toffri shuttle
service bejn l-Imġarr/Żebbiegħ u l-Mosta, minn għada sal-Erbgħa. Dan is-servizz se jkun qiegħed isir permezz ta’ minivans li jistgħu jiġu identifikati minn tabella u se jkun offrut lill-pubbliku bla ħlas. L-ewwel vjaġġ jitlaq mill-waqfa “Mrejnu” flImġarr fil-5.15 a.m. waqt li s-servizz se jopera kull siegħa sad-9.15 p.m. b’din ir-rotta: Triq Sir Harry Luke – il-Pjazza tal-Imġarr – Triq Fisher – Triq il-Ganfra – Triq il-Vanilja – Misq - l-Aħmar – Triq Sir Temi Zammit – Triq il-Bidnija – il-Pjazza tal-Mosta (waqfa “Rotunda”). Dan is-servizz jieqaf u jtella’ n-nies minn fuq kull waqfa eżistenti li tinsab matul il-vjaġġ. Dawk il-passiġġieri li jixtiequ jużaw dan is-servizz mill-Mosta jistgħu jaqbdu s-servizz tax-shuttle mill-Pjazza tal-Mosta, minn fuq waqfa “Rotunda”, bl-ewwel vjaġġ jitlaq fis-6.15 a.m. Is-servizz, li se jopera kull siegħa sat-8.15 p.m., għandu din ir-rotta: Triq il-Kostituzzjoni – Vjal Millbrae – Triq il-Bidnija – Triq Sir Temi Zammit – l-Aħmar – Misq – Triq il-Vanilja – Triq Ganfra – Triq Fisher – il-Pjazza tal-Imġarr – Sir Harry Luke (waqfa “Mrejnu”). Rotta 44 se tgħaddi hekk: Minn Triq l-Indipendenza – Triq il-Kbira – Triq San Pawl tal-Qliegħa – Triq Ta’ Żejfa – Vjal Millbrae fil-Mosta għal Burmarrad, il-bypass ta’ San Pawl il-Baħar – Ballut – il-Manikata – Għajn Tuffieħa, u lura mill-istess rotta. B’hekk, passiġġieri li jixtiequ jmorru l-Imġarr għandhom jużaw rotot oħrajn li jieqfu fuq ilbus stop “Rotunda”, bħar-rotot 41 u 42 mill-Belt Valletta. Il-konnessjoni bejn il-Manikata, Għajn Tuffieħa u l-Imġarr se tibqa’ permezz tar-rotta 101.
12
31.10.2021
MIRA WAĦDA – IL-ĠEJJIENI
JULIA FARRUGIA PORTELLI Ministru
Fil-jiem li għaddew il-Prim Mi nistru qata’ l-għatx bil-perżut lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista wara li għal ġimgħat sħaħ tawha għall-ispekulazzjoni dwar id-data tal-elezzjoni, birriżultat li kattru ansjetà fil-ko munità kummerċjali u l-ħaddiema. Nafu lkoll li elezzjoni ġenerali dejjem tħalli timbru fuq l-andament ekonomiku ta’ pajjiż u inqas ma jkun hemm spekulazzjoni dwarha inqas ikun hemm intoppi fil-ħidma kummerċjali lokali. B’kuntrast mal-ispekulazzjoni vojta, iżda, kellna lill-Prim Ministru Robert Abela li qed jagħmilha ċara li l-unika mira li għandu l-Partit Laburis-
ta fil-Gvern hi espressament fuq il-ġejjieni. Ġejjieni b’aktar opportunitajiet ta’ xogħol għaċ-ċittadini kollha, ġejjin minn liema qasam u klassi soċjali ġejjin. Infatti l-kumment tiegħu dwar l-elezzjoni ġenerali għamlu proprju meta kien qed iħabbar investiment ieħor fi proġett ta’ €8 miljun li mhux biss se jkun qed irendi 100 impjieg ġdid ieħor, iżda anke jtejjeb il-kwalità ta’ ħajja għall-poplu kollu kemm hu. Dan għaliex ilproġett hu msejjes fuq it-tkattir ta’ sostenibbiltà ambjentali billi l-kumpanija mdaħħla filproġett se jkollha l-ewwel fabbrika newtrali mill-karbonju. Dan hu l-ġejjieni għal Malta, għat-tfal tagħna u wliedhom, aktar investiment f’inizjattivi u proġetti li jħarsu l-ambjent, waqt li l-produzzjoni tibqa’ sejra taħdem b’aktar impenn, aktar impjiegi u aktar tkabbir li flimkien jissarrfu fi kwalità ta’ ħajja aħjar. Il-Gvern hu impenjat li jibqa’ jinvesti fl-industrija u jsostni l-appoġġ tiegħu għal aktar proġetti ta’ dan it-tip. Hekk biss jistgħu l-ħaddiema jaċċertaw ruħhom li r-rankatura li qabad il-pajjiż fejn jidħol ix-xogħol tissaħħaħ u titnissel il-fiduċja. Bil-kuntrarju ta’ min kien qal li lest jilgħab imħatra
li l-industrija tal-manifattura f’Malta kienet se tisparixxi! Il-proċess ta’ sostenn soċjali permezz ta’ inizjattivi u l-għoti ta’ drittijiet, li beda fl-2013 u tkompla fl-2017, jirrifletti r-rieda tagħna li ma nħallu lil ħadd barra. L-idea li l-poplu jkun moqdi u sostnut skont il-ħtiġijiet varji tiegħu hija l-pjattaforma li fuqha nbniet u għadha qed tissaħħaħ il-viżjoni li kulħadd, xejn inqas il-vulnerabbli, ilpersuni b’diżabilità, il-morda, l-anzjani, l-emarġinati u faxex oħra fis-soċjetà, ikunu koperti, darba għal dejjem, mill-benniena sat-tebut. Il-welfare state li ħa sura f’pajjiżna u li għadu qed jevolvi u saħansitra jservi ta’ eżempju għal pajjiżi oħra. Il-kwalità ta’ ħajja aħjar ma tistax tkun ristretta għal setturi partikolari tal-ekonomija. Il-mira tal-ġejjieni trid tibqa’ dik li kulħadd jibda jgawdiha u jibqa’ jgawdiha għax miżrugħa fil-ħamrija għammiela tax-xogħol, fi tkabbir ekonomiku mingħajr preċedent u fl-għaqda bejn dawk li jżommu l-qalb kummerċjali tal-pajjiż tħabbat – sidien, familji imprenditorjali, industrijalisti, investituri Maltin u barranin – u dawk li jridu jħaddmuha u jagħmluha aktar effiċjenti u ta’ gwadann għa-
lihom infushom u għall-familji tagħhom – il-ħaddiema Maltin u Għawdxin li magħna jaqsmu din il-viżjoni. Biex il-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd tkompli titjieb fil-ġej jieni, ried ikun hemm bilfors il-benefiċċji, l-iskemi u t-twassil ta’ libertajiet lil setturi varji li sa ftit snin ilu kienu jittamaw għal għarfien tas-sitwazzjoni tagħhom imma jispiċċaw jieħdu, anzi jingħataw, il-laqx. M’iniex nikteb fuq ħwejjeġ li llum ma jafhomx kulħadd. Bdejna bil-proġett li qatt aktar ma jkollna xi settur tal-poplu mċaħħad minn drittijietu. B’hekk biss stajna nrawmu aħjar l-idea ta’ inklużjoni soċjali u t-twettiq tal-ugwaljanza li dwarhom konna nisimgħu ħafna iżda kellna nkunu aħna li ġejna għall-fatti. Miżuri u inizjattivi li ħadna ssarrfu fi drittijiet u f’opportuntajiet għal ġenerazzjonijiet u setturi li, bil-jedd kollu, għandhom iħossuhom parti minn soċjetà li tgħinhom u tifhem l-isfidi li jridu jħabbtu wiċċhom magħhom tul ħajjithom. Min ma rax ħajtu tgħaddi għall-aħjar f’dawn l-aħħar tmien snin? It-tfal, l-istudenti, iż-żgħażagħ, l-anzjani, u persuni b’diżabilità jew morda li llum għandhom l-opportunità
wkoll, fost ħafna benefiċċji oħra, li jsiru sidien ta’ djarhom daqs kull ċittadin ieħor. Ma tistax ikollok mira fuq il-ġejjieni mingħajr ma tkun ħloqt bażi soda. Mhux permezz ta’ inizjattivi u liġijiet biss, iżda anke permezz ta’ konsultazzjonijiet f’waqthom – kemm dawk pubbliċi kif ukoll dawk partikolari ma’ stakeholders fis-setturi li jkunu se jgawdu mit-titjib ippjanat. Is-sehem dirett tal-istakeholders, fosthom għaqdiet volontarji, persuni kkonċernati u l-familji tagħhom, esperti u akkademiċi, aġenziji tal-Istat u konsulenti Maltin u barranin, kien u jibqa’ l-muftieħ ta’ ħidmietna. Issa deħlin fl-istadju fejn ittisħiħ ta’ dan kollu jissarraf fi kwalità ta’ ħajja aħjar, ġejjieni li jkopri u jindokra f’qafas soċjali wiesa’ li minnu ma jkun hemm nieqes assolutament ħadd. Hi mira li nistgħu nkunu fdati biha għax urejna diġà d-dispożizzjoni naturali tagħna bħala partit fil-Gvern għal aktar titjib, tisbiħ u tiġdid – bil-fatti u mhux bil-paroli. Il-manifest elettorali tagħna kien il-kelma li tajna u żammejnieha. Il-mira issa tibqa’ ffukata fuq il-ġejjieni, il-konsolidazzjoni tal-kisbiet li saru u oħrajn li għad iridu jsiru.
SFIDI U OPPORTUNITAJIET GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
CRESSIDA GALEA Kandidata fl-1 Distrett
L-edukazzjoni hi ċ-ċavetta għal futur aħjar u għalhekk impor tanti li l-istudenti lokali jibqgħu javvanzaw fit-tagħlim tagħhom biex inkomplu ntejbu r-riżors uman fil-pajjiż. Investiment fiżżgħażagħ ifisser investiment għas-soċjetà u għall-pajjiż kollu. L-investiment fiż-żgħażagħ iwassal għal iżjed ħaddiema bilħiliet meħtieġa li jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jikkontribwixxu lejn il-mutur ekonomiku. Iż-żgħażagħ għandhom jaħdmu lejn komunità aħjar billi jwasslu ’l quddiem ideat li huma passjonati fuqhom. Il-bidla tiġi mis-soċjetà u s-soċjetà magħmula min-nies. Għal-
hekk għandu jkun hemm djalogu kostruttiv u kontinwu mal-awtoritajiet u mal-Ministeri rispettivi biex jiġu implimentati ideat li ż-żgħażagħ iwasslu ’l quddiem. Ftit tax-xhur ilu kelli l-opportunità li nagħmel laqgħa ma’ rappreżentant tal-Aġenzija Żgħażagħ, li twaqqfet biex tipprovdi l-ispazju meħtieġ fit-tagħlim u l-iżvilupp tat-talenti taż-żgħażagħ. Waqt din illaqgħa, iddiskutejna tliet sfidi ewlenin li ż-żgħażagħ lokali jiffaċċjaw: Is-saħħa mentali – iżżgħażagħ iħossu li waħda mill-akbar sfidi li jiffaċċjaw matul iż-żgħożija hija dik tassaħħa mentali. L-età bejn l-adolexxenza u l-età adulta żgħira hija l-perjodu fejn ħafna nies jesperjenzaw bosta mard mentali bħall-ansjetà, id-dipressjoni u anke eating disorders. Dan hu perjodu delikat fejn iż-żgħażagħ ikunu għaddejjin minn diversi bidliet fl-iżvilupp tagħhom kif ukoll ikunu għaddejjin bl-istudji tagħhom fejn jistgħu jwasslu għal aktar ansjetà u stress filħajja tagħhom. Biex tiġi indirizzata din l-isfida, kien hemm numru ta’ kampanji fuq is-saħħa men-
tali ogranizzati minn Aġenzija Żgħażagħ kontra l-ansjetà, inkluż waqt il-pandemija. Inizjattiva oħra kienet ilkampanja ‘Smile with Miles’, li tnediet minn Lydia Abela, mart il-Prim Ministru, biex tħeġġeġ aktar nies ikunu attivi u, barra li jagħmlu eżerċizzju fiżiku, jikkontribwixxu ħalli jinġabru flus għal proġetti fil-komunità li jindirizzaw is-saħħa mentali. Sfida oħra li qed tiġi ffaċċjata miż-żgħażagħ hi t-tluq kmieni mill-iskola fejn l-istudenti ma jkomplux l-edukazzjoni terzjarja minħabba diversi raġunijiet. Dan jikkorrispondi mar-rata baxxa ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ. F’Mejju, il-qgħad fost iż-żgħażagħ f’Malta kien ta’ 7.4% waqt li fl-UE kien 17.3% u fiż-Żona Ewro 17.5%. Biex tiġi indirizzata din l-isfi da, għandu jkun hemm korsijiet għaż-żgħażagħ li jagħżlu li jidħlu fid-dinja tax-xogħol wara t-tmiem tas-Sekondarja, biex ikunu jistgħu jkomplu bl-istudji u jsaħħu l-ħiliet waqt li xorta jibqgħu jaħdmu. F’dan ir-rigward, apparti korsijiet part-time li qed jiġu offrutti mill-Università ta’ Malta, il-Gvern ħabbar ukoll numru ta’ korsijiet ġodda għat-tagħlim
matul il-ħajja (Lifelong learning courses). Dawn il-korsijiet ta’ tagħlim formali u informali, kemm ġenerali kif ukoll vokazzjonali, joffru l-possibilità u l-opportunità biex il-ħaddiema jkomplu jitgħallmu u javvanzaw il-ħiliet tagħhom biex ikollhom xogħol ta’ kwalità aħjar u kundizzjonijiet xierqa. L-aħħar sfida li ddiskutejt flimkien ma’ Aġenzija Żgħażagħ hi dik tal-obeżità. Skont il-Eurostat, fl-2017 kien hemm 62.2% tal-popolazzjoni Maltija mill-età ta’ 18-il sena ’l fuq li kienu obeżi abbażi tal-indiċi tal-massa talġisem tagħhom (BMI). Minbarra dawn l-isfidi, irridu nirrikonoxxu li ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin għandhom ħafna opportunitajiet meta mqabblin ma’ oħrajn. Mhux biss igawdu minn edukazzjoni b’xejn u stipendju b’xejn fissnin skolastiċi tagħhom, iżda wkoll hemm diversifikazzjoni fit-tagħlim – tagħlim vokazzjonali li jiġi offrut minn istituzzjonijiet bħall-MCAST u l-ITS, kif ukoll edukazzjoni formali fl-Università ta’ Malta. M’għadx għandna sitwazzjoni fejn korsijiet jiġu offruti f’pajjiżi barra minn Malta biss, li kienet qed twassal biex iż-żgħażagħ jitilqu
mill-pajjiż biex jistudjaw f’pajjiż barrani u jibqgħu hemm. Illum il-ġurnata diversi korsijiet jiġu offruti hawn Malta u b’hekk qed jitnaqqas l-effett ta’ brain drain fejn professjonisti Maltin jagħżlu li jaħdmu barra mill-pajjiż. Iż-żgħażagħ igawdu wkoll minn diversi opportunitajiet bħal scholarships, ERASMUS+, Youth Think Tank Programme, EU Youth Dialogue u inizjattivi oħrajn li joffru l-possibilità liż-żgħażagħ jesprimu l-ideat tagħhom u jikkontribwixxu b’mod attiv fi programmi li jaffettwaw lilhom dirett. Il-Gvern dejjem emmen li ż-żgħażagħ għandhom ikollhom rwol ċentrali fl-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta’ pajjiżna, tant li fil-viżjoni ekonomika għall-10 snin li ġejjin se jkunu qed jikkontribwixxu għal tisħiħ f’għadd ta’ setturi: bħat-turiż mu u dawk tal-finanzi u diġitali, fost oħrajn. Ma’ dan, Gvern Laburista wkoll ta d-dritt liżżgħażagħ minn 16-il sena ’l fuq biex jagħżlu r-rappreżentanti tagħhom fil-Parlament. Hemm bżonn li aktar żgħa żagħ ikunu attivi fis-soċjetà għax enerġija żagħżugħa u vuċi friska huma fatturi vitali biex ilpajjiż ikompli jimxi ’l quddiem.
