Aħbar Tajba

Page 1

Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd tas-Sena | Il-Ħadd 20 ta’ Settembru 2015

Għerf 2, 12.17-20 Salm 53 (54), 3-4.5.6.8 Ġak 3, 16 – 4, 3 Mk 9, 30-37

“Jekk xi ħadd irid ikun l-ewwel wieħed għandu joqgħod wara kulħadd u jkun qaddej ta’ kulħadd.” Darba kien hemm patri anzjan li dejjem xtaq li jidhirlu Ġesù. Tgħidx kemm kien jitlob għal din il-grazzja biex jissaħħah fil-fidi tiegħu. Meta kważi qata’ qalbu dehrlu Ġesù. Tgħidx kemm kien kuntent u ferħan. Imma ġratlu biċċa għax waqt id-dehra, iddoqq il-qanpiena tal-monasteru li kienet tfisser li kellu jmur jiftaħ il-bieb biex jitma’ lil xi nies foqra li kienu jiġu dak il-ħin kuljum. Kien jaf li kien imissu hu. Jekk ma jiftħilhomx, dawk il-povri foqra kienu jerġgħu lura d-dar bil-ġuħ. Miskin x’dilemma! Iddeċieda. B’qalb maqsuma qam minn fejn kien qed jitlob, u mar jaqdi dmiru ma’ dawk il-foqra. Imma Ġesù ma ħalliehx b’xejn għax kif mar lura fil-kamra tiegħu, jerġa’ jsib lil Ġesù jistennieh u qallu li kien għamel l-aħjar għażla meta mar jaqdi lil dawk li kienu wara l-bieb.

Dan Ġesù ma jieqaf qatt jurihulna. Fil-Vanġelu naqraw kif kemm bi kliemu iżda wkoll b’għemilu Ġesù l-ħin kollu jgħin lil dawk ta’ madwaru. Fuq l-eżempju tiegħu, id-dixxipli ħallew kollox biex ikomplu dak li kien beda Ġesù. Indunaw li l-aħjar mod kif taqdi lil Alla mhux biss billi toqgħod waħdek titlob imma wkoll li tkun lest li tgħin lil dawk ta‘ madwarek. Il-Papa Franġisku kontinwament jisħaq fuq kemm hu importanti, għalina li qed nimxu wara Ġesù, li nħossu ma dawk l-inqas ixxurtjati. Imma kif nistgħu ngħinu lil dawk ta’ madwarna? Kif nistgħu nkunu nixbhu lil Ġesù? Fuq il-media ġieli smajna b’xi nies popolari li għamlu xi ħaġa għall-oħrajn. Però hawn ħafna nies li dan jagħmluh il-ħin kollu u ħadd ma jaf bihom, għax dan ma jagħmluhx biex

jidhru huma imma biex jagħmlu l-ħajja ta’ dawk li qed jgħinu isbaħ. Għalhekk Ġesù qal: “Jekk xi ħadd irid ikun l-ewwel wieħed għandu joqgħod wara kulħadd u jkun qaddej ta’ kulħadd.” Eżempju ċar ta’ dan huma l-ġenituri tagħna li tant jieħdu ħsiebna, ħafna drabi b’sagrifiċċji personali kbar. Ejjew minn issa nibdew nipprattikaw dan il-kliem ta’ Ġesù u nibdew inpoġġu lil dawk li nħobbu qabilna. Mhux faċli, għax aħna magħmulin biex nieħdu ħsieb tagħna nfusna l-ewwel u qabel kollox. Imma jekk nagħmlu l-almu tagħna jirnexxilna, bħalma rnexxielhom tant nies oħra li ġew qabilna u issa nsejħulhom qaddisin u niċċelebrawhom bil-kbir fil-festi tagħna. Tinsiex kulma nagħmlu ma’ dawk ta’ madwarna nkunu qed nagħmluh ma’ Alla l-Imbierek.


Agħti l-kulur ����

“Kull min jilqa’ wieħed minn dawn iċ-ċkejknin minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili; u min jilqa’ lili, ikun jilqa’ mhux lili, imma lil dak li bagħatni.”


������ � Biex id-dinja tkun aħjar: Sib il-Kelma

Għalkemm ħadd minna mhu se jibdel id-dinja kollha, imma kull wieħed minnha jista’ jagħmel differenza fil-parti żgħira tad-dinja li ngħixu fiha – fil-familja, l-iskola u ma’ sħabna. Hawn taħt ikteb kif se tgħin lil dawk ta’ madwarek.

Fid-dar se ngħin billi…

u l-iskola…

Se ngħid kelma ta’ ġid lil…

Se nipprova nfittex ukoll ftit informazzjoni dwar il-pajjiżi li ħafna mill-immigranti li jiġu pajjiżna jaħarbu minnhom, biex nifhem aħjar għaliex jiġu u minn xiex qed jaħarbu.

Se nagħmel sagrifiċċju żgħir billi…

Se nara li nqatta’ ftit ħin ma’ dawk li ħafna drabi jkunu waħedhom, fosthom…

Se nagħmel ħilti biex naħli inqas…

Se nieħu ħsieb l-ambjent ta’madwari billi…

Se nitlob għal…

Agħmel kemm tista’ minnhom dawn. Tista’ tirrepeti u tagħmel aktar minn dawk li jogħġbuk l-aktar! Tkellem ma’ sħabek u ħeġġiġhom biex jagħmlu l-istess. Jekk tikkonvinċi lil xi ħadd minn sħabek biex jagħmel l-istess tkun ġa għamilt rebħa kbira, aħseb u ara jekk ikun hemm iktar! Għax meta nagħmlu l-ġid nagħtu Aħbar Tajba żgur!


Biex nifhem aħjar �����

Fil-Vanġelu tal-lum naraw kemm kultant l-appostli ma kinux jifhmu dak li Ġesù kien jgħid. Wara li semgħu lil Ġesù jgħid li kien se jagħti ħajtu għaddinja, huma bdew jiddiskutu bejniethom min kien l-ikbar fosthom. Imma Ġesù, bilpaċenzja kollha, jurihom kemm kienu fl-iżball u jurihom li l-ikbar huma dawk li jsiru kollox għal kulħadd. Ġesù jurihom li l-mexxej veru hu dak li lest li jkun qaddej.

Veru je le? � ���

Ġesù kien għaddej min-nofs il-Galilija jsejjaħ lil kull min ried jiġi warajh biex jisimgħu Vera / Falz

Ġesù jurihom li l-ikbar huwa dak li lest li jkun il-qaddej ta’ kulħadd. Vera / Falz

Lil dawk l-