Il-Kewkba li ddiet

Page 1

Ejja magħna wara

l-Kewkba li ddiet STORJA TAL-MILIED | KALENDARJU TAL-AVVENT | KTIEB TAT-TPINĠIJA


Xi xhur ilu bdejna l-proġett sabiħ tal-fuljett Aħbar Tajba, proġett li ħafna minnkom laqgħu b’ferħ kbir u qed jużaw fil-parroċċi tagħhom. Filwaqt li napprezzaw l-opportunità li qed tagħtuna, infakkrukom li meta bdejna dan il-proġett semmejna li dan jista’ jikber u jieħu forom differenti. Wegħdnikom ukoll li se nibqgħu naħdmu id f’id magħkom biex dan kollu jibqa’ jkun sostenibbli u fuq kollox biex inkomplu inkabbru l-kwalità tal-materjal. ‘Il-Kewkba li ddiet’ hu l-pass li jmiss f’dan il-proġett. L-idea warajh hu li jkun ktejjeb tat-tpinġija għat-tfal li fl-istess ħin iwassal l-istorja talMilied b’mod ftit differenti. Barra minhekk, il-qoxra ta’ dan il-ktejjeb tista’ tinqala u ssir kalendarju tal-avvent b’25 tieqa żgħira li hekk kif jinfetħu jikxfu biċċa ġdida mill-istorja tagħna. F’dan il-ktieb se ssib: » ktieb tat-tpinġija » storja ħelwa tal-Milied » il-qoxra tal-ktieb ssir kalendarju tal-Avvent » opportunità ta’ fund raising biex insostnu l-ħidma tal-parroċċa kif ukoll ix-xiri ta’ Aħbar Tajba. Il-ktieb se joħroġ fit-tieni ġimgħa ta’ Novembru.

OFFERTA SPEĊJALI

GĦALL-PARROĊĊI

€2.50 FLOK €3.50


Il-ktejjeb se jinbiegħ għall-prezz ta’ €3.50 iżda lilkom il-kappillani se jinbiegħ għall-prezz speċjali ta’ €2.50 biex l-€1 l-oħra tgħin flispejjeż tal-parroċċa. Dawk li għandhom ordni ta’ sena fuq il-fuljett Aħbar Tajba jieħdu prezz speċjali ta’ €2.25 fuq l-istess ammont tal-ordni tal-fuljett. Nixtiequ wkoll, fuq xewqa tal-volontiera li jippreraraw il-fuljett, naħdmu magħkom biex matul xi quddies tal-Ħadd niġu fil-parroċċa tiegħek u ngħinuk tbiegħ dan il-ktieb filwaqt li nkabbru l-għarfien talħidma li ssir fuq il-fuljett l-Aħbar Tajba.

OFFERTA OĦRA GĦALL-KAPPILLANI Ibgħatilna email fuq info@sayitmalta.com jew sms bil-kliem ‘offerta kotba’ fuq

7982 2886

u nikkuntattjawk lura u nwasslhomlok b’xejn.

€16

JINBIEGĦ €20

€12

JINBIEGĦ €15


Aħbar �

Tajba Aħbar Tajba huwa fuljett immirat għattfal li jdur mal-ħsieb tal-Evanġelju li se jinqara dik il-ġimgħa. Il-fuljett hu stampat bil-kulur u fih ħsieb prinċipali li joħroġ il-messaġġ ċentrali tal-Evanġelju, u mbagħad numru ta’ attivitajiet marbuta mal-istess ħsieb. Fi tmiem il-fuljett ikun hemm suġġeriment żgħir kif it-tfal jistgħu jgħixu l-messaġġ tal-Evanġelju matul dik il-ġimgħa.

PREZZIJIET ����� (VAT INKLUŻ)

Pakkett ta’ 10 Pakkett ta’ 25 Pakkett ta’ 50 Pakkett ta’ 100 Pakkett ta’ 250 Pakkett ta’ 500

€80/sena jew €6.70/xahar €150/sena jew €12.50/xahar €350/sena jew €30/xahar €550/sena jew €46/xahar €1400/sena jew €117/xahar €2600/sena jew €217/xahar

Parroċċi, għaqdiet u skejjel jistgħu jingħaqdu flimkien biex jilħqu l-kwantitajiet ta’ din l-offerta.

ibgħatilna fuq info@mediacentre.com.mt jew inkella ċempel fuq 2569 9100


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.