Aħbar Tajba

Page 1

It-Tletin Ħadd tas-Sena | Il-Ħadd 25 ta’ Ottubru 2015

Ġer 31, 7-9 Salm 125 (126), 1-2ab.2ċd-3. 4-5.6 Lhud 5, 1-6 Mk 10, 46-52

Ġesù qallu: “Mur, il-fidi tiegħek fejqitek.” U minnufih raġa’ beda jara, u baqa’ miexi warajh fit-triq. Qatt innutajt li, kultant, għalkemm inkunu qed inħarsu lejn l-istess ħaġa naraw affarijiet differenti? Tgħiduli: “X’jiġifieri?!” “Kif jista’ jkun tħares lejn xi ħaġa u tara affarijiet differenti?” Naħseb bi storja qasira nistgħu nifhmu dan il-punt aħjar. Darba kien hemm għalliem li fuq il-mejda tiegħu quddiem klassi tfal poġġa tazza kbira li kienet mimlija sa nofsha bl-ilma. Imbagħad staqsa lit-tfal biex fuq karta jiktbu dak li kienu qed jaraw fuq il-mejda. It-tfal hekk għamlu, għalkemm bdew iħarsu lejn xulxin jaħsbu li l-għalliem kien tilef xi ftit minn moħħu. Hekk kif ġabarhom, l-għalliem beda jaqbad il-karti li tawh it-tfal u jaqsamhom f’żewġ gruppi. Fl-aħħar dar lejhom u beda jispjegalhom x’kellu f’moħħu. Għalkemm kollha kemm huma

kienu qed iħarsu lejn l-istess tazza, mhux kollha kitbu l-istess ħaġa fuq il-karta. Kien hemm min kiteb li fuq il-mejda kien hemm tazza nofsha mimlija filwaqt li oħrajn kitbu li t-tazza kienet nofsha vojta. It-tfal dlonk wieġbu, “Mhux xorta?!” Hawn l-għalliem weġibhom li għalkemm tidher l-istess ħaġa imma fil-fatt ma tfissirx eżatt l-istess. Grupp minnhom għażel li jagħti importanza lill-parti l-vojta tattazza filwaqt li oħrajn iffukaw fuq il-parti li hi mimlija. Għalkemm iż-żewġ gruppi ddeskrivew tajjeb dak li raw, imma f’dak li kitbu kienu wkoll qed jiddeskrivu ftit lilhom infushom.

hemm xi ħadd, li għalkemm ma kellux id-dawl t’għajnejh, kellu dawl ieħor li jgħinu jara, u dan kien id-dawl tal-fidi. Xħin sema li kien hemm Ġesù beda jgħajjat kemm jiflaħ. Għall-ewwel in-nies l-oħra bdew jippruvaw isikktuh għax ħasbuh li se jwaqqagħhom għaċċajt imma r-raġel l-agħma xorta baqa’ jgħajjat u meta Ġesù ra l-fidi kbira tiegħu fejqu.

Il-fidi hija kwalità li tista’ tibdel ilmod kif inħarsu lejn l-affarijiet. Hija l-fidi li tħeġġeġ tant nies, fosthom ħafna żgħażagħ, li jqattgħu l-vaganzi tagħhom jgħinu lil tant nies foqra f’artijiet tal-missjoni minflok f’pajjiżi sinjuri. Twassal lil tant nies li wara ġurnata studju Fil-Vanġelu tal-lum niltaqgħu ma’ u xogħol, flok imorru jistrieħu, sitwazzjoni li tixbah ftit lil dan iqattgħu l-ħin tagħhom ma’ dawk l-eżempju. Ġesù kien għaddej minn fil-bżonn għax il-fidi tgħinna naraw Ġeriko u n-nies kienet kuntenta triq sabiħa fejn ħaddieħor jara biss tħares lejh u xxejjirlu. Imma kien tbatija u faqar.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.