Aħbar Tajba

Page 1

Is-Sitt Ħadd tal-Għid | Il-Ħadd 10 ta’ Mejju 2015 �����������

Aħbar �

Tajba Atti 10, 25-26.34-35.44-48 Salm 97 (98), 1-4 1 Ġw 4, 7-10 Ġw 15, 9-17

Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu. Mhux kull mexxej l-istess. Hemm min irid li kulħadd jagħmel dak kollu li jixtieq hu, jobdi mingħajr mistoqsijiet u jmexxi bil-biża’. Dawn il-mexxejja jippretendu li kulħadd ikun seftur tagħhom. Iżda hemm oħrajn li jiddedikaw ħajjithom jgħinu lill-oħrajn. Għalkemm mexxejja, dawn ma jqisux lill-oħrajn inqas minnhom iżda ħbieb. Ġesù hekk riedhom dawk li jimxu warajh. Hu kien iqis lid-dixxipli tiegħu bħala ħbieb u xtaq li d-dixxipli jimxu bl-istess mod. Hekk bdiet il-Knisja! Bl-appostli! Għalkemm kienu mexxejja, kienu fuq kollox qaddejja ta’ dawk kollha li kienu fil-bżonn. Għalkemm fi żmienna mhux kulħadd jimxi b’dan il-mod, imma fil-Knisja għandna ħafna nies li lesti jgħinu lil kull min għandu bżonn.

Żgur li f’moħħna mill-ewwel jiġi l-Papa Franġisku, il-mexxej talKnisja kollha, li minn meta sar Papa qatt ma waqaf jgħin u jħajjar lill-oħrajn jagħmlu l-istess. Imma mhux il-Papa biss tafux! Fl-istorja twila tal-Knisja kellna ħafna nies li ddedikaw ħajjithom biex jgħinu lilloħrajn u llum nixtiequ nkellmukom fuq wieħed speċjali li ftit ġimgħat oħra l-Papa Franġisku se jiddikjarah qaddis – l-Arċisqof Oscar Romero. Oscar kien saċerdot li ma jħobbx jidher u jagħmel storbju. Kien persuna kwieta u xi ftit mistħija. Meta ngħażel biex isir l-Arċisqof ta’ San Salvador, il-mexxejja talpajjiż ħadu gost għax ħasbu li dan kien se joqgħod kwiet iħallihom jagħmlu li jridu. San Salvador kien post mimli inġustizzji u faqar, fejn il-mexxejja ma kien jonqoshom xejn u l-kumplament tan-nies ma kellhomx biex jgħixu. Il-mexxejja

tal-pajjiż u dawk ta’ magħhom setgħu jagħmlu li jridu. Il-liġi ma kinitx tgħodd għalihom. Setgħu jisirqu, iweġġgħu u saħansitra joqtlu lil min iridu u l-kumplament talpoplu ma seta’ jagħmel xejn. Iżda Oscar, quddiem il-faqar kbir, u aktar minn hekk l-inġustizzja, ma setax jibqa’ sieket. Beda jgħin lillfqar, jitkellem kontra l-inġustizzji u jitlob biex l-affarijiet jinbidlu. In-nies saret tħobbu għax Oscar ma kienx isqof fost ħafna isqfijiet oħra imma kien sar ħabib veru tagħhom. Ma beżax li l-mexxejja kienu qed jiftiehmu kontrih. Oscar kien lest jagħmel kollox għal niesu, saħansitra jagħti ħajtu għalihom. Oscar fehem tajjeb li aktar ma tagħti, aktar tirċievi, u b’dan f’moħħu baqa’ sa ma’ ta kollox. Kemm tkun dinja sabiħa din tagħna kieku kulħadd jagħmel l-istess!


