Il-Kewkba li ddiet

Page 1

Il-Kewkba

li ddiet


NOTA IMPORTANTI: Dan il-ktieb għandu fih sorpriża żgħira. Barra li inti u tqalleb se tkun tista’ timxi mal-karattri prinċipali tal-istorja, il-qoxra ta’ dan il-ktieb hi proġett kemxejn differenti. Staqsi lil xi ħadd mill-ġenituri, jew ħutek ikbar minnek, biex jgħinuk tifred il-qoxra mill-kumplament tal-ktieb u ara li twaħħal din il-paġna mal-paġna l-ħamra bit-twieqi. Oqgħod attent li l-kolla jew tape

tagħmilhom fl-ispazju indikat bizzigzag skur għax inkella ma tkunx tista’ tiftaħ it-twieqi. Hekk tkun għaqqadt Kalendarju tal-Avvent żgħir li se jgħinek tidħol aktar fil-fond flistorja tant magħrufa tal-Milied. Għax għalkemm din l-istorja nafuha sew, faċli l-ispirtu tal-ġrajja jaħarbilna. Jalla dan il-ktieb jgħinek tgħix l-ispirtu veru ta’ dan iż-żmien biex Ġesù Bambin ma jibqax xbieha sabiħa fil-presepju imma jitwieled fik.


Il-Kewkba

li ddiet


L-istorja tagħna tibda b’kewkba mhux tas-soltu li ġibdet l-attenzjoni ta’ ħafna minn madwar id-dinja – min-nies sempliċi sal-akbar fost l-għorrief. Kulħadd f’xi ħin jew ieħor sab ruħu jħares ’il fuq u jistaqsi x’setgħet tfisser dik id-dehra fis-smewwiet.




Fis-sema kienet qed tiġri ġrajja spettakolari! ’Il bogħod ħafna middinja, waħda mill-kwiekeb kienet qed tisplodi qisha murtal f’waħda millfesti tagħna. Għal ftit jiem, id-dawl ta’ din il-kewkba kien se jkun l-akbar filgalassja kollha, sakemm fl-aħħar isir meravilja ta’ kuluri mill-isbaħ. Imma għaliex dan kollu?


It-tweġiba tagħna se nsibuha f’belt mhux tas-soltu fis-Saltna tasSmewwiet. Hawn, il-kelma bdiet tixtered li l-jum tant mistenni kien tassew fil-viċin. Tgħidx kemm kienu ilhom jippreparaw għalih u issa, sa fl-aħħar kien wasal. Is-Sinjur kien fdalhom biċċa xogħol mill-isbaħ u allura issa kulħadd xammar ilkmiem biex jibda jaħdem – min billezzjonijiet tal-kant, min jgħallem liżżgħar kif itiru flimkien u l-arkanġlu beda jipprepara diskors twil li bih kien se jħabbar il-miġja tal-Iben lil dawk magħżula minn Alla.




Imma moħħ iċ-ċkejken Ariel kien fuq dik l-imbierka kewkba qisha murtal li donnu ma jispiċċax. Seta’ jdum isejjaħlu l-anġlu professur għax moħħ Ariel kien qiegħed ’il bogħod, mitluf fil-ġmiel tad-dawl tal-kewkba. Il-kurżità, fl-aħħar għelbitu, u inkiss inkiss tbiegħed mill-oħrajn u beda jtir lejn din il-kewkba meraviljuża.


Fl-istess ħin, f’pajjiż tal-Lvant, l-għaref Melkior kien intebaħ b’din il-kewkba wkoll. Melkior kien magħruf bħala għaref kbir li jqatta’ l-biċċa l-kbira taljiem tiegħu jistudja. Ma kien hemm xejn li qatt ma qara dwaru - storja talpopli ġirien, matematika, kimika u mediċina, u fuq kollox il-kwiekeb tassema. Dawn tal-aħħar kienu għal qalbu wisq u allura meta dehret din il-kewkba speċjali qatagħha li jfittex dwarha fillibrerija kbira tiegħu.



Dan id-dokument ma fihx il-pa치ni kollha


Dan id-dokument ma fihx il-pa치ni kollha


Il-Kewkba

li ddiet Pubblikazzjoni Media Centre Ltd www.mediacentre.com.mt

Illustrazzjonijiet Andrew Borg Kitba Alan Bonello Qari tal-Provi Bertram Portelli Produzzjoni Grafika Media Centre Ltd Stampa Veritas Press


Ibda ġemma’ ftit mill-pocket money għall-karità

Sib ħin biex titlob għal xi ħadd fil-klassi tiegħek

Ixgħel l-ewwel xemgħa tal-girlanda

Agħmel girlanda żgħira talAvvent

Illum sib ħin biex titlob ir-Rużarju

Għin lill-ġenituri jarmaw is-siġra tal-Milied

Ixgħel it-tieni xemgħa tal-girlanda

Sib ħin biex tmur il-knisja u tagħmel qrara tajba

Arma l-presepju f’post sabiħ fid-dar

Agħmel sagrifiċċju żgħir

Ibgħat il-kartolini tal-Milied li għamilt

Ikteb messaġġ qasir lil sħabek fuq kartolina

Naddaf il-kamra tiegħek u għin fix-xogħol tad-dar

Sib ħin biex tmur titlob fis-skiet f’xi kappella jew knisja

Ħu ħsieb l-ambjent u oqgħod attent li ma taħlix

Ixgħel it-tielet xemgħa tal-girlanda

Ixgħel ir-raba’ xemgħa tal-girlanda

Itlob skuża lil xi ħadd li weġġajt bilkliem jew bl-għemil

Żur lil xi ħadd anzjan mill-familja tiegħek

Itlob għallmembri tal-familja tiegħek

Ħu sehem filPurċissjoni tal-Milied mal-familja tiegħek

Sib ħin biex tmur il-knisja u tagħmel qrara tajba

Tinsiex ġemma’ ftit mill-pocket money biex tagħmel karità

Arma bambin fil-kamra tiegħek

IMPORTANTI: It-tape jew il-kolla jridu jkunu fuq iż-żona mmarkata biz-zigzag biss.

familja tagħna. Ftakar li huma l-akbar rigal li Alla tak, nies li jħobbuk u jridu jgħinuk tikseb l-akbar ġid u l-akbar ferħ. Tajjeb li flimkien magħhom tieħdu sehem fil-quddiesa u f’nofsinhar tkunu flimkien madwar il-mejda għall-ikel. Qatt tieqaf titlob għalihom kif huma jitolbu għalik.

Il-Milied it-Tajjeb Fl-aħħar waslet il-festa li tant ilna nistennew! Imma issa tajjeb li naraw li niċċelebrawha bl-aħjar mod possibbli. Tajjeb li nqattgħu dan il-jum tant sabiħ flimkien mal-


1

2

5

9

3

6

10

13

17

7

11

14

18

21

8

12

15

19

22

25

4

16

20

23

24


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.