13
31.10.2021
LIL HINN MILL-FRUNTIERI
ALEX MUSCAT Segretarju Parlamentari
Nafu li l-ħajja mimlija avventuri u esperjenzi diversi. Nafu wkoll li permezz tal-mezzi soċjali, id-dinja kollha tinsab biss ‘click’ ’il bogħod. Ix-xewqa li wieħed jesplora kulturi u pajjiżi differenti qatt ma kienet b’saħħitha daqs illum. Grazzi għal din ix-xewqa li wieħed jesplora, ma kienet xejn sorprendenti li ħafna żgħażagħ Maltin u Għawdxin esprimew ix-xewqa li jgħixu f’pajjiż ieħor Ewropew. Aktar minn 750 persuna hekk imsejħa Generation Z (ta’ bejn 16 u 24 sena) u Millennials (25 sa 39) f’Malta ħadu seh-
em fl-EY Generate Youth Survey f’Awwissu u Settembru. Meta mistoqsija f’liema parti tad-dinja jixtiequ jgħixu u jaħdmu fiha, 60% tal-Gen-Z u 59% tal-Millennials stqarrew li jippreferu jgħixu f’pajjiż Ewropew ieħor. Din kienet żieda ta’ 12% fuq is-sena li għaddiet. Li tirrisjedi barra minn Malta hija esperjenza ferm differenti llum meta mqabbla mal-ġenerazzjonijiet Maltin ta’ qabilna li kellhom jaqbdu l-vapur lejn l-Istati Uniti, il-Kanada jew l-Awstralja, f’postijiet imbiegħda li ma kinux jafu x’se jsibu mal-wasla tagħhom. Meta l-Maltin taż-żminijiet ta’ wara l-gwerra telqu minn pajjiżna, kienu jafu li aktarx dawn qatt mhuma se jerġgħu jirritornaw lura jew, tal-inqas, li mhux se jkunu telqu għal żmien qasir. F’dawk il-jiem, dawk li kienu se jagħmlu dan it-traġitt lanqas biss setgħu jikkomunikaw faċilment mal-familja tagħhom, ħlief li forsi jiktbu xi ittra. U biex xi ħadd jagħmel telefonata lejn pajjiż ieħor kienet tiswa mhux ftit. Kemm huma differenti l-affarijiet illum! Bl-avvanz kbir li għamilna fit-teknoloġija mat-
ul iż-żminijiet, ninsabu tefgħa ta’ ġebla ’l bogħod milli nikkomunikaw, jekk hux b’video jew messaġġ bil-mobile, permezz ta’ Facetime jew Skype b’mod virtwali, u mezzi oħra ta’ midja soċjali... bla ebda ħlas. Sas-snin 90 konna nitkellmu dwar “il-ġenerazzjoni Ryanair”. Żgħażagħ Ewropej, b’aċċess għal titjiriet irħas, ma kinux jaħsbuha darbtejn li jgħixu barra u jmorru lura d-dar kull meta jkunu jridu. Il-wasla ta’ linji tal-ajru low-cost f’Malta kienet inevitabbli. L-isplużjoni tal-ivvjaġġar kompliet bil-mod il-mod, u naqset biss f’dawn l-aħħar sentejn minħabba l-pandemija globali. Id-dritt għall-moviment ħieles fi ħdan l-Unjoni Ewropea jagħti opportunità lil kulħadd sabiex jivvjaġġa, u l-gvernijiet Ewropej kollha jħeġġu b’mod attiv l-ivvjaġġar permezz ta’ skemi bħall-Erasmus, li permezz tiegħu studenti jqattgħu diversi xhur barra biex jistudjaw u jaħdmu. F’dan ir-rigward, Malta mhix nieqsa, għaliex ħafna opportunitajiet inħolqu għal dawn iż-żgħażagħ biex ikomplu jestendu t-tagħlim tagħhom. L-istudju minnu
nnifsu jwessa’ l-orizzonti u l-istudju barra l-pajjiż iwessa’ aktar l-orizzonti. It-teknoloġija u l-ivvjaġġar b’inqas spejjeż għenu biex id-dinja ssir aktar globalizzata, fejn kollox jinsab qrib. Dan il-Gvern ma ddejjaqx jaddatta u jaġġorna ruħu. L-Aġenzija Residenza Malta qed toffri n-Nomad Residence Permit, li jirrikonoxxi li x-xogħol remot żdied mill-bidu tal-pandemija tal-COVID-19. Jekk, pereżempju, Kanadiż irid jibbaża ruħu hawn waqt li jkompli jaħdem għall-kumpanija li timpjegah fil-Kanada, jista’ jagħmel hekk mingħajr xkiel. Waqt li dan il-Kanadiż ikun qed jgħix hawn, jikkontribwixxi fl-ekonomija Maltija permezz tal-kera li jħallas, ir-ristoranti fejn jiekol, il-ħwienet li jżur u spejjeż oħra tal-ħajja. Fil-ġranet li ġejjin se nħabbru wkoll l-iStart Up Residence Permit, inizjattiva tal-Aġenzija Residenza Malta li qed tinħadem flimkien ma’ Malta Enterprise. Se jkun pakkett attraenti għall-imprendituri ta’ pajjiżi terzi, biex jgħinhom jistabbilixxu ruħhom f’pajjiżna. Din l-inizjattiva hija
turija ċara ta’ kemm Malta hija fost l-ewwel pajjiżi minn ta’ quddiem fil-promozzjoni tal-moviment ħieles, wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Hija triq b’żewġ direzzjonijiet. Filwaqt li l-Maltin jimirħu barra l-pajjiż u jesperjenzaw kulturi differenti, l-investiment li jiġi minn barra jikkontribwixxi għall-ekonomija tagħna, u jiġi investit fil-komunitajiet tagħna. B’differenza minn żminijiet passati, li l-ġenerazzjonijiet ta’ qabilna ħallew artna bil-bastimenti jafu li mhux se jerġgħu jaraw lil pajjiżna, illum nistgħu naqsmu l-fruntieri faċilment u niġu lura f’pajjiżna b’ħafna esperjenzi. Li tadatta għaż-żminijiet huwa importanti, u dan huwa dak li nfissru meta ngħidu kemm aħna ħerqana li niġġeddu. Filwaqt li studji bħal dak tal-EY jimmerita studju aktar dettaljat, ma rridux nibżgħu mill-mobilità. Bl-inizjattivi li qed noħolqu, se nkomplu naraw li dawn l-opportunitajiet jibqgħu jinħolqu għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.
IL-POLITIKA FISKALI MATUL IL-PANDEMIJA
JAMES GRECH Kandidat fit-2 u t-3 Distrett
Il-kriżi ekonomika li rriżultat mill-pandemija tal-COVID-19 qiegħda tiġi deskritta bħala l-agħar riċessjoni minn dik tal-1930ijiet! Fl-Unjoni Ewropea, il-Prodott Gross Domestiku Gross (PGD) naqas b’madwar 6%. Għalkemm l-attività ekonomika qiegħda tirpilja, l-irkupru għadu fraġli u għadna taħt il-livell ekonomiku li kellna fl-2019. U kien għalhekk li l-gvernijiet madwar id-dinja ġew imħeġġa biex jagħmlu dak kollu possibbli sabiex jevitaw dipressjoni ekonomika li ddum tkarkar bosta snin, b’effetti ekonomiċi u soċjali diżastrużi. Dan kien ilparir ukoll ta’ aġenziji internazzjonali bħall-Fond Monetarju
Internazzjonali (IMF) li tradizzjonalment kienu jkunu kawti ħafna qabel iħeġġu lill-gvernijiet sabiex jadottaw din il-politika ta’ espansjoni fiskali. Anki fl-Ewropa, il-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-Ministri tal-pajjiżi membri qablet li dan mhuwiex il-mument li wieħed isegwi politika fiskali ta’ awsterità, tant li r-regoli fuq il-bilanċ fiskali u d-dejn tal-Gvern ġew sospiżi. L-ekonomija Maltija wkoll kienet milquta sew mill-effetti tal-pandemija, hekk kif il-PGD naqas b’madwar 8% fl-2020. Filwaqt li hemm sinjali pożittivi, hekk kif l-ekonomija kibret b’5.6% fl-ewwel nofs tal-2021, ċerti setturi għadhom qed joperaw f’livelli baxxi meta mqabbla mal-2019, l-iktar it-turiżmu u attivitajiet relatati. Min-naħa l-oħra, il-ħidma biex ikollna ekonomija diversifikata ħalliet il-frott peress li setturi oħrajn, bħas-servizzi finanzjarji, l-online gaming, is-settur tal-informatika u l-komunikazzjoni u ċerti setturi tal-manifattura, kienu reżiljenti matul il-pandemija u anki rreġistraw tkabbir. Il-Gvern Malti uża r-riżorsi fiskali b’mod qawwi matul il-pandemija. Minbarra żieda qawwija ħafna fl-ispiża fis-set-
tur tas-saħħa, kien kruċjali li jiddaħħlu miżuri b’saħħithom sabiex il-kriżi, kemm jista’ jkun, ma jkollhiex ħsara permanenti fuq l-ekonomija. Għan ewlieni tal-Gvern kien li jiġu mħarsa l-impjiegi. Permezz tal-“covid wage supplement”, il-Gvern għen lill-intrapriżi sabiex iżommu lill-ħaddiema anki meta xi setturi kellhom jagħlqu temporanjament minħabba miżuri ta’ saħħa pubblika. Din il-miżura wasslet biex mhux talli evitajna żieda qawwija fil-qgħad, iżda f’Awwissu 2021, il-qgħad kien f’livell iktar baxx milli kien fl-2019. Minbarra hekk, din il-miżura għenet sabiex hekk kif bdew jiġu rilaxxati dawn il-miżuri, l-intrapriżi setgħu jerġgħu jibdew jaħdmu mingħajr wisq dewmien għax ma kellhomx bżonn ifittxu ħaddiema ġodda u jagħtuhom it-taħriġ. Il-Gvern għen ukoll lill-intrapriżi billi tahom nifs fil-ħlasijiet tat-taxxa u tahom għajnuna għas-self tagħhom, biex jiġi evitat li bosta intrapriżi jkollhom jagħlqu. Kieku l-irkupru ekonomiku kien ikun iktar difficli. Ta’ min wieħed isemmi wkoll li intrapriżi ngħataw għajnuna biex jadattaw għaċ-ċirkostanzi ġodda, fosthom it-telework u d-diġitalizzazzjoni, u wkoll biex
l-operat tagħhom ikun iktar sostenibbli. Ir-rispons fiskali tal-Gvern kien immirat mhux biss lejn il-provvista tal-ekonomija, iżda wkoll biex jagħti sostenn lid-domanda matul il-kriżi. Miżura ewlenija kienet il-vouchers li tqassmu sabiex jistimulaw domanda fis-setturi l-iktar milquta mill-pandemija – dawk tal-ospitalità u tas-servizzi tal-ikel u wkoll is-settur tar-retail u s-servizzi personali. IlGvern daħħal ukoll miżuri biex iħeġġeġ l-attività fis-settur tal-kostruzzjoni. Għalkemm wieħed jista’ jkun kritiku, wieħed irid jiftakar li l-kostruzzjoni kienet wieħed mill-ftit setturi li setgħu jibqgħu għaddejjin mingħajr restrizzjoniijet tas-saħħa pubblika u għalhekk kienet importanti sabiex insostnu l-attività ekonomika matul ix-xhur tal-kriżi. Wieħed irid isemmi wkoll id-diversi inċentivi li ddaħħlu fl-2021 biex jinkoraġġixxu t-turiżmu lejn il-Gżejjer Maltin. Ovvjament dawn il-miżuri kollha kellhom impatt fuq il-pożizzjoni fiskali tal-Gvern. Fil-fatt, id-defiċit tal-Gvern kien madwar 10% tal-PGD fl2020 u huwa mistenni li jkun 11% tal-PGD fl-2021. B’riżultat ta’ hekk, id-dejn tal-Gvern
tela’ għal madwar 61% tal-PGD. Madankollu, f’din il-kriżi bla preċedent, kien hemm bżonn ta’ rispons fiskali eċċezzjonali. Il-Gvern seta’ jagħmel dan peress li fis-snin ta’ qabel kien irreġistra surplus fil-Baġit. Filfatt, għalkemm żdied, id-dejn tal-Gvern mhuwiex f’livell għoli meta mqabbel mas-snin ta’ qabel u anki ma’ pajjiżi Ewropej oħrajn. Minbarra hekk, bosta mill-miżuri li daħħal il-Gvern matul il-pandemija kienu temporanji u għalhekk hekk kif dawn jibdew jitnaqqsu hekk kif l-ekonomija tkompli tirkupra, is-sitwazzjoni fiskali mistennija titjieb ukoll. Fil-fatt, id-defiċit tal-Gvern mistenni jinżel għal 5% tal-PGD fl-2022. Għalhekk, ir-rispons fiskali tal-Gvern Malti għall-pandemija ma pperikolax is-sostenibiltà fiskali tal-pajjiż. Anzi, mingħajr dawn il-miżuri, kien ikun hawn kroll ekonomiku b’konsegwenzi soċjali kif ukoll fuq il-baġit tal-Gvern. Għalhekk, messaġġ importanti huwa li fi kriżi, ilGvern irid ikollu l-mezzi sabiex jagħti r-rispons meħtieġ. Madankollu, dan ifisser li meta l-ekonomija tkun sejra tajjeb, il-Gvern irid jirreġistra surplus fil-baġit u jniżżel il-livell tad-dejn. Kif jgħid il-qawl Malti: “Erfa’ u sorr għal meta tiġi bżonn!”