Nimxu wara Ġesù �����

Li nimxi ma’ Ġesù tista’ tfisser ħafna affarijiet. Naħseb fih, nitkellem miegħu u nieħu gost bl-affarijiet li jogħġbuh. Żgur li fost l-affarijiet li jogħġbuh hemm il-karità, jew aħjar l-għajnuna li nagħtu lill-oħrajn. Din il-ġimgħa ara li kuljum tagħmel xi ħaġa li togħġob lil Ġesù u iktibha f’dawn il-kaxxi.

IT-TNEJN

IL-ĦAMIS

IT-TLIETA

IL-ĠIMGĦA

L-ERBGĦA

IS-SIBT

IL-ĦADD

Agħti � �l-kulur: ��



Biex nifhem aħjar ���� �

Is-silta tal-lum hija parti middiskors tal-aħħar li Ġesù għamel lill-appostli fl-Aħħar Ċena. L-evanġelist, flok jiffoka fuq il-qsim tal-ħobż u l-inbid, jaqsam magħna dan il-messaġġ li Ġesù jagħti liddixxipli tiegħu fl-aħħar sigħat ta’ ħajtu – qisu missier li jħalli lil uliedu l-għeżeż ħwejjeġ fil-wirt. U l-wirt li Ġesù jħalli lid-dixxipli tiegħu huwa kmandament ġdid, mhux liġi li tjassar imma wegħda ta’ ħbiberija li ma tispiċċax.

Din il-Ġimgħa… ����

Ipprova agħmel xi ħaġa ġdida biex tipprattika l-kmandament ta’ Ġesù li nħobbu lil xulxin. Ipprattikaha mal-familja tiegħek u sħabek biex turi li l-vanġelu ta’ din il-ġimgħa tassew sar parti minnek.

Veru je le? ��� �

Ġesù ħalla liġi waħda biex tmexxina f’ħajjitna – l-imħabba. Vera / Falz

“ Dan hu li qiegħed nikkmandakom: li tħobbu lil xulxin.”

Ġesù jagħmel dan id-diskors minn fuq muntanja. Vera / Falz Minn ċkunitu, Oscar Romero kien persuna li tagħmel ħoss? Vera / Falz Oscar Romero sar il-vuċi tal-fqar ta’ San Salvador. Vera / Falz L-Arċisqof Romero kien jaqbel ħafna mal-mexxejja ta’ pajjiżu. Vera / Falz Oscar Romero kien lest li jmut biex jagħmel it-tajjeb. Vera / Falz

Aħbar Tajba hija inizjattiva tal-Media Centre f'kollaborazzjoni malFondazzjoni YOUTHEME. Il-fuljett hu maħsub biex, ta’ kull ġimgħa, ikun f’idejn it-tfal u l-adolexxenti, kif ukoll l-operaturi pastorali li jaħdmu magħhom, bħala għajnuna biex il-messaġġ tal-Vanġelu jasal aħjar. L-għan tagħna hu li nwasslu dan il-fuljett b’xejn filparroċċi ta' Malta u Għawdex permezz tal-ħidma ta’ diversi voluntiera. Għaldaqstant kull għajnuna fl-ispejjeż għall-produzzjoni ta’ dan il-fuljett hija apprezzata u għandha tintbagħat lil Aħbar Tajba, Media Centre Limited, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda, ĦMR1640.

Qatlu

lill-arċisqof IL-ĠRAJJA VERA TA’ OSCAR ROMERO

Offerta speċjali qabel

il-pubblikazzjoni

€17 PREZZ ORDINARJU: €20

AĦBAR TAJBA hija pubblikazzjoni tal-Media Centre flimkien ma' SayIt Publications u YouTheme Foundation. Min jixtieq jagħti kontribuzzjoni finanzjarja jew jordna aktar kopji ta’ dan il-fuljett jista’ jibagħtilna email fuq info@sayitmalta.com jew iċempel fuq 2569 9100.

ordnah online fuq www.sayitmalta.com Tista’ tordnah ukoll bil-posta billi tibgħat ċekk indirizzat lil Say It Publications, Say It Fairtrade Shop, 32, Tarxien Road, Paola


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.