Aħbar Tajba

Page 1

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd tas-Sena | Il-Ħadd 27 ta’ Settembru 2015

Num 11, 25-29 Salm 18 (19), 8.10.12-13.14 Ġak 5, 1-6 Mk 9, 38-43.45.47-48

“Għax min mhuwiex kontra tagħna, huwa magħna.” Kull wieħed u waħda minnha għandu stint naturali li ilu għandna eluf kbar ta’ snin. Meta konna ngħixu f’ambjenti perikolużi ħafna, fejn kien hemm annimali predaturi li jistgħu jattakkawna, l-bniedem kellu bżonn stint li jgħinu f’qasir żmien jiddeċiedi jekk dak li kien quddiemu kienx ta’ periklu jew le. B’dan l-istint, il-bniedem seta’ jipproteġi ruħu minn dawn il-predaturi. Iżda għalkemm iddinja nbidlet ħafna, u diffiċli li xi ħadd minnha jkun għaddej fit-triq u jkollu bżonn dan l-istint biex jaħrab xi annimal perikoluż, dan l-istint għadu jaħdem fina. Illum, dan l-istint iwassalna biex, kull meta niltaqgħu ma’ xi ħadd ġdid f’ħajjitna, fi ftit sekondi qosra, nagħmlu ġudizzju fuq il-persuna. “Dan jidher ok!” jew inkella “Kemm jidher antipatku!”

Għalkemm xi kultant dan l-istint iwassalna biex noqogħdu attenti min-nies li jista’ jkun ma jridulniex ġid, imma xi kultant iwassalna għal-konklużjoni ħażina wkoll. Dan għaliex inkunu qed nippruvaw nagħmlu ġudizzju fuq persuna mingħajr ma kellna ċ-ċans li nsiru nafu l-persuna tajjeb, smajnieha titkellem jew għaddejna xi esperjenza flimkien. Fil-Vanġelu tal-lum, Ġwanni għadda minn esperjenza simili. Ra lil xi ħadd jagħmel il-ġid, iżda minħabba li ma kienx wieħed mill-grupp tad-dixxipli ta’ Ġesù, moħħu mall-ewwel ikkonkluda li dan kien qed jipprova jieħu l-post ta’ Ġesù. Hawn Ġesù jiftaħ għajnejn Ġwanni u jurih li dak ma kienx għadu imma xi ħadd ieħor li bħalhom kien qed jipprova jgħin lil dawk ta’ madwaru. Ftit kliem mingħand Ġesù u dak li fil-bidu

tal-istorja deher qisu għadu issa sar alleat. Ġesù jħeġġeġ lid-dixxipli tiegħu joħorġu minn mentalità li twassal għall-firda. Ikollna nammettu li din ilmentalità hi b’saħħtiha ħafna, anke fi żmienna. Għalkemm ilbniedem għamel ħafna progress, din il-mentalità ma rnexxilux jeħles minnha. Qisna nieħdu gost noħolqu gruppi mhux biex inżidu l-għaqda iżda biex nuru li m’aħniex bħall-oħrajn. Fis-silta tal-lum Ġesù jgħid: “min m’huwiex kontra tagħna, huwa magħna.” Iżda ħafna drabi moħħna jaħdem bilkontra u dawk li ma jidhrux bħalna, jew kif nippretendu li għandhom ikunu aħna, malajr nagħmluhom għedewwa tagħna. Ma nindunawx li nkunu qed inbiegħdu minna persuni li jistgħu jkunu fost l-ikbar ħbieb tagħna.


Agħti l-kulur ����

Min mhuwiex kontra tagħna, huwa magħna.


������ � Sib id-differenzi Sib il-Kelma

Ifli sew dawn iż-żewġ stampi. Għalkemm mal-ewwel daqqa t’għajn jidhru l-istess iżda hemm xi differenzi żgħar. Ara ftit kemm jirnexxilek issib.


Biex nifhem aħjar �����

Fil-Vanġelu tal-lum Ġesù insibu lil Ġwanni li hekk kif ra lil xi ħadd jagħmel l-istess ħwejjeġ li kien jagħmel Ġesù u qataha li kien qed jipprova jeħodlu postu. Iżda Ġesù jurih l-iżball tiegħu. Filkumplament tas-silta Ġesù juri lil Ġwanni fejn qiegħed il-vera periklu għad-dixxiplu li jixtieq jimxi fit-triq it-tajba. Għalkemm din il-parti tas-silta fiha ħafna kliem iebes, Ġesù jrid jurina li dawn il-perikli rridu naħdmu fuqhom.

Veru je le? � ���

Ġwanni ra lil xi ħadd ikeċċi x-xjaten u ħa gost. Vera / Falz Ġesù qal: “Min mhux magħna hu kontra tagħna.” Vera / Falz Ġesù stqarr li kull min jagħti tazza ilma lil min jimxi wara l-Messija jieħu ħlasu. Vera / Falz

Ġesù jħeġġiġna naraw x’inhuma l-affarijiet li jtellfuna biex nitbiegħdu minnhom. Vera / Falz Ġesù jrid juri lid-dixxipli li xejn mhux aktar importanti misSaltna ta’ Alla. Vera / Falz

Din il-Ġimgħa… ����

Ara ftit jekk f’ħajtek hemmx xi ħadd li għamilt ġudizzju mgħaġġel fuqu u qatt ma tajt ċans biex issir tafu. Ipprova qatta ftit ħin ma’ din il-persuna sabiex issir tafha. Min jaf tkunx il-bidu ta’ ħbiberija kbira!

Aħbar Tajba hija inizjattiva tal-Media Centre flimkien mal-Fondazzjoni YOUTHEME u tiddependi mill-ħidma ta’ diversi voluntiera u benefatturi. Għandna bżonn ukoll ta’ ħafna talb biex din il-ħidma tħalli l-frott mixtieq. Min jixtieq jgħin, finanzjarjament, bit-talb jew b’xi ħidma oħra jista’ jibagħtilna fuq

info@sayitmalta.com Grazzi.

design • video production • animation • publishing • web

AĦBAR TAJBA hija pubblikazzjoni tal-Media Centre flimkien ma' SayIt Publications u YouTheme Foundation. Min jixtieq jagħti kontribuzzjoni finanzjarja jew jordna aktar kopji ta’ dan il-fuljett jista’ jibagħtilna email fuq info@sayitmalta.com jew iċempel fuq 2569 9100.

Promozzjoni ����

Issa tista’ tirreklama fuq

Aħbar Tajba Dan il-fuljett joħroġ kull ġimgħa u jitqassam fil-parroċċi kollha ta’ Malta u Għawdex. Ċemplilna fuq 2569 9100 jew ibgħatilna email fuq info@sayitmalta.com


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.