14
31.10.2021
NDSF: IL-FOND LI JM Minn karozzi tat-tlielaq għal każini tal-baned, minn appartamenti tal-housing għal assigurazzjoni fuq ħajjet persuni b’diżabilità, minn tisbiħ tal-wirt arkitettoniku, u tħaddir taż-żoni urbani għal rinnovar tal-bereġ tas-saħħa...l-NDSF qed tmiss kull settur f’ħajjet il-Maltin u l-Għawdxin. Il-Fond Soċjali u għall-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF) qed iwettaq proġetti li qed isarrfu f’ġid li jtejjeb il-ħajja tal-komunità. Dan il-fond twaqqaf biex jamministra persentaġġ mill-fondi li ġejjin minn inizjattivi li jwasslu għal residenza u ċittadinanza. B’għaqal, dawn il-fondi qed jissarrfu fi proġetti li qed itejbu l-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Wieħed mill-aktar investimenti li ssemma’ riċentement kien dak taċ-Ċentru Nazzjonali tal-Motorsport f’Ħal Far; kumpless li se jinkludi trakka għal tlielaq fiċ-ċirkwit, trakka għal drag racing, u trakka għall-karting. Dan il-proġett se jsir b’investiment ta’ €20 miljun, u se jsir wara studji bir-reqqa dwar kif l-impatt fuq ir-residenti tal-madwar ikun pożittiv. Dilettanti tal-karozzi ilhom snin mixtieqa għal dan il-proġett, u bir-raġun li jemmnu fil-proġett meta jarawh jitwettaq. It-tħabbira ta’ dan il-proġett kienet biss parti żgħira ħafna minn dak kollu li qed isir wara l-kwinti, għax dan il-proġett jinsab fi triqtu li jitwettaq. Ir-rikonoxximent ta’ nies rinomati bħall-Fédération Internationale de l’Automobile għal dan il-proġett huwa importanti ħafna, kemm għad-dilettanti lokali, kif ukoll għas-settur turistiku, u għaċ-ċittadini fin-Nofsinhar tal-pajjiż, li se jaraw il-ħolqien tal-impjiegi u r-rota ekonomika ddur fl-inħawi tagħhom ukoll. Dan mhux l-uniku investiment fl-atleti u fl-isportivi Maltin. Fil-fatt, atleti Maltin li se jipparteċipaw fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar Ewropej se jingħataw it-taħriġ u l-għodda meħtieġa sabiex iġibu l-medalji lejn pajjiżna. Dan se jsir b’investiment ta’ €5 miljun, għaliex il-Gvern jaf kemm huwa importanti. Bħalissa għaddej ukoll il-proċess li l-Gvern jinnegozja ma’ sidien ta’ proprjetajiet privati li huma mikrija lill-każini tal-baned b’mod prekarju. Din is-sitwazzjoni ħolqot skumdità għal kulħadd: sidien iħossu li ma jistgħux igawdu mill-proprjetà tagħhom, filwaqt li għaqdiet tal-baned beżgħana li minn ħin għal ieħor se jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom. Il-każini tal-baned huma parti importanti mit-tessut tas-soċjetà Maltija. Huma għaqdiet li jnisslu l-imħabba lejn il-komunità u dak kollu li jgħaqqad lir-residenti tal-ibliet u l-irħula Maltin. Id-deċiżjoni li l-Gvern jinvesti fil-binjiet mikrija lill-każini ttieħdet għax verament nemmnu li dawn l-elementi ta’ għaqda
fil-komunità jistħoqqilhom ikunu m Il-Gvern jemmen li jrid jgħin lil m jetà. L-ikbar investiment moneta l-akkomodazzjoni soċjali. Għalkem tal-housing ma tiħux ħsiebu l-NDSF jinbnew jekk ma jkunx hemm il-fo ment ta’ €60 miljun, l-NDSF qed tiffi għall-akkomodazzjoni soċjali. Dan minn fondi li ġejjin minn inizjattiv hu barrani u jiflaħ jinvesti f’residen vesti f’min huwa Malti u għandu bż sitwazzjoni vulnerabbli f’ħajtu. Faxxa oħra ta’ nies li s’issa ma kin ru proprjetà tagħhom, huma dawk hom diżabilità u li qed isibuha diffi urazzjoni. Dawn in-nies mhux ne għall-proprjetà tagħhom, imma bie polza tal-assigurazzjoni. Permezz t b’investiment ta’ €3 miljun, l-NDSF tingħata għajnuna wkoll lil nies v bu d-dipendenzi u jaffaċċjaw diffik ment ta’ €1.54 miljun mill-NDSF, Ca komunitarju ġdid fil-Blata l-Bajda. tkompli tindirizza l-bżonnijiet ta’ i soċjali. Bl-għajnuna diretta tal-NDS Riabilitazzjoni ġewwa San Blas bie itajiet moderni. Wieħed jifhem kemm problem fuq l-individwu. Għalhekk l-NDSF u fl-irħula Maltin u Għawdxin ikun tal-ogħla livell. B’diversi servizzi ġo kalità tagħhom, il-pazjenti qed ji skariġġ żejjed. Sal-lum, 14-il berġa jew mibnija mill-ġdid. Permezz ta’ dak li darba kien l-Istitut ta’ Adelai f’ċentru modern għall-kura paljat dan iċ-ċentru se jiġbor is-servizzi k persuni b’mard terminali u lill-fam jagħtihom id-dinjità kollha li jixirqi tal-ħajja.
15
31.10.2021
MISS LIL KULĦADD
mħarsa. min l-aktar li għandu bżonn fis-soċarju tal-NDSF huwa mmirat lejn emm it-tqassim tal-appartamenti F, dawn l-appartamenti ma jistgħux ondi għalihom. Permezz ta’ investiffinanzja xejn inqas minn 580 unit n ifisser li dawn il-units se jinbnew vi ta’ residenza b’investiment. Min nza hawn Malta, qiegħed ukoll jinżonn residenza għax għaddej minn
nux igawdu mid-dritt bażiku li jixtk li għaddew minn mard jew għandffiċli biex jingħataw polza tal-assigeċessarjament ma jifilħux iħallsu ex tixtri proprjetà, għandek bżonn tan-New Hope Guarantee Scheme, F se tidħol għal dawn in-nies. Qed vulnerabbli li qed jippruvaw jegħlkultajiet oħra. Għalhekk b’investiaritas Malta dalwaqt tiftaħ ċentru . Dan iċ-ċentru se jgħin lill-Caritas individwi u familjari f’diffikultajiet SF, il-Caritas irinnovat iċ-Ċentru ta’ ex issa r-residenti għandhom faċil-
mi ta’ saħħa jistgħu jħallu impatt investiet €10 miljun biex fl-ibliet n hemm bereġ u ċentri tas-saħħa odda li issa jistgħu jingħataw fil-loinqdew aktar malajr u mingħajr f’diversi lokalitajiet ġew rinnovati kofinanzjament lil Hospice Malta, ide Cini f’Santa Venera qed jinbidel ttiva. B’investiment ta’ €8 miljun, kollha li jingħataw mill-Hospice lil miljari tagħhom, f’ambjent seren u ilhom f’din il-fażi tant u tant diffiċli
Hemm każijiet ta’ saħħa li jkollhom bżonn kura barra minn pajjiżna. Sabiex pazjenti li għandhom bżonn il-kura fl-Ingilterra jkollhom fejn jgħixu sakemm jingħataw trattament, qed jinxtraw appartamenti għal Puttinu fil-qalba ta’ Londra, b’investiment ta’ €5 miljun. Barra minn hekk, b’investiment ta’ miljun ewro, ġew rinnovati u mgħammrin żewġ Cardiac Catheterisation Suites ġodda fl-Isptar Mater Dei. Dan il-proġett wassal biex jitnaqqsu b’60% l-livelli ta’ dożi ta’ radjazzjoni mġarrba mill-pazjenti kif ukoll mill-paramediċi waqt proċeduri tal-qalb u taċ-ċirkolazzjoni. Il-ħarsien lejn is-saħħa għandu jkun b’mod ħolistiku. Għalhekk, tajna widen ukoll għall-għajta li f’pajjiżna hemm bżonn aktar spazji ħodor miftuħa. Fil-fatt, b’investiment ta’ €4.5 miljun, qed jitwettqu proġetti ta’ urban greening fil-Mosta, fil-Ħamrun, f’Ħal Qormi u f’Ħaż-Żabbar. Dawn il-proġetti ta’ tħaddir se jservu ta’ pulmun aħdar f’nofs ċentri urbani. Huwa importanti wkoll li l-lokalitajiet tagħna nżommuhom sbieħ. L-NDSF investa fil-wirt kulturali u arkitettoniku f’pajjiżna. Għalhekk qed jitwettqu proġetti li jdawlu lill-Imdina u s-Santwarju Bażilika tal-Assunta fil-Mosta. Dawn il-proġetti se jagħtu d-dinjità mistħoqqa lil dawn il-ġawhriet nazzjonali. Id-dawl ġdid, b’investiment ta’ €2 miljun, se jniġġes inqas u jirrispetta aktar l-ambjent u l-madwar. Dan il-Gvern kommess li jibqa’ jħares is-settur tal-investiment barrani f’pajjiżna b’ħiltu kollha. Dan mhux b’sens ta’ suppervja, imma b’għarfien li dawn l-inizjattivi qed itejbu l-ħajjiet. Dawn il-proġetti kollha elenkati mhuma qed iħallu ebda impatt fuq it-taxpayer Malti, għax huma proġetti li qed jitwettqu b’riżultat tal-inizjattivi li ħloqna, u li għandhom ħafna pajjiżi bħalna madwar l-Ewropa. Fadal ħafna x’jitwettaq u fadal ħafna ħajjiet oħra li jridu jinbidlu għall-aħjar. Wara kollox, il-prinċipji soċjalisti ta’ dan il-Gvern iwasslu biex jinħoloq aktar ġid li jasal għand kulħadd, u ġid li jiġi investit fil-komunità.
16
31.10.2021
JEKK MHUX AĦNA, MIN?
CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL
Wara li ġie ppreżentat il-baġit ftit tal-ġranet ilu, rajna r-reazzjoni tal-korpi kostitwiti, tal-istakeholders kif ukoll tal-pubbliku ġenerali. Din ir-reazzjoni kienet mill-aktar pożittiva, fejn il-baġit ġie milqugħ bl-aktar mod wiesa’. Kienet biss l-Oppożizzjoni li ma sabet xejn tajjeb fih u l-membri tagħha, fejn ma setgħux assolutament isibu x’jikkritikaw ħarġu jgħidu li huma miżuri kkupjati mill-ideat tagħhom. Baġit tal-arja sħuna u tal-gimmicks qalulna. Qalu aktar minn hekk. Ħarġulna bilfrażi li kien il-PN fil-gvern li tassew għolla l-pensjonijiet. Effettivament il-pensjonijiet għamlu 25 sena friżati u żdiedu biss għax bilfors bil-COLA. Il-COLA mhix żieda imma aġġustament biex jikkumpensa għall-għoli tal-ħajja li tkun sofrejt is-sena ta’ qabel. Allura meta l-COLA tkun għolja bħalma kienet tkun fi żmien il-Gvernijiet Nazzjonalisti ma jkunx hemm biex wieħed jifraħ għax ifisser li l-ħajja s-sena ta’ qabel kienet splodiet. Barra minn hekk, il-ħajja kien jgħolliha l-Gvern Nazzjonalista stess billi kien jgħolli l-kontijiet tad-dawl, il-fuels, ilgass u servizzi bħall-posta. Kien ikompli jnaqqar mill-pensjoni tal-anzjani tagħna billi l-pilloli li suppost jingħataw b’xejn bil-POYC ikun hemm mijiet minnhom out of stock u l-pazjenti jkollhom imorru jixtruhom. Hekk imdorrijin. Out of stock, hux, m’hemmx x’tagħmel. Anki tal-grocer ikollu l-bottijiet tal-piżelli out of stock. Dak raġunar! Wiegħdu lill-anzjani t-tabib b’xejn. Din il-wegħda niftakarha bħala wegħda talPN fl-1987. Kont għadni tifla imma niftakar din il-wegħda bħala parti mill-20 Punt. Tiftakruhom l-20 Punt? Reġgħu marru għall-wegħdi li għamlu 35 sena ilu. Kienu wegħduna l-platt sħun u l-Lm5 fil-ġimgħa għal mara tad-dar fost oħrajn. U minnhom ma sar xejn, fosthom it-tabib tal-għażla tiegħek b’xejn. Fil-verità għandhom raġun iwiegħdu t-tabib b’xejn għax ikejlu b’xibirhom. Fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti lanqas it-tabib fil-policlinic ma kont issib għax kienu għalqu l-policlinics kollha u biex tinqeda trid bilfors tmur Mater Dei ml-emerġenza u forsi tinqeda wara xi 15-il siegħa tistenna. Illum il-policlinics huma kollha miftuħa, żdiedu oħrajn, qed jinfetħu bereġ f’kull lokalità li jagħtu ħafna tipi ta’ servizzi li qabel kont trid tmur ġo policlinic prinċipali jew Mater Dei. U xi ngħidu fuq il-politika dwar l-enerġija u l-kriżi li qed taffaċċja d-dinja f’dan is-settur? Din il-ġimgħa stess Bernard Grech stqarr li għadhom bl-istess ħsieb, li jekk jogħla l-prezz tal-enerġija minn barra jkollna ngħolluh aħna wkoll għall-konsumatur. Dan il-Gvern qatt ma għolla l-prezzi-
jiet tal-enerġija, kemm fejn jidħlu dawl u ilma, u kemm gass u fuels, anzi naqqashom u naqqashom bil-kbir. U hekk se jibqa’ jagħmel. Il-Gvern hu kommess li quddiem din il-kriżi fil-prezzijiet tal-enerġija li d-dinja kollha qed taffaċċja, fejn kull pajjiż ieħor qed jgħolli l-prezzijiet tal-fuel u anki taddawl u tal-ilma b’mod allarmanti u eżorbitanti, il-Gvern Malti diġà ħaseb fuq kemm jista’ jammonta dan l-impatt u ra li dan l-impatt jassorbih il-Gvern u mhux il-poplu u n-negozju. Dan hu l-għaqal fit-tmexxija. Din hi tmexxija b’kuxjenza soċjali u b’viżjoni għall-ekonomija b’saħħitha u li tħalli r-rota ddur milli tmur għall-awsterità u titfa’ l-piż fuq il-poplu u n-negozji għax dan iġib biss għaks, nuqqas ta’ flus fil-but, nuqqas ta’ supply minħabba li d-domanda tonqos għax ikun hawn inqas flus fil-but minħabba li n-nies iridu jħallsu kontijiet ogħla u minħabba li n-negozji jibdew inaqqsu x-xogħol u allura jduru għas-sensji. Din kienet l-istampa fi żmien tal-Gvern ta’ Gonzipn. Qgħad li kważi laħħaq it-8,000, ekonomija staġnata, kontijiet għoljin u n-nies tibża’ tonfoq u mbeżżgħa mill-inċertezza, tibża’ mill-kaxxa tal-ittri għax tibża’ mill-kont tad-dawl u tibża’ tagħfas l-iswiċċ tal-bozza. Illum hawn l-inqas ammont ta’ qgħad li qatt irrekordja dan il-pajjiż fl-istorja tiegħu. Il-poplu moħħu mistrieħ li bi Gvern Laburista se jkun hemm min jieħu ħsiebu mit-twelid sal-anzjanità u meta jinqala’ l-għawġ u dak li mhux mistenni, hemm Gvern li jassorbi d-daqqiet hu u ma jgħaddihomx fuq il-poplu u n-negozji. Il-poplu jafu dan u hekk jistenna bir-raġun għax dan Gvern bi prinċipji soċjalisti, fejn iħaddem il-ġustizzja soċjali bil-provi, fejn ifittex li kull ċittadin ikollu l-opportunitajiet li javvanza u jitla’ l-iskaluni tal-mobbiltà soċjali. Hekk jistenna l-poplu u hekk jingħata minn dan il-Gvern, għax jekk mhux aħna, min? Ħaddieħor pereżempju lill-korpi dixxiplinati isellmilhom biss kapaċi. Dan ilGvern tahom collective agreement u titjib fil-pagi kif jixirqilhom, tħallsu tal-overtime li kienu ċaħħduhom minnu Gvernijiet Nazzjonalisti, investiment fl-apparat u l-makkinarju li jużaw dawn il-korpi, u ngħataw id-dritt li jissieħbu f’unjin. Għall-kuntrarju, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista għalkemm isselmilhom, kellha esponenti fi ħdanha li saħansitra kellhom il-wiċċ itellgħu lis-suldati l-qorti u riedu jitfgħuhom il-ħabs.
Din il-ġimgħa stess Bernard Grech stqarr li għadhom bl-istess ħsieb, li jekk jogħla l-prezz tal-enerġija minn barra ikollna ngħolluh aħna wkoll għall-konsumatur
Sur Editur, Toni Bezzina tal-partit tagħhom. Qaddisa Marija tal-Ħniena! Issa jew jagħmel apposta jew ma nafx jien. Dil-ġimgħa qrajt li dan Bezzina kkritika lill-Gvern li falla milli jtejjeb is-sitwazzjoni ta’ konġestjoni tat-traffiku. U meta qal hekk, Sur Editur? Meta Malta u Għawdex kienu għaddejjin minn maltempata ddoqq l-iskotti. B’xita u riħ ivenven u meta kulħadd joqgħod b’seba’ għajnejn kif isuq. Ma nafx jien! Kull meta nieħu lil Melda tiegħi dawra bil-karozza, nitpaxxa nsuq fit-toroq il-ġodda u l-flyovers. Issa ngħid jien f’temp hekk mhux bilfors ikun hemm naqra traffiku x’kull waħda! Għid lili jekk irranġax it-traffiku. Jien kburi li min-naħa t’isfel ta’ Malta. Qabel ma l-Gvern irranġa l-biċċa tal-Marsa kont nibki nsuq. U meta tikber bħali, il-paċenzja tibda tmurlek. Issa nibqa’ għaddej, Sur Bezzina. U aktar ma naqra x’jgħidu u aktar ma nisma’ x’jgħidu aktar nikkonferma kemm hu partit ipokrita, dal-partit suppost ta’ Bernard il-qarsa tal-iljun Grech. Mela ħa ngħidlek din, Sur Editur. Ivan Bartolo tagħhom qal fil-Parlament li l-partit tagħna tilef l-iskop li għalih twaqqaf. Skont dal-Bartlu il-Gvern qed jipproduċi soċjetà ta’ persuni mdejqin u appella biex il-partit tagħna jerġa’ jmur għall-prinċipji oriġinali tiegħu meta twaqqaf. Imma minn fejn iġibuhom l-affarijiet dawn? X’qed jipproduċi l-Gvern tagħna? Persuni mdejqin? Kont se ngħidlu x’qed jipproduċi l-Gvern tagħna! Imdejqin huma x’kull waħda, għax ma jifilħux jaqgħu għan-nelħ. Kont se ngħidlu min hu mdejjaq lil dan. Staqsi lil dawk kollha li messhom dan il-baġit, ħa tara humiex imdejqin! Staqsi lil dawk kollha li mhux qiegħda għax il-Gvern ħaseb għalihom tul il-pandemija! Tant li għandna l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja ta’ pajjiżna. Ġej biż-żikk ta’ poplu mdejjaq. Minn fejn ħolom biha dal-Bartlu? Taf min hu mdejjaq? Huma. Għax qed inkaxkruhom f’kulma qed nagħmlu. Dwejjaq għandhom huma, nerġa’ ngħid Sur Editur, meta tilfu l-elezzjonijiet reġjonali ta’ dan l-aħħar. Tilfu l-maġġoranza f’żewġ reġjuni tal-kunsilli, tan-naħa ta’ fuq u ta’ Għawdex. Fejn hu d-dwejjaq? Dwejjaq imma, għax dak li kien is-Sindku tagħhom u għamlulu ħajtu miżerja, Samwel Azzopardi ħarġilhom indipendenti, ġab 49 vot u tagħhom ġab 20 biss. Jien kollox insegwi, Sur Editur! Dwejjaq għandu dak li fattar it-trasport pubbliku meta daħħal l-Arriva f’Malta, Delia. Mhux Adrian ta, Leli. Skont Leli Delia, li ma nafx jekk għadux Malta jew le, għax kellu jieħu brejk qal, il-miżura tal-Gvern li se jagħmel it-trasport b’xejn taf x’inhi? Skont dan l-għaref, b’din il-miżura l-Gvern se jaħraq il-flus. Jinħarqu kienu, il-karozzi tal-Arriva imma! Hekk sew, il-ġid li qed iroxx fuq il-Maltin u l-Għawdxin dal-Gvern, skont dan il-Professur tat-Tubi, huma flus maħruqin. Maħruq hu imma, għax jaf li l-partit tagħhom ma qabadx art. Minkejja li qed imexxi lil Bernard minn imnieħru. Taf min hu mdejjaq, Sur Editur? Ħa ngħidlek jien. U mhux ovvja li Bernard Grech! Meta wara d-diskors vera vera brillanti tiegħu dwar il-Baġit fil-Parlament, il-gazzetti tal-Ħadd ta’ wara lanqas biss semmewh! Taf x’kien hemm fil-gazzetti tal-Ħadd minflok? Intervista ma’ Adrian Delia! Tista’ timmaġina kemm ħakkew il-qurriegħa meta raw lil Delia jingħata prominenza u d-diskors ta’ Bernard tagħhom ingħata l-ġenb! Naħseb ferħanin kienu jien. Speċjalment l-establishment. U ħalluna! Aħna poplu li neqirdu ħafna, vera, inkluża Melda tiegħi. Imma aħna poplu ferħan. Anki jien ferħan, għax f’dan l-istaġun tal-kesħa, Melda tiegħi terġa’ tħallini nitrassas xi ftit. L-aqwa li f’għeluq il-41 sena mill-mewt ta’ Ġorġ Borg Olivier, il-partit tagħhom sellem lil Missier Malta Indipendenti. Dak li għamlu konġura kontrih u warrbuh. Kif għamlu konġura kontra Delia u warrbuh min-nofs. Kif se jagħmlu daqt, konġura kontra Bernard u jwarrbuh min-nofs. Min hu mdejjaq Sur Editur? Ar’hemm ħa mmur nagħmel belgħa te’! Għad-dieħla.
