It-Tmintax-il Ħadd tas-Sena | Il-Ħadd 2 ta’ Awwissu 2015
Eż 16, 2-4.12-15 Salm 77 (78), 3.4.23-24.25.54 Efes 4, 17.20-24 Ġw 6, 24-35
“Tassew tassew ngħidilkom, intom qegħdin tfittxuni mhux għax rajtu sinjali, imma għax kiltu mill-ħobż u xbajtu.” Kulħadd jieħu gost ikun imdawwar bil-ħbieb. Għalkemm hi ħaġa sabiħa li jkollna ħafna ħbieb rridu nkunu konxji li mhux il-ħbieb kollha l-istess! Hemm dawk li ilek tafhom ħafna, forsi joqogħdu ħdejk jew kontu fl-istess klassi għal żmien twil. Oħrajn jarawk kapaċi f’xi ħaġa, bħal ngħidu aħna xi sport, u malajr isiru ħbieb tiegħek għax l-isport ikun importanti ħafna għalihom. Hemm oħrajn li tant taqbel magħhom u tieħu gost taħdem magħhom li malajr tinbet ħbiberija. Iżda jista’ jkun ukoll li hemm min isir ħabib tagħna bit-tama li jakkwista xi ħaġa mingħandna. Fost il-ħafna ħbieb li naqsmu magħhom il-ġurnata tagħna, hemm ukoll dawk li nsejħulhom il-ħbieb tal-qalb. Dawn huma
l-ħbieb li tħossok l-aktar komdu magħhom. Ma tippruvax timpressjonahom jew iġġib ruħek differenti, anzi magħhom taqsam dak kollu li tgħaddi minnu, kemm l-esperjenzi sbieħ kif ukoll dawk diffiċli. Dawn huma ħbieb importanti f’ħajjitna u għalhekk huwa daqstant importanti li nagħżluhom tajjeb. Fil-Vanġelu tal-lum naqraw kif Ġesù induna li kien hemm xi nies li ma kinux qed imorru warajh għax jemmnu f’dak li kien qed jgħid imma biex jakkwistaw xi ħaġa mingħandu. Kienu rawh jagħmel miraklu kbir u bi ftit ikel kielu eluf ta’ nies, u issa riedu iżjed. Kienu qed imorru warajh biex jaraw spettaklu imma Ġesù ma kienx jinteressah jimpressjona lin-nies. Il-mirakli kienu sinjali biex in-nies temmen il-messaġġ tiegħu u mhux biex tintilef
warajhom. Permezz tal-mirakli ried jurihom li hu xtaq l-akbar ġid għalihom imma mhux kulħadd fehmu. Madankollu, Ġesù kellu min fehem sew ix-xewqa tiegħu. Fost dawn insibu lill-aħwa Ġwanni u Ġakbu, lil Xmun Pietru u lil Marija ta’ Magdala. Dawn kienu fost l-ikbar ħbieb tiegħu u magħhom Ġesù qasam l-isbaħ esperjenzi kif ukoll dawk ibsin. Kien hemm drabi li ma fehmuhx iżda għax kienu tassew ħbieb ma damux ma indunaw bl-iżball tagħhom u sabu t-triq it-tajba. Aħna wkoll irridu nfittxu li l-ħbieb tal-qalb ikunu nies li tassew jifhmuna u li għandna fiduċja f’xulxin. Iridu jkunu ħbieb li mhux biss naqbel magħhom imma li nħossni komdu nurihom min tassew jien. Fuq kollox iridu jkunu nies li bħalna jridu jimxu fit-triq it-tajba li twassal għand Ġesù.
Agħti l-kulur ����
���� Sib il-Kelma
Erġa sib is-silta li qrajna llum u fittex dawn il-kliem li ġejjin. 1. Fl-ewwel paragrafu sib isem ta’ belt.
2. Fl-ewwel sentenza tal-istess paragrafu sib verb li jfisser ‘indunaw’.
3. Minn dan il-paragrafu sib nom li jirreferi għal dawk li jimxu mat-tagħlim ta’ Ġesù.
4. Minn tmiem it-tieni paragrafu sib biex Alla l-Missier immarka lil Bin il-bniedem.
5. Min hu Bin il-bniedem?
6. Liema mezz ta’ trasport fuq il-baħar jissemma fis-silta?
7. Mill-aħħar paragrafu liema ikel mhux tas-soltu jissemma?
8. Fi tmiem is-silta, liema persunaġġ mit-Testment il-Qadim jissemma?
9. Fejn kien il-poplu Lhudi meta Alla bagħatlu l-manna?
10. Min hu ‘l-ħobż tal-ħajja’?
Biex nifhem aħjar �����
Fis-silta tal-lum naraw kif xi drabi n-nies ma fehmitx lil Ġesù. Quddiem il-mirakli, flok urew fidi f’Ġesù u f’dak li ġie jwassal, in-nies riedu aktar sinjali u saħansitra miraklu ikbar minn dak ta’ żmien Mosè meta Alla bagħat il-manna mis-sema. Quddiem dan, Ġesù, b’paċenzja kbira, ipprova jurihom li jridu jħarsu lil hinn minn dak li jidher.
Din il-Ġimgħa… ����
Veru je le? � ���
Meta ma sabux lil Ġesù, in-nies marret tfittxu f’Kafarnahum. Vera / Falz Ħafna riedu jibdew jemmnu f’Ġesù u l-messaġġ tiegħu. Vera / Falz In-nies kienu kielu mill-ħobż u l-ħut tal-miraklu u riedu jaraw miraklu akbar. Vera / Falz
Ġesù jieħu l-okkażjoni biex jurihom li m’għandhomx ifittxu l-mirakli kbar imma ’l Alla. Vera / Falz Meta l-poplu Lhudi kien bilġuħ fid-deżert, Alla bagħat il-manna biex ikunu jistgħu jgħixu fid-deżert. Vera / Falz
Fittex li tkun aktar qrib ta’ Ġesù billi filgħodu tieħu aktar sehem fil-quddies. Tkunx spettatur imma pparteċipa u pprova kellem lill-kappillan biex tagħti sehmek ħalli l-quddiesa tkun aktar ħajja. Tista’ tgħin fil-qari jew jekk iddoqq xi strument forsi tkun tista’ tgħin fl-animazzjoni.
Aħbar Tajba hija inizjattiva tal-Media Centre flimkien mal-Fondazzjoni YOUTHEME u tiddependi mill-ħidma ta’ diversi voluntiera u benefatturi. Għandna bżonn ukoll ta’ ħafna talb biex din il-ħidma tħalli l-frott mixtieq. Min jixtieq jgħin, finanzjarjament, bit-talb jew b’xi ħidma oħra jista’ jibagħtilna fuq
info@sayitmalta.com Grazzi.
design • video production • animation • publishing • web
AĦBAR TAJBA hija pubblikazzjoni tal-Media Centre flimkien ma' SayIt Publications u YouTheme Foundation. Min jixtieq jagħti kontribuzzjoni finanzjarja jew jordna aktar kopji ta’ dan il-fuljett jista’ jibagħtilna email fuq info@sayitmalta.com jew iċempel fuq 2569 9100.
Promozzjoni ����
Issa tista’ tirreklama fuq
Aħbar Tajba Dan il-fuljett joħroġ kull ġimgħa u jitqassam fil-parroċċi kollha ta’ Malta u Għawdex. Ċemplilna fuq 2569 9100 jew ibgħatilna email fuq info@sayitmalta.com