Aħbar Tajba

Page 1

Is-Sbatax-il Ħadd tas-Sena | Il-Ħadd 26 ta’ Lulju 2015

2 Slat 4, 42-44 Salm 144 (145), 10-11.15-16.17-18 Efes 4, 1-6 Ġw 6, 1-15

Ġesù refa’ għajnejh, lemaħ kotra ta’ nies ġejja lejh, u qal lil Filippu: “Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x’jieklu?” Kemm tieħu gost meta ssib xi ħadd li jaħseb fik. Bil-malti ngħidu li ‘kull qalb trid oħra’ u jkun hemm jiem li tassew ikollna bżonn qalb oħra li tkun hemm għalina! Forsi tkun ġej minn xi ġurnata twila, għajjien u bla saħħa u kif tasal id-dar issib li ommok ġa lestietlek l-ikel. Dak il-ħin taraha anġlu, hux vera!?

esperjenzi tagħna, u min jaf kemm nies oħra, li fil-jiem tagħna niltaqgħu magħhom, jgħinuna u jagħmlulna ħajjitna isbaħ.

Madankollu l-istorja ma tridx tieqaf b’tant nies li jaħsbu fina u jagħmlulna ħajjitna aktar faċli. Tajjeb li l-ewwel nett noqogħdu attenti biex nindunaw kemm ġid nirċievu u nirringrazzjaw lil Inkella tkun l-iskola u tinduna li dawn in-nies li, kultant, jgħinuna nsejt ktieb importanti ħafna, li taf b’sagrifċċju kbir. Qas nemmnu li kif jinduna l-għalliem se jagħtik kemm il-kelma ‘grazzi’ tista’ rapport. Imma kif xi ħadd minn tferraħ lil dawk l-aktar qrib tagħna. sħabek jinduna arah joffrilek il-ktieb tiegħu għax il-lezzjoni Iżda l-gratitudni għal dak li tiegħu diġà għaddiet. rċevejna għandha twassalna għal pass ieħor, dik li aħna wkoll Jekk noqogħdu attenti, fil-jiem nippruvaw inkunu hemm għal tagħna jkollna diversi ‘anġli’ ħaddieħor. L-akbar grazzi li nistgħu li jaħsbu fina. Il-familjari: li ngħidu lil dawk in-nies li jgħinuna fil-mument tal-bżonn dejjem hija propju li nieħdu l-eżempju ikunu hemm għalina, il-ħbieb: li tagħhom u nagħmlu bħalhom. magħhom naqsmu ħafna millFuq kollox din il-kwalità minn

dejjem kienet essenzjali fl-Insara għax kienet kwalità li tispikka f’Ġesù. Kull fejn kien ikun, ma kienx ifittex li jkun komdu hu imma li jgħin lil ħaddieħor. Fil-Vanġelu tal-lum naqraw wieħed mill-aktar mirakli famużi ta’ Ġesù. Ġesù kien qiegħed bilqiegħda fuq għolja maddixxipli tiegħu, probabbilment jistrieħ xi ftit, meta ra folla kbira ta’ nies ġejja warajh. L-ewwel ħsieb tiegħu ma kienx fuqu nnifsu imma fihom u kif se jitmagħhom. L-appostli, fuq dan l-eżempju, bnew il-Knisja għax riedu li dan l-ispirtu ta’ Ġesù jibqa’ fid-dinja permezz tal-Insara. Kull darba li tgħin lil xi ħadd, kemm b’kelma tajba kif ukoll billi taqsam dak li għandek maloħrajn, tkun qed tgħin fil-missjoni tal-Knisja li tkun ‘Ġesù’ għad-dinja.


����� Ħut u ħobż

Erġa’ aqra l-istorja tat-tifel mis-6 kapitlu tal-Evanġelju ta’ San Ġwann u wara agħti l-kulur lill-ikla żgħira li hawn fl-istampa ta' taħt. Il-partijiet li għandhom l-ittra ‘B’ imliehom bil-kulur blu filwaqt li dawk bl-ittra ‘K’ uża kannella ċar għalihom. L-ispazji l-oħra tista' timliehom bil-kuluri li tixtieq.


Agħti l-kulur ����

Wieħed mid-dixxipli tiegħu, Indrì, ħu Xmun Pietru, qallu: “Hawn tfajjel li għandu ħames ħobżiet tax-xgħir u żewġ ħutiet żgħar; imma dawn x’inhuma għal daqshekk nies?”


It-Teżori tal-Knisja �����

Fl-ewwel żminijiet tagħha, il-Knisja għaddiet minn persekuzzjoni qawwija. F’dan iż-żmien dehru qaddisin kbar li ma qatgħux qalbhom quddiem il-perikli li kienu għaddejjin minnhom. Fost dawn insibu ’l San Lawrenz, wieħed mis-seba’ djakni li kienu msejħa biex jgħinu lil dawk fil-bżonn u jqassmu l-karità lill-foqra. F’dan iż-żmien, il-Prefett ta’ Ruma kien raġel xħiħ u lest jagħmel kollox għal flus u meta sema’ bix-xogħol ta’ karità li kien qed isir beda jimmaġina li l-Insara kellhom xi teżor kbir moħbi u ried jara kif se jagħmel biex jieħdu taħt idejh. Irnexxielu jsib lil Lawrenz u wara li pprova jbeżżgħu bil-poter kbir tiegħu qallu li għandu tlitt ijiem biex iġiblu t-teżori tal-Knisja inkella kien se jikkundannah għall-mewt.

Lawrenz minnufih dar mal-belt kollha u ġabar lil dawk li kien jaħdem magħhom. Fit-tielet jum mar quddiem il-Prefett imma flok karrijiet bid-deheb kellu folol kbar ta’ nies morda u foqra. Kliem Lawrenz kien: “Dawn huma t-teżori tal-Knisja!” U tassew li l-akbar teżor li qatt jista’ jkollha l-Knisja huma n-nies. Il-Papa Franġisku ma jieqaf qatt ifakkarna li l-Knisja qiegħda hemm biex tgħin lil kulħadd. Din il-Ġimgħa… ����

Ara ftit kif f’dawn il-jiem talvaganzi tista’ tgħin lil xi ħadd. Forsi ġġemma’ ftit mill-pocket money u tagħtihom li xi grupp għall-karità jew inkella toffri li tmur tixtri għal xi ħadd anzjan li ma tantx jista’ joħroġ mid-dar.

Aħbar Tajba hija inizjattiva tal-Media Centre flimkien mal-Fondazzjoni YOUTHEME u tiddependi mill-ħidma ta’ diversi voluntiera u benefatturi. Għandna bżonn ukoll ta’ ħafna talb biex din il-ħidma tħalli l-frott mixtieq. Min jixtieq jgħin, finanzjarjament, bit-talb jew b’xi ħidma oħra jista’ jibagħtilna fuq

info@sayitmalta.com Grazzi.

design • video production • animation • publishing • web

AĦBAR TAJBA hija pubblikazzjoni tal-Media Centre flimkien ma' SayIt Publications u YouTheme Foundation. Min jixtieq jagħti kontribuzzjoni finanzjarja jew jordna aktar kopji ta’ dan il-fuljett jista’ jibagħtilna email fuq info@sayitmalta.com jew iċempel fuq 2569 9100.

Promozzjoni ����

Issa tista’ tirreklama fuq

Aħbar Tajba Dan il-fuljett joħroġ kull ġimgħa u jitqassam fil-parroċċi kollha ta’ Malta u Għawdex. Ċemplilna fuq 2569 9100 jew ibgħatilna email fuq info@sayitmalta.com


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.