18
31.10.2021
L-GĦADAM TAL-MEJTIN U L-ARTI FIL-BELT VALLETTA Kitba ta’ CLIFFORD GALEA Wasal Novembru. Xahar li jfakkarna li apparti li dalwaqt il-Milied, il-ħsieb imur ukoll f’dawk li ħallewna. Ħsiebi mar ukoll dwar kappella partikolari li llum ma baqax l-istruttura tagħha, għajr ftit fdalijiet li forsi jiġukom f’moħħkom jekk mortu xi draba jew oħra lejn l-Evans Building fil-Belt Valletta quddiem Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Dawk li twieldu qabel it-Tieni Gwerra Dinjija jiftakruha. Oħrajn li jaraw ritratti tagħha jistkerrħuha jew jibżgħu minnha! Sfortunatament illum din il-kappella unika għall-arti tagħha bl-għadam uman għad għandna biss partijiet mill-pedamenti tagħha. Il-Kappella ta’ Nibbia, kif kienet magħrufa, kienet knisja żgħira fil-Belt Valletta ddedikata lill-Madonna tal-Ħniena. Kienet tinsab fil-parti t’isfel tal-Belt, kif għedtilkom ħdejn il-Forti Sant’Iermu, proprju biswit is-Sagra Infermerija (illum Dar il-Mediterran) u l-Evans building. Fil-fatt fl-1583 kienet ittellgħet kappella flimkien ma’ ċimiterju biswit il-bini tas-Sagra Infermerija u fl-1619 il-Kavallier Fra Giorgio Nibbia ħallas għall-bini ta’ kappella oħra fil-viċin. Din kienet iddedikata lill-Madonna tal-Ħniena għalkemm kienet ukoll magħrufa bħala “Ta’ Nibbia” u kienet isservi biex fiha ssir il-quddies għal ruħ dawk li jmutu fl-Infermerija. Meta fil-5 ta’ Settembru 1730 din il-kappella kienet qiegħda tinħatt, infetaħ il-qabar tal-fundatur tagħha u nstab illi l-katavru tiegħu kien għadu mhux mimsus. Fl-1731 il-kappella nbniet mill-ġdid fuq disinn tal-arkitett magħruf għallbarokk, Romano Carapecchia u kien fiha żewġ artali. Fl-1776 iċ-ċimiterju tas-Sagra Infermerija mtela’ u għalhekk tnaddaf u l-għadam tqiegħed f’ossarju. Fl-1852 il-Kappillan tal-Isptar, ir-Rev. Sacco ddeċieda li jżejjen il-kappella bl-għadam tal-mejtin li kien
Il-Kappella tal-Għadam
hemm midfuna fiċ-ċimiterju u minn dakinhar ’l hawn il-kappella saret magħrufa bħala l-“Kappella tal-Għadam”. Kien hemm ukoll tradizzjoni b’saħħita li kienet tgħid li l-għadam li nġabar miċ-ċimiterju biex bih tkun iddekorata l-kappella ma kienx ta’ dawk li mietu fisSagra Infermerija imma tas-suldati li tilfu ħajjithom fl-Assedju l-Kbir tal-1565. Din il-kappella ġġarfet fl-aħħar gwerra f’attakk bil-bombi mill-ajru nhar l-14 ta’ Frar 1941 u mid-dehra l-għadam li kien fiha nġabar u ndifen f’xi post ġewwa ċ-ċimiterju tal-Addolorata. Kif naraw mill-fdalijiet tal-bini, il-kappella kienet pjuttost żgħira. Kienet qisha kappella kwalunkwe iżda minflok l-ornamenti tassoltu, il-ħitan tagħha kienu kollha miksija bl-għadam
uman u wieħed seta’ jagħraf sewwa l-partijiet tal-iskeletru; bħall-għadam tas-saqajn, il-qafas tas-sider, ir-ras eċċ. Kienu stivati b’mod pulit u artistiku tant li kienu jidhru sbieħ u partikolari ħafna. Il-Kappella tal-Għad-
am kellha forma ottagonali b’koppla fuqha. Il-faċċata kellha portiku kbir bil-bieb prinċipali li kien imżejjen b’żewġ pilastri doriċi kull naħa. Fuq il-bieb tal-kappella kien hemm plakka tal-irħam u fuqha fontispizju nofs tond
miksur fin-nofs. Fil-parti ta’ fuq tal-faċċata kien hemm tieqa tonda bejn numru ta’ pilastri żgħar u skrolli u taħtha friż irqiq li jifridha mill-parti t’isfel. Il-faċċata kienet magħquda b’fontispizju ieħor trijangulari fin-naħa ta’
Kien hemm ukoll tradizzjoni b’saħħitha li kienet tgħid li l-għadam li nġabar miċ-ċimiterju biex bih tkun iddekorata l-kappella ma kienx ta’ dawk li mietu fis-Sagra Infermerija imma tas-suldati li tilfu ħajjithom fl-Assedju l-Kbir tal-1565
19
31.10.2021
Il-Kappella tal-Għadam wara t-tiġrif tal-bumbardament tal-1941
Dettall mill-Kappella tal-Għadam
fuq nett. Il-kappella kellha wkoll taħtha kripta bil-ħnejjiet li kienet isservi ta’ ossarju (post fejn jintrefgħu l-għadam tal-mejtin). Il-kripta kellha artal wieħed li fuqu kien hemm skrizzjoni bil-Latin dwar kemm hi qasira l-ħajja li ngħixu u stedina biex tingħad talba għas-suffraġju tal-mejtin. Jingħad li għalkemm il-kappella propja nqerdet għalkollox fl-attakk tal-1941, jista’ jkun li l-kripta għadha eżistenti u għalkemm mirduma jista’ jkun ukoll li għadha intatta. Jidher li n-nies ma kinux jiddejqu minnha għax min kien imur hemm kien ikollu devozzjoni kbira lejn l-erwieħ. Kienet anki titqaddes il-quddies fiha għalkemm ħafna min-nies kienu jispiċċaw barra minħabba ċkunitha. Bħala parti mid-devozzjoni, in-nisa
li jżuruha kellhom użanza li jmorru lebsin l-iswed akkost li ma kienx ikollhom vistu. Huwa ddokumentat li xi drabi ġieli kien imur fiha wkoll San Ġorġ Preca biex jagħti konferenzi dwar issuġġett favorit tiegħu – dak magħruf bħala tan-novissmi (il-mewt; il-ġudizzju; il-ġenna u l-infern). Hu kien iħeġġeġ lin-nies biex jagħmlu meditazzjoni dwar dawn is-suġġetti u naturalment kien isib l-ambjent tal-kappella addattat ferm għallaqgħat tiegħu. Kien iħobb jgħid: “tafu li xi darba bħal dawn għad irridu nsiru, għadam. Għalhekk tajjeb li wieħed jgħix ħajja tajba għax il-ġisem jispiċċa u r-ruħ tmur tgawdi lil Alla jew tintilef fl-infern”. Jingħad li d-drawwa talużu tal-għadam, jew saħansitra ta’ iġsma mumifikati biex
bihom jiġu ddekorati l-knejjes, inbdiet mill-patrijiet Kapuċċini. Huma kienu jagħtu ħafna importanza lill-mewt tant li kienu jirreferu għaliha bħala “oħthom”. Bejn l-1725 u l-1730 taħt il-knisja u l-kunvent tal-Patrijiet Franġiskani Minuri Kapuċċini l-Furjana, fuq idea ta’ Patri Ġużepp Grech, tħaffret kripta sabiex tilqa’ fiha l-membri ta’ din l-Ordni u anki lil xi membri ta’ familji nobbli. Il-kannierja kienet imżejna b’bosta niċeċ u fiha kienu jitqiegħdu l-iġsma mqadda – użanza li x’aktarx inġiebet mingħand il-Kapuċċini ta’ Palermo. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija din il-kripta wkoll sofriet bosta danni waqt attakk mill-ajru u kien biss wara diversi snin illi ġiet restawrata, għalkemm did-darba l-għadam tpoġġa’ ġo ossarju komuni.
Dettall ta’ niċċa
Bejn l-1725 u l-1730 taħt il-knisja u l-kunvent tal-Patrijiet Franġiskani Minuri Kapuċċini l-Furjana, fuq idea ta’ Patri Ġużepp Grech, tħaffret kripta sabiex tilqa’ fiha l-membri ta’ din l-Ordni u anki lil xi membri ta’ familji nobbli
F’pajjiżi oħra fadal numru ta’ postijiet bħal dawn li għadhom intatti sal-lum u fihom imorru għadd kbir ta’ turisti. Waħda mill-aktar magħrufin hija l-kripta li tinsab maġenb il-Knisja ta’ Santa Maria della Pace f’Palermo. F’din il-kripta li tħaffret madwar 500 sena ilu, tpoġġew l-iġsma mummifikati ta’ bosta persuni li llum huma mqassmin f’diversi kategoriji bħal: familji, xebbiet, trabi, kleru u uffiċjali. Ħafna minnhom huma lebsin l-aħjar ilbies u jiġbdu ħafna l-għajn. 30 sena wara l-gwerra, fis-snin 70, dak li kien għad fadal mill-fdalijiet tal-Kappella tal-Għadam, twaqqa’ u tħallew biss il-pedamenti li naraw illum. Fost il-fdalijiet eżistenti hemm anke is-sarkofagu li fih kien ġie midfun il-benefattur ewlieni
tal-kappella, Fra Giorgio Nibbia. Sfortunatament, f’dawn l-aħħar 50 sena ma sar kważi xejn, u s-sit għadu fl-istat ta’ abbandun li tħalla fih dak iżżmien. Nieħu l-opportunità ta’ dan l-artiklu, biex f’isem dawk kollha li għandhom għal qalbhom l-istorja u l-patrimonju ta’ pajjiżna, nappella lill-awtoritajiet biex jimbarkaw fuq ir-restawr tal-fdalijiet tal-Kappella tal-Għadam u fuq l-iskavar u l-ftuħ millġdid tal-kripta tal-għadam li għadha midfuna xi mkien fil-viċinanzi tistenna li terġa’ tara d-dawl wara dawn issnin kollha. Hekk inżidu monument ieħor uniku matteżori tal-patrimonju rikk tal-Belt Kapitali tagħna. B’dan it-tagħrif, nieħdu l-okkażjoni nsellmu lil dawk li ħallewna, kemm riċenti, kif ukoll lura fis-snin.
20
31.10.2021
IL-PSIKOLOĠIJA GĦAL ĦAJJA AĦJAR Meta xi ħadd imur għand psikologu ma jfissirx li jagħmel dan għax ikollu xi problemi mentali jew għax ikun għajjien mentalment. Imur sempliċement biex il-kwalità tal-ħajja tiegħu titjieb. Ikun hemm min ikollu ħtieġa biex itejjeb is-saħħa mentali jew fiżika, u jkun hemm min ifittex l-għajnuna għax forsi kellu trobbija li ma kinitx kif jixtieqha. Parti minn dawn il-problemi jafu żviluppaw għax dak li jkun trabba f’ambjent fejn ma kienx hemm spiritwalità (mhux bilfors reliġjożità) iżda li jemmen li jista’ jkun dejjem aħjar, jew it-tfittxija li jkun persuna aħjar milli hu. Għall-intervista tal-lum tkellimt ma’ Dr Joan Camilleri, Clinical Psychologist, Psychotherapist u EMDR Practitioner. Hi tmexxi l-Counselling Services Unit tal-Università ta’ Malta. Minn CHARLES B. SPITERI Kif bdejt ix-xogħol tiegħek? Oriġinarjament bdejt fil-ħidma soċjali, iżda mbagħad irrealizzajt kemm kelli bżonn nifhem lill-bniedem ħafna aktar fil-fond. Nammetti li l-ħaddiema soċjali jagħmlu ħafna xogħol siewi, speċjalment dawk li jaħdmu fil-vjolenza domestika u mattfal żgħar, minħabba l-protezzjoni tagħhom, u mal-anzjani. Hu kollu xogħol siewi; iżda personalment ħassejt li ma kienx fil-fond biżżejjed għalija. Xtaqt li lill-bniedem nifhmu aktar, għax kont naħseb, li lill-bniedem aħjar tgħinu jbiddel il-perspettiva tal-ħajja biex isir aktar awtonomu u indipendenti. Nippreferi ngħallem lill-individwu jistad milli nagħtih ħuta. Imbagħad jistad hu. Li ġara hu li bdejt naħdem bħala psychology assistant fil-ħabs, fejn domt 12-il sena. Hemm irrealizzajna li dawk li kellhom problemi ta’ sustanzi, inkuż id-droga u r-reat tagħhom kien sever wisq biex jintbagħtu programm barra l-ħabs, ma kellhomx fejn imorru għar-riabilitazzjoni u xtaqna noħolqu wieħed speċifikament għalihom. Iżda mhux għall-persuni li jistgħu joħorġu mill-ħabs, bħal dawk li jmorru l-Caritas, l-Oasi jew is-Sedqa, iżda għal dawk li jkollhom storja ta’ reati serji li ma jkunux jistgħu jinħarġu mill-ħabs. Jiġifieri dan kien se jkun “a high security drug rehabilitation programme”. U dan fi ħdan il-Gvern jew fi ħdan għaqda NGO? Oriġinarjament dħalt naħdem mad-Dipartiment tas-Saħħa, iżda spiċċajt ‘mislufa’ minħabba li l-Ministeru li kont naħdem fih kien jinkorpora s-Saħħa u l-In-
tern. B’hekk kont naħdem 20 siegħa naħa u 20 siegħa naħa oħra. Waqt li kont naħdem f’dan il-qasam ħadt borża ta’ studju mill-Istituto Italiano di Cultura u tlajt fl-Università ta’ Padova fejn studjat u ksibt lawrja ta’ psikoloġija klinika fl-Italja. Għamilt erba’ snin Padova u t-teżi tal-Masters tiegħi kienet The Developmental Process of Rehabilitation for Substance Abusers in two Rehabilitation Communities in Malta. U hawn ħriġna profil ta’ persuni li temmew il-programm ta’ riabilitazzjoni b’suċċess. Fuq dan il-profil bnejna programm ta’ riabilitazzjoni li kien ibbażat fuq l-evidenza. F’Malta, ġie attwat il-programm? Iva, dak iż-żmien kellna d-Division 7 fil-Ħabs ta’ Kordin, li nħoloq apposta għal dawn il-persuni, li kellhom problemi tas-sustanzi f’każi li ma tistax toħroġhom barra millĦabs minħabba li r-reat li wettqu jkun wieħed serju. Iżda naturalment, sakemm itemmu
s-sentenza li jkollhom, mhux hekk? Dażgur. Imbagħad, ladarba tintemm is-sentenza, konna nirreferuhom l-Oasi u l-Caritas. Sfortunatament, minħabba din is-sitwazzjoni, ħafna drabi kienu jistgħu jattendu l-kors fl-aħħar sentejn biss tas-sentenza tagħhom. Dan il-programm ilu ħafna jsir? Issa, l-programm ingħalaq, għax wara d-Division 7 kienu bagħtuna l-Imtarfa, is-SATU (Substance Abuse Therapy Unit) u għamilna 12-il sena. Hemm, kont immexxi d-dipartiment tal-interventi psiko-soċjali. Iżda sfortunatament kienu għalquh. Semmejtli d-droga u l-psikoloġija. Kif tista’ l-psikoloġija twassal lil dak li jkun li jevita d-droga? “Prevention is better than cure”, u għalhekk il-prevenzjoni hija importanti. Min hu kapaċi jgħid le lilu nnifsu hu aktar kapaċi jgħid le lid-droga. Għalhekk hemm bżonn li ngħallmu lit-tfal, minn
ċkunithom, kif ikunu kunfidenti, ngħinuhom jiżviluppaw self-confidence biex ma jaqbdux din it-triq. La jfittxu huma u lanqas iħallu lil min idaħħalhom f’din it-triq. Ġaladarba taqbad id-droga, f’ċerti każi, it-triq tar-riabilitazzjoni hi waħda twila u diffiċli, għax barra mid-dipendenza, id-droga tista’ toħloq ukoll varjazzjoni fin-neurotransmitters – kimiċi li jgħaddu messaġġi mill-moħħ għall-ġisem u viċiversa, u jikkontrollaw inħossuniex kuntenti u motivati jew le. Ħsara fil-moħħ tista’ timpedixxi serjament lil dak li jkun jaħseb u jippjana. Għalhekk, min ikun, jista’ jsir aktar impulsiv u jiżviluppa tendenzi paranojċi. Għalhekk f’każi bħal dawn, hemm bżonn kollaborazzjoni sħiħa bejn il-psikoloġija, il-ħidma soċjali u l-psikjatrija. Xi daqqiet tant ikunu kumplikati dawn il-każi li meta naraw 25% suċċess, inqisuha rata tajba. Għax hemm bżonn ta’ interventi varji. Hemm ħtieġa wkoll għasservizz soċjali, għax ħafna mill-klijenti jkollhom problemi serji biex isibu u jżommu impjieg, ma jissoċjalizza-
Ġaladarba taqbad id-droga, f’ċerti każi, it-triq tar-riabilitazzjoni hi waħda twila u diffiċli, għax barra mid-dipendenza, id-droga tista’ toħloq ukoll varjazzjoni fin-neurotransmitters – kimiċi li jgħaddu messaġġi mill-moħħ għall-ġisem u viċiversa, u jikkontrollaw inħossuniex kuntenti u motivati jew le
wx u ħafna drabi, fil-familja ma jkunux iriduhom lura, għax id-droga tkun ġegħlithom jisirqu mid-dar u jsawtu lill-ġenituri. Imbagħad hemm l-element tal-psikoloġija, fejn wieħed jibda jibni peer support u network ħafna aktar b’saħħtu. Nibdew inħarsu lejn id-droga bħala s-sintomu u mhux il-problema, għax il-problema ta’ dak li jkun taf tkun xi ħaġa oħra. Jiġifieri ma tistax tgħid il-psikoloġija biss se tgħin; irid ikun hemm struttura, li tgħin lilhom u lill-familja. Issemmili xi każ ta’ suċċess? Kellna klijent li ħareġ u fetaħ kumpanija; ieħor li sar mekkanik u ieħor li reġa’ lura fi ħdan il-familja. Iżda l-iktar wieħed li niftakar sew kellu 17-il sena, b’numru ta’ reati marbutin miegħu u kont ipperswadejt lil missieru li kellu bżonn jibqa’ aktar is-SATU. Meta fil-Qorti l-missier tela’ jixhed, talab li ibnu jibqa’ ftit ieħor hemm. Il-missier fehem li waqt li ibnu seta’ jirbaħ il-każ, jekk ma jkomplix il-programm kien jitlef il-futur tiegħu. Illum, dan jinsab lura fis-soċjetà bħala bniedem normalissimu. U l-gost tiegħi hu meta jiltaqgħu miegħi n-nies, jagħrfuni u jfakkruni fl-interventi li rċevew u l-għajnuna li kont offrejtilhom. Issa għall-ħidma psikoloġika fuq ħwejjeġ oħra apparti d-droga, xi tkun trid? Issa, wara l-Ħabs, biddilna l-policy. Fiż-żmien li se nsemmi, kien hemm bħala President l-Avukat Guido de Marco u jien kont membru tal-Forum tal-President kontra d-Dipendenzi. Biddilna
21
31.10.2021
żewġ liġijiet: it-trafficking by sharing, u d-Drugs Ordinance Act. Wara ħidmietek fil-Ħabs, mort xi mkien ieħor? Iddedikajt il-ħin kollu għall-ħidma fil-qasam tassaħħa mentali, li hi sitwazzjoni kumplikata. Għandna bosta jbatu minn din il-problema u r-riċerka turina li sa 65% hi ereditarja. Iżda ma jfissirx li wieħed bilfors se jgħaddi mill-istess affarijiet bħall-persuni oħra fil-familja. Iżda jekk jaf li għandu xi storja fil-familja ta’ dawn il-kundizzjonijiet, hemm ħafna passi li jista’ jieħu biex jippreveni: bħal tibda tmur għall-interventi psikoloġiċi fuq livell ta’ prevenzjoni iktar milli fuq livell ta’ terapija. Il-kultura li ngħixu fiha, ħafna draba titlob minna l-perfezzjoniżmu, li neċċellaw jew ma naslux. Dan jirriżulta li l-bniedem jista’ jaħseb li qatt mhu tajjeb biżżejjed għax dejjem hemm xi ħadd li hu aħjar minnu xi mkien ieħor. Din il-perċezzjoni tal-ħajja tista’ twassal għall-element ta’ mistħija, nuqqas ta’ self-confidence u self-esteem. Minħabba d-determinazzjoni li jkollu, perfezzjonist jilħaq ħafna, għax meta tkun hekk, tagħti ħafna xogħol. Allura l-messaġġ tad-dinja hu li trid tkun perfezzjonist biex tingħata l-prosit. Iżda fil-verità, dan mhu tajjeb xejn, għax wara jkunu l-istess nies li jbatu minn problemi kemm psikoloġiċi, bħad-dwejjaq u jħossuhom faċilment urtati u bin-nervi, kif ukoll fiżiċi, bħall-attakki tal-qalb, emikranja jew disturbi fl-istonku. Jistgħu jħossu l-bżonn li jpejpu u jixorbu. Din ilha ġejja mill-eti-
Sfortunatament, il-bniedem għandu kultura li l-ewwel jimrad u wara jfittex il-kura. Nafu li l-prevenzjoni hi aqwa mill-kura, iżda nafu wkoll li dak li trid saħħitna u dak li titlob minna l-kultura huma mbegħdin minn xulxin
ka tax-xogħol, li aktar ma taħdem, aktar se taqla’ flus. Mela d-direzzjoni tad-dinja hi li tkun workaholic, tkun perfezzjonist u taħdem kemm tiflaħ, b’mod li x-xogħol jiġi qabel kollox. Hu għalhekk li llum qed nitkellmu ħafna fuq Work, Life u Family Balance. Il-psikoloġija, ilha tgħidha din. Tidħol ukoll l-ispiritwalità, li wieħed ikollu fidi f’xi ħaġa. Iżda ma tarax li kollox qed jitkisser f ’dan l-ambitu: il-familja u l-ispiritwalità? Sfortunatament, il-bniedem għandu kultura li l-ewwel jimrad u wara jfittex il-kura. Nafu li l-prevenzjoni hi aqwa mill-kura, iżda nafu wkoll li dak li trid saħħitna u dak li titlob minna l-kultura huma mbegħdin minn xulxin. Mela m’għandniex bilanċ b’saħħtu f’ħidmietna. Iktar hemm ċans taqbadna dipressjoni jew ansjetà, jew għeja kronika fost kundizzjonijiet oħrajn. Meta jkollna ħafna tensjoni, tiġi tradotta għal tensjoni fiżika u għalhekk qed ikollna nies li jbatu minn
uġigħ kroniku, bħall-fibromyalgia u diżordnijiet fl-ikel. M’għadniex bħalma konna qabel: tmur id-dar għandek nofs siegħa homework u wara tmur tilgħab. Illum wara l-iskola, irid ikollok l-attivitajiet extra kurrikulari. Fihom infushom dawn jistgħu jkunu ħaġa tajba iżda żżejjed kollu żejjed. Iżda kontra dawn ħadd ma jitkellem, ladarba anki l-iskejjel infushom qed jitolbuhom? Appuntu. Waħda mill-affarijiet li trid tara hi li metodu wieħed mhux tajjeb u l-istess għal kulħadd. Għax taf issib tifel jew tifla li jkollhom ir-reżiljenza li wara l-iskola kapaċi jagħmlu attivitajiet sportivi jew drama fost oħrajn. Terġa’ li tagħmel l-isport bħala sport u mhux fuq livell kompetittiv, hu tajjeb ħafna, iżda l-problema hi li ħafna drabi, jekk qed tibgħat lit-tifla għall-balè, tispiċċa tagħmel l-eżamijiet. Jekk qed tibgħat tifel għall-basketball u jsibuh tajjeb, idaħħluh għall-kompetizzjoni. Jekk le, jitwarrab. Mela spiċċajna li
m’aħniex nagħmlu xi ħaġa ta’ benefiċċju biss u għax nixtiequ nagħmluha, iżda dejjem irridu nimmiraw għall-aqwa u l-aħjar. Min ikollu l-motivazzjoni kollox sew u kellna tobba għawwiema kompetittivi u kantanti u anke psikologa li sa daħlet għasSmall Nations Games. Jiġifieri hawn min għandu dik ir-reżiljenza li jlaħħaq ma’ kollox; iżda għax wieħed ikun hekk, ma jfissirx li kulħadd għandu jkun l-istess. Għalhekk ma nistgħux intellgħu t-threshold hemm fuq u nippretendu li kulħadd se jlaħħaq magħha. U din qed tikkawża ħafna u ħafna stress fuq l-oħrajn. Allura l-istress ma jinħoloqx ukoll meta fi klassi jkollok studenti li jridu jaqdfu u oħrajn bl-LSE? Mistoqsija interessanti. Jien nemmen li kemm nistgħu għandna ngħinu nies li għandhom sitwazzjonijiet fiżiċi, psikoloġiċi u psikjatriċi diffiċli u ngħinuhom jilħqu. Id-diversità nsibuha magħna u hi ħaġa interessanti, iżda għandna bżonn
ukoll l-ekwità u l-inklużjoni, biex kulħadd iħoss li għandu post fil-komunità fejn jgħix. Għaliex għandu jkun hemm persuna f’siġġu tar-roti li ma jkollux aċċess għall-postijiet fejn ħaddieħor m’għandu l-ebda problema jidħol? Għax pereżempju għandu jkun hemm bankini li diffiċli jgħaddi wheel chair minn fuqhom, jew karozzi li jimblukkaw ir-rampi. Nuqqas ta’ ħsieb fost affarijiet oħrajn. Bħala psikologa, kif tħares lejn il-co-ed? Fuq livell ta’ inklużjoni ilco-ed hi ħaġa ta’ min jesperjenzaha. Iżda ta’ min iżomm f’moħħu li minħabba li ġeneralment il-bniet jimmaturaw qabel, huma aktar paċenzjużi u għandhom stamina ta’ studju aktar minn kmieni. L-ambjent ta’ co-ed jista’ jirrendi li jidhru li qed imorru aħjar mis-subien fl-eżamijiet. Fis-sens li inizjalment il-bniet għandhom aktar probabbiltà li jmorru tajjeb fl-eżamijiet kif inhuma mnedijin mill-iskejjel. Din taf tkun waħda mir-raġunijiet għaliex ġenituri ta’ subien jgħidulek li jekk jista’ jkun is-subien tqegħidhom fi klassi tas-subien. Però mażżmien, is-subien ukoll jimmaturaw. Għas-subien, inizjalment jista’ jidher li mhux daqstant tajjeb, fuq livell ta’ riżultati skolastiċi. Ovvjament mhux l-istess għal kulħadd. Għaldaqstant meta ġenituri jridu jiddeċiedu x’inhu l-aħjar għal uliedhom fuq kull livell, mhux co-ed biss, aħjar jieħdu parir jew mingħand l-istudent advisory units li jinstabu fl-iskejjel jew mingħand xi educational psychologist, għax dawn qegħdin hemm ukoll biex jispjegaw dawn l-affarijiet.
22
31.10.2021
CLAIRE MARIE BUSUTTIL
TBATI MILL-INSOMNIA U ĠIET ISPIRATA MINN FILMATI TAL-ASMR Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Id-drama minn dejjem kienet u għadha tagħmel parti importanti ħafna f’ħajjitha u sa minn ċkunitha ħeġġitha tiskopri l-imħabba għall-arti. Qed nirreferi għal Claire Marie Busuttil. Għandha 32 sena u hija minn Ħaż-Żabbar. Bħala xogħol prinċipali, taħdem ma’ kumpanija tal-finanzi u tippreżenta programm tar-radju fuq VibeFM. Hija wkoll il-Mentor tal-kontestanti ta’ Miss Malta fejn tgħallimhom diversi suġġetti relatati mal-modelling bħal kif għandhom jimxu fuq catwalk, kif jippużaw għall-photoshoots, kif jitkellmu bħala rappreżentanti ta’ lokalità, u anke kif jippreparaw ruħhom fiżikament u mentalment għall-kompetizzjoni sabiex jikbru, mhux biss fl-industrija, imma anke bħala individwi. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala tfajla komuni li, bħal kulħadd, għaddiet minn ċerti ċirkustanzi f’ħajjitha li ġegħluha tikber, timmatura u tissaħħaħ. “Jien persuna qalbi tajba, iżda determinata u nagħmel ħilti kollha biex nipprova nwettaq kull ħolma li jkolli, grazzi wkoll għas-sapport kontinwu mingħand il-familja u sħabi li jagħtuni kuraġġ li nkompli naħdem minkejja kull ostaklu, biex finalment joħroġ il-frott ta’ dik il-ħidma kollha,” bdiet tgħidli dwarha. ASMR artist fejn ħolqot ASMR Mukbang Channel Claire hija mudella u attriċi u dan l-aħħar ukoll ASMR artist fejn ħolqot ASMR Mukbang Channel. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar dwar dan il-proġett ġdid li qed twettaq dan l-aħħar. “ASMR tfisser Autonomous Sensory Meridian Response. Fi kliem sempliċi, meta nisimgħu ċerti tip ta’ ħsejjes, jitfgħu sinjali ta’ stimolu lill-moħħ, jinżel mal-ispina tad-dahar u jinfirex mal-kumplament talġisem. Kull ħoss jista’ jkun ASMR, imma jien iddeċidejt li niffoka fuq il-ħsejjes konnessi
mal-ikel bħal meta tomgħod, tigdem, tmeċlaq u tibla’. Mhux kulħadd iħoss l-istess sensazzjoni, u fil-fatt hawn nies li vera jiddejqu b’dawn il-ħsejjes, imma imbagħad hawn min jgħinuh ħafna biex jirrilassa u jitpaxxa. Jien ta’ kull ġimgħa nippjana u nipprepara s-suġġett tal-ikel filwaqt li nżomm f’moħħi, li kemm jista’ jkun, nagħmel taħlita ta’ kuluri, għamla u konsistenza sabiex il-ħsejjes ikunu differenti minn xulxin,” bdiet tispjegali. Kompliet tgħidli li l-ASMR ra l-bidu tiegħu fis-South Korea fl-2010, u minn dakinhar ’l hawn beda jieħu spinta madwar id-dinja, inkluż hawn Malta. Magħha ddiskutejt dwar il-popolarità tiegħu hawn Malta, u peress li kkonkludiet li ma tafx b’Maltin oħra li ħarġu filmati ASMR, Claire taħseb li hija l-ewwel mara Maltija li qed tagħmel dawn ittip ta’ xogħlijiet. “Għalkemm lokalment għadu ma qabadx b’rata għolja bħal pajjiżi oħra, xorta waħda diġà hawn ħafna nies li jħobbu u jsegwu filmati ta’ dan it-tip. Niltaqa’ u nitkellem ma’ nies, u anke jibagħtuli messaġġi, jgħiduli kemm jieħdu gost isegwu dawn il-filmati biex jirrilassaw wara ġurnata xogħol, għalkemm ġieli jgergru għax inqabbadhom ħafna ġuħ ukoll,” tbissmet tgħidli Claire. Personalment qabel ma mort għal din l-intervista, segwejt xi filmati minn tagħha, u nista’ ngħid li l-atmosfera li toħloq hija waħda pjaċevoli. Bażikament ftit kliem ta’ deskrizzjoni talikel minnha stess, filwaqt li narawha titpaxxa bl-ikel li jkollha quddiemha. Bħal qisu wieħed qed jara show quddiemu. Immaġinajt li toqgħod sajma qabel ma tibda tiekol dak l-ikel ta’ quddiemha kollu għall-filmati. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar. “Bħala persuna jien, m’iniex xi waħda wikkiela. Infatti meta sħabi saru jafu x’ser nagħmel, kulħadd staqsieni kif ser jirnexxili nagħmilha meta ġieli rajtha bi tqila nniżżel daqsxejn ta’ sandwich. Iżda rnexxieli
nsib metodu ta’ kif, mhux talli jirnexxili niekol iktar bħala ammont, talli bdejt napprezza aktar l-istess ikel. Nipprepara l-istonku minn jiem qabel u nuża l-ġurnata tal-ASMR, bħala cheat day. B’hekk l-ikel iżjed jinżilli għasel mingħajr ma nżid piż,” stqarret miegħi. Tagħmel filmati sabiex tgħin lil nies li għandhom l-insomnia bħalha
Mistoqsija jekk ittellax filmati ta’ spiss u jekk hemmx xi tip ta’ għajnuna, infurmatni li għalissa qed ittella’ filmat wieħed fil-ġimgħa. “Filwaqt li nirringrazzja minn qalbi lil Prive li jżommuni nidher preżentabbli quddiem ilkamera, sfortunatament ma tantx insib għajnuna finanzjarja minn sponsors oħra. Bħalissa l-ispejjeż kollha ta’ ikel, iffilmjar u editjar qed
joħorġu kollha mill-but ċkejken tiegħi u tnejn minn nies oħra. Hija ħasra wkoll għax hemm potenzjal kbir ta’ marketing b’dawn it-tip ta’ filmati fuq il-platforms tal-midja soċjai li kulma jmur dejjem qiegħda tikber b’rata għolja ħafna.” Kompliet tgħidli li bħala ffilmjar s’issa qegħdin tliet persuni f’din l-attività. “Jien nieħu ħsieb il-kontenut kreat-
ASMR tfisser Autonomous Sensory Meridian Response. Fi kliem sempliċi, meta nisimgħu ċerti tip ta’ ħsejjes, jitfgħu sinjali ta’ stimolu lill-moħħ, jinżel mal-ispina tad-dahar u jinfirex mal-kumplament tal-ġisem
08.11.2020 31.10.2021
23
SKEDA ONE Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari
19:20 19:30 20:10 20:30 21:15 23:30
ONE Sports 01-11 & Temp ONE News Primetime Reboot Il-Parlament Malti ONE News
06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt
13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:00 17:30 18:30
Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Dak li Jgħodd Pjazza
19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 22:50 23:30
Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Revved X’Taf X’qed Jgħidu The Big Step Country Jamboree ONE News
06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00
15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:15 18:00 18:30 19:15 19:20
ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Pink Panther Mqades l-Istorja What’s Cooking Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp
ERBGĦA 19:30 ONE News 03-11 20:10 Primetime 20:30 The Local Traveller 21:00 Tuna ċ-Ċans Ħa Ngħidu Storja 22:25 Niftakru 22:45 Mill-Chcina ta’ Dari 23:30 ONE News
06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt
13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:00 17:30 18:30
Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Popcorn Awla Mhux kemm taf Pjazza
19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 22:30 23:30
Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Awla Reebot ONE News
06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 10:00 12:30 12:35 13:00
15:30 15:35 15:50 16:00 16:20 16:50 17:30 18:30 19:15 19:20
ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview What’s Cooking Country Jamboree Indhouse Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp
19:30 20:10 20:30 21:00 22:30 23:00 23:30
ONE News Primetime Niftakru Min Imissu Popcorn Żona Sport ONE News
06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:15 Reboot 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:35 ŻonaSport 10:05 The Local Traveller 10:50 Dak Li Jgħodd
11:30 11:58 12:30 12:35 13:00 14:15 15:30 15:35 16:30
What’s Cooking Popcorn ONE News Telebejgħ Indhouse Taf x’qed jgħidu? ONE News Mhux Kemm Taf Flimkien ma’ Nancy
17:30 18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 20:35 23:30
Sabiħa l-Ħajja Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News
06:30 06:45 07:15 07:40 07:55 08:00 08:40 10:00 10:30 11:25
11:55 12:30 12:35 13:05 13:30 15:30 15:35 16:30 17:00 18:00
Mill-Chcina ta’ Dari ONE News Telebejgħ Niftakru Arani Issa ONE News Arani Issa Country Jamboree Mqades l-istorja L-Argument
19:20 One Sport 07-11 & Temp 19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Attività Politika 21:30 Min Imissu?! 22:50 The Local Traveller 23:30 ONE News
ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up
TLIETA 02-11
ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita
ĦAMIS 04-11
tiv, Johan Mifsud jaħdem fuq id-direzzjoni u l-midja soċjali, filwaqt li l-editing u l-ġbid tal-filmat innifsu jaqa’ f’idejn Rodney Gauci ta’ ‘Three Wise Men’. Nista’ ngħid grazzi minn qalbi lil dawn in-nies li mingħajrhom żgur li ma kontx nasal fejn wasalt.” Staqsejtha wkoll x’inhu l-għan ewlieni tagħha wara dawn il-filmati li qed ittella’ fuq YouTube. “Ilni ħafna nsegwi dawn il-filmati talASMR. Inħobb nara ħafna differenti għax jirrilassawni u peress li nbati mill-insomnia jgħinuni biex norqod aħjar. B’hekk ġejt ispirata biex jien ukoll nagħmel filmati hekk sabiex ngħin lil nies li għandhom l-istess kundizzjoni bħal tiegħi. Filwaqt li lil dawk li jbatu minn xi diżordni konnessa mal-ikel, niftħilhom l-aptit,” stqarret miegħi. “YouTube, jista’ jkun mezz ta’ dħul finanzjajru ieħor, allura wieħed jista’ jinvesti f’xi ħaġa hekk.” Għal dawk interessati
li jidħlu jaraw il-filmati ta’ Claire, tistgħu ssibuhom fuq il-YouTube channel tagħha li huwa Clairesmr. Sempliċement kemm tikteb l-isem, tagħfas subscribe u tagħti daqqa t’għajn lejn dawn il-filmati. Apparti minn hekk, hemm ukoll, paġna ta’ Facebook, TikTok, u anke Instagram, fejn tista’ tidħol u tara clips żgħar ta’ anke behind the scenes. Fl-aħħar nett, il-messaġġ tagħha lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta kien jgħid hekk. “Grazzi lil dawk kollha, li jsegwu Clairesmr. Filmati bħal dawn ma jsirux mingħajrkom li tappoġġjawna u tieħdu gost bihom u ta’ dan nirringrazzjawkom ħafna. Għal dawk li huma mħajrin, kemm tmorru YouTube u tiċċekkjaw. Min jogħġbuh il-ħsejjes tal-ikel, żgur ħa joffrilkom mezz ta’ rilassament, u divertiment b’mod differenti u uniku għall-ġeneru tiegħu,” temmet tgħid.
TNEJN
13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:30 18:30 19:15
06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 09:30 12:30 12:35
ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita
SIBT 06-11
ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Mill-Chcina ta’ Dari Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Ieqaf 20 Minuta Attività Politika Sabiħa l-Ħajja
ĠIMGĦA 05-11
ĦADD
24
31.10.2021
reċensjoni tal-ktieb
JIFRIDNA BISS IS-SKIET Il-mistiku u għaref Bhagavan Xri Ramana Maharshi (1879-1950) jgħallem li “l-esperjenza tas-skiet biss hija għarfien tassew u ta’ veru.” Il-kliem, kif jgħallmuna l-mistiċi kollha, jidħol bejn is-skiet tal-ħwejjeġ u s-skiet talkewn tagħna, bejn is-skiet tad-dinja u s-skiet ta’ Alla. Thomas Merton f’Thoughts on Solitude iwissina li “huwa meta aħna tassew inkunu ltqajna u għarafna d-dinja mis-skiet, li mbagħad il-kliem ma jifridniex mid-dinja, mill-bqija tal-bnedmin, minn Alla, jew minna nfusna. U dan għaliex ma nibqgħux nafdaw għalkollox fil-lingwaġġ sabiex inħaddnu r-realtà”. Dan it-tagħlim u din ix-xhieda nsibuha tista’ tgħid fil-mistiċi kollha ġejjin minn liema tradizzjoni ġejjin. L-aħħar ġabra ta’ poeżiji fil-ktieb ta’ John Buttiġieġ iġġib l-isem Jifridna Biss is-Skiet, li huwa wkoll titlu ta’ poeżija li tinsab fil-ġabra li tmur bejn l-2014 u l-2020. Buttiġieġ, kif jistqarr hu stess f’intervista li saritlu m’ilux, ma jiktibx sabiex jippubblika. Jikteb imqanqal mill-mixja ’l ġewwa fih innifsu, hemm fejn mis-skiet li huwa eku tas-skiet ta’ dejjem, titnissel il-kelma, li mbagħad titlaħħam f’kitba. F’dan is-sens nistgħu ngħidu li l-poeżija ta’ Buttiġieġ hija waħda sagra. Li l-awtur ma jiktibx biex jippubblika jidher ukoll mill-fatt li din hija t-tielet ġabra ta’ poeżiji, bl-ewwel waħda fl-1989 Nixtieqek terġa’ tiġi; it-tieni waħda mitbugħa fl-2017 bl-isem Qabel tagħmel ix-xita u tiġ-
bor il-poeżiji bejn l-1994 u l-2010, u issa din li ġiet mitbugħa mid-Dar tal-Pubblikazzjoni Horizons din is-sena. Buttiġieġ sa issa għadu ma waqax fil-manija tal-bżonn li tippubblika kull vers li tikteb, u fil-kilba li tikteb spiss ħalli tippubblika kemm tiflaħ. Ma nkunux niżbaljaw jekk nosservaw li kull ġabra hija marbuta ma’ ta’
qabilha u dan għaliex tirrifletti mixja dejjem iktar ’il ġewwa fl-interjorità fejn il-bniedem isib lilu nnifsu u r-realtà, kemm attwali kif ukoll dik assoluta. Huwa għalhekk li l-kliem mitbugħ ta’ Buttiġieġ mhuwiex taħriġ ta’ logħob bil-kliem - minkejja li hu tkisser u tħarreġ fis-sintassi - iżda huwa kliem fis-sens bibliku ta’ “dabar”,
“rhema”, “logos” kelma tqila bil-ħajja għax twettaq dak li tfisser, li tgħaqqad u torbot, u li żżomm. Buttiġieġ fil-fatt huwa wieħed minn dawk l-ilħna poetiċi li fix-xena lokali huma rari. Il-poeta nnifsu ma jiddejjaqx jikxef li hemm affinità diretta ma’ Gioele Galea - li l-ħajja laqqgħethom flimkien sa mit-tfulija - u li l-espressjoni poetika wieħed mill-ewwel jintebaħ li hija reżonanti. Meta wieħed jaqra l-poeżija ta’ Buttiġieġ fil-fatt isib il-lingwaġġ komuni li jesprimu lilhom infushom bih poeti oħra - uħud f’pajjiżna wkoll - li bħalu jiddeċiedu f’qalbhom li jidħlu għall-mixja ġewwinija. Fi kliem Buttiġieġ din il-mixja ġewwinija hija tfittix għas-Sabiħ u l-Ġmiel mitlufin, u li huma sinonimi mas-Sħuħija. Fid-daħla jikteb: “xi mkien, xi darba, ir-rabta bejn il-ġmiel u l-persuna umana kienet l-istess ħaġa, sakemm ġara xi ħaġa u dawn infirdu. Minn meta seħħ dan il-bniedem ma waqafx ifittex ‘is-sieħba’ tiegħu f’esperjenzi differenti, li lkoll, xi ftit jew wisq, tawh togħma ta’ dak li tilef.” Fl-aħħar nett, huwa meta l-poeta jħalli lilu nnifsu jinfaqa’ bis-skiet u “jinbala’” mill-baħħ, li mhux biss itir fil-mixja ġewwinija li qed jagħmel, iżda wkoll jagħtina fix-xena letterarja lokali kitba poetika oħra, forsi iva nieqsa minn reżonanzi li sa issa tistrieħ fuqhom, iżda tqila bil-ħila ta’ min jgħanni b’leħen ġdid u uniku n-noti tal-vjaġġ “hawnhekk ġo fina, u xi mkien hemm barra.”
Mistoqsija: X’ma jiddejjaqx jikxef il-poeta? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb JIFRDINA BISS IS-SKIET. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 7 ta’ Novembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb L-INKJESTA hija:
M.GATT - MOSTA
03 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Minkejja l-pandemija, kemm kien it-tnaqqis ta’ persuni dipendenti fuq l-assistenza soċjali fuq medda ta’ sentejn?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
31.10.2021
ALBERT FISH QATTIEL U KANNIBALU Fish kellu diversi laqmijiet fosthom ‘The Gray Man’, ‘Il-Vampir ta’ Brooklyn’ u ‘Il-Babaw’ L-EWWEL PARTI
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
L-orfanatrofju fejn qatta’ tfulitu Hamilton Howard ‘Albert’ Fish kien qattiel tal-massa Amerikan, kien jabbuża u joqtol lit-tfal u kien anke kannibalu. Fish kien jiftaħar li għandu tfal f’kull stat Amerikan u li l-għadd ta’ vittmi tiegħu kien jaqbeż il-mija. Mhuwiex magħruf jekk Fish irreferiex għall-abbużi sesswali jew l-atti kannibali. Lanqas hu magħruf jekk din l-istqarrija kinitx vera. Fish kien is-suspettat ewlieni f’minn tal-inqas ħames omiċidji. Hu ammetta li wettaq tliet omiċidji u li ta daqqiet b’oġġett bil-ponta lil żewġ persuni oħrajn. Fit-13 ta’ Diċembru tal-1934, Fish ġie arrestat u mixli bil-ħtif u qtil ta’ Grace Budd. Hu nstab ħati u ngħata l-piena kapitali permezz tas-siġġu tal-elettriku fis-16 ta’ Jannar tal-1936 fl-età ta 65 sena. Il-ħajja ta’ Albert Fish Albert Fish twieled f’Washington D.C. fid-19 ta’ Mejju tal-1870. Missieru, Randall, kien Amerikan b’dixxendenza Ingliża filwaqt li ommu, Ellen, kienet Amerikana b’dixxendenza Skoċċiża u Irlandiża. Missieru kien 43 sena ikbar minnu ommu u kellu 75 sena meta twieled hu. Fish kien l-iżgħar minn erba’ aħwa u qatta’ ħafna mit-tfulija tiegħu f’orfanatrofju. Albert Fish fil-verità kien jismu Hamilton iżda ried li n-nies isejħulu Albert minħabba laqam li qalgħulu fl-orfanatrofju, dak ta’ ‘Ham & Eggs’.
Missier Fish miet b’attakk tal-qalb meta kellu biss ħames snin. Dan wassal lil omm Fish biex titfgħu f’orfanatrofju f’Washington, fejn kien jiġi abbużat ta’ spiss. Fish u s-subien l-oħrajn kienu jiġu msawta u stqarr li l-uġigħ kien beda jagħtih pjaċir. Qal ukoll li fl-orfanatrofju ra ħafna subien iwettqu affarijiet li mhux suppost jagħmlu. Fl1880, omm Fish sabet xogħol stabbli u b’hekk ħarġet lil binha mill-orfanatrofju. Sentejn wara, Fish beda jagħmilha ma’ tifel ieħor li beda jinfluwenzah ħażin. Fil-ħin liberu tiegħu, Fish kien
iżur postijiet pubbliċi fejn jgħumu s-subien biex jarahom jinżgħu ħwejjiġhom. Meta kellu 20 sena, Fish mar New York fejn beda joffri servizzi sesswali u stqarr li kien jistupra s-subien. Fl-1898, ommu żewġitu lil Anna Mary Hoffman u flimkien kellhom sitt itfal. Fish beda jaħdem bħala bajjad u minkejja li kien miżżewweġ bit-tfal, hu qal li xorta baqa’ jistupra s-subien filwaqt li kien ikollu relazzjonijiet ma’ rġiel oħrajn. Sentejn wara ż-żwieġ tiegħu ma’ Anna, Fish kien fuq xogħol f’Wilmington f’Delaware. Hemmhekk iltaqa’ ma’
X-ray li turi l-labar li daħħal f’ġenbu
Thomas Kedden ta’ 19-il sena, li kellu diżabbiltà intelletwali. Fish ħa lil Kedden fejn kien qiegħed joqgħod u flimkien kellhom relazzjoni sadomażokista. Wara għaxart ijiem, Fish ħa lil Kedden f’razzett antik u beda jittorturah. Hu dam iktar minn ħmistax għaddej bit-tortura u l-intenzjoni tiegħu kienet li joqtlu u jieħu l-katavru tiegħu d-dar iżda beża’ li jinqabad. Għalhekk, hu ħallieh marbut u qabad l-ewwel tren lura lejn id-dar. Fish stqarr li qatt ma reġa’ sema’ bih u li ma kienx jaf x’sar minnu. F’Jannar tal-1917, il-mara ta’ Fish telqitu għal raġel ieħor u ħallietu jrabbi t-tfal waħdu. Minn hawn beda jweġġa’ lilu nnifsu billi jdaħħal il-labar f’diversi partijiet ta’ ġismu. Fil-fatt, wara l-arrest tiegħu iktar ’il quddiem, sar magħruf li Fish kellu minn tal-inqas 29 labra mdaħħlin f’ġenbu. Minkejja li kien iweġġa’ lilu nnifsu, qatt ma kien hemm rapporti li Fish kien iweġġa’ jew isawwat lil uliedu. Sentejn wara li telqitu l-mara, Fish ta daqqiet ta’ arma bil-ponta lil tifel f’Georgetown f’Washington. It-tifel kellu diżabbiltà intellettwali u jidher li Fish kien jipprova jsib il-vittmi tiegħu b’din id-diżabbiltà jew ta’ ġilda skura għax kien jemmen li dawn ma jiġux imfittxija jekk jinqatlu.
TKOMPLI L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA
26
31.10.2021
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
31.10.2021
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 405
C.AGIUS - Ħ’ATTARD
MIMDUDIN: 10. 1. Kompli l-qawl: 12. ........ żibel u ġieħ fittex wittieh (5) 16. 7,18. Tibqax tiftakar (4)18. 9,23. Sfineġ (7) 19,17. Bi 3 NUMRI 261 393 420 500 579 591 765 874 918 963 B’4 NUMRI 1242
1443 1499 1577 1601 1813 2133 2450 2602 2658 3099 3647 3715 3905
4521 4795 5393 5553 5570 5952 6326 6505 6575 6752 6781 7083 7587
8497 9167 9184 9305 9633 B’5 NUMRI 00467 01713 01717 10626 15457 21083 21258
22346 24181 24957 42912 43523 44443 44741 51082 51521 52909 54204 54729 61426
67074 83810 88031
4179307 8114330 9330852
B’6 NUMRI 032022 051221 409860 623641 793269 839275
Bi 8 NUMRI 12410175 66743235
B’7 NUMRI
B’10 NUMRI 2472408907 2994722044
WEQFIN: 1. Tixbah il-ful (6) 2,5. Oqgħod għal ritratt (6) 3. Anzjan (3) 5. Ara 2 6,11. Ippersunat (5)
Belt (6) Tintuża wara l-bibien (6) Nirfsu fuqha (3) Ara 7 Tal-biża’ (6)
20. 21. 23. 24.
Biżżejjed (5) Ara 12 wieqfa Ara 9 Tost (5)
8. Insett sabiħ (9) 11. Ara 6 12,21M. Iddritta (5) 13. Jaqa’ fil-logħob tal-karti (3) 14. Kunjom (6) 15. Biċċiet (6)
17. 21. 22.
Ara 19 Ingrid Borg Pisani (1,1,1) Kollha bl-Ingliż (3)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Jarda, 4.Blat, 7,9.Gaġġa, 10,23. Ikkollassa, 12.Banana, 16,21W. Rarita, 18.AD, 19.Mea, 20.Krema, 21.IAS, 24.Adami
WEQFIN: 1.Jiġbor, 2,5.Rialto, 3.AGI, 6,11.Telqa, 8.Akkademja, 12,17.Brama, 13.Nar, 14.Amanda, 15.Pariġi, 22.SOS
28
31.10.2021
APPARTI L-“ARJA SĦUNA”… Editorjal
Apparti d-“duħħan” jew “arja sħuna” tal-PN, il-fiduċja popolari, li sostniet il-ħidma tal-Gvern Laburista, se żżomm l-istess ritmu tajjeb biex pajjiżna jibqa’ jikseb is-suċċessi u r-riżultati li jixirqulu, waqt li jkollu l-kuraġġ li jtejjeb fejn hu meħtieġ
Malta għandha tkompli fit-triq li qabdet ħalli tattira l-investimenti kif qed tagħmel bħalissa. Dan kien is-sentiment espress din il-ġimgħa minn Michael Seifert, il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp Seifert, hekk kif din il-kumpanija tal-manifattura ħabbret li se tkun qed tkabbar l-operat lokalment b’investiment ta’ €8 miljun, anke bħala l-ewwel waħda ekoloġikament sostenibbli fostna. Meqjusin iċ-ċirkostanzi u l-effetti tal-pandemija globali, investimenti simili jissorprendu għax huma meravilja fihom infushom, minbarra li jkomplu jkattru l-postijiet tax-xogħol u jikkontribwixxu għall-inqas li vell ta’ qgħad li qatt rajna fl-istorja. Fl-istess ħin isaħħu l-ħidma u kull argument tal-Gvern Laburista li jibqa’ jinvesti fl-akbar riżorsa li għandna – in-nies. Ġejja minn barranin, li wkoll ifaħħru s-sostenn wiesa’ li sabu mingħand l-Istat Malti, daqskemm jirrikonoxxu li l-bżulija u l-ħiliet tal-ħaddiema lokali rendewlhom ħafna aktar introjtu milli kieku investew f’xi
pajjiż ieħor, għandha tagħtina ferm aktar sodisfazzjon. Dan bl-eċċezzjoni ta’ dawk fostna li, sfortunatament, ma jifilħux jaraw żviluppi simi li. Minflok, jittamaw biss fi ħsara ekonomika u sfreġju fost is-soċjetà Maltija. Tali di fett fost sezzjoni żgħira ħafna tal-poplu Malti kien ukoll indi kat ilbieraħ mill-Prim Ministru Robert Abela. L-establishment, li fl-aħħar sena reġa’ ħakem lill-Partit Nazzjonalista taħt idejh, ma jiflaħx jara n-negozji u l-eko nomija jirkupraw. Għalih kull pass jew għajnuna f’din il-mira mhumiex f’lokhom … almenu sakemm ikun hemm Partit Laburista fil-poter. Għalih il-par tiġjaniżmu jiġi qabel il-patrijottiżmu. Bħalma fl-aħħar jiem smajna lill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech li, bl-ardir kollu, sejjaħ il-Baġit 2022 bħala “arja sħuna”. Bħal pupazz f’idejn dawk li poġġewh hemm, Grech mhux biss inqabad li lanqas kien qara jew ta kas id-diskors tal-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana
tliet ġimgħat ilu, iżda għażel li jattakkah mill-bidu sal-aħħar bħala “eżerċizzju ta’ tberbiq”. Biex żgur jikkonferma li lanqas ikollu idea ta’ x’qed jiġri u joqgħod biss fuq dak li jindikawlu s-sidien tiegħu, it-Tlieta fil-Parlament ukoll spiċċa jistaqsi lillPrim Ministru jekk għandniex pjan għat-tilqim tal-booster lillfirxa wiesgħa tal-popolazzjoni. B’reazzjoni għal stqarrija prim ministerjali, il-Kap Nazz jonalista għamel din l-“osservazzjoni”, biex mingħalih jimpressjona lil xi ħadd, proprju l-għada li d-Deputat Prim Mi nistru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kien għadu kemm spjega l-fażijiet ta’ pjan simili nazzjonali, li wkoll ġie rrapportat fil-midja. Minkejja dan, il-poplu Malti u Għawdxi konxju li, bħalma diġà daq ilbieraħ xi jsarrfu l-pjani tal-Gvern, għandu rasu mistrieħa għal-lum u għal għada taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela. Li kien mod ieħor, kieku mhux biss għadna nippruvaw ninqalgħu minn taħt il-mad-
mad tal-agħar miżuri imposti minn xi Gvern Nazzjonalista. Kieku għadna rridu nlaħħqu ma’ ċifri tal-waħx b’riżultat tal-vittmi mill-pandemija u minn ekonomija falluta. Kieku diġà ffaċċjajna kroll assolut tasservizzi tas-saħħa u nistgħu ngħidu addijo għal kull investiment lokali u barrani. Kieku ħadd ma joħlom li tingħata xi għajnuna multimiljunarja li ssostni lill-ħaddiema, lill-familji tagħhom u lin-negozji f’sitwaz zjoni totalment diżastruża. Imma apparti kull “duħħan” jew “arja sħuna” Nazzjonalista, il-fiduċja popolari, li sostniet il-ħidma tal-Gvern attwali Laburista, se żżomm l-istess ritmu tajjeb biex dan il-pajjiż jibqa’ jikseb is-suċċessi u r-ri żultati li jixirqulu, waqt li jkollu l-kuraġġ li wkoll itejjeb fejn hu meħtieġ, mhux l-inqas f’aktar ħiliet tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin u fil-qasam tal-amb jent u t-tibdil fil-klima, fost oħrajn. Il-ġejjieni ta’ pajjiżna u ġensu qatt ma kienu jidhru sbieħ daqs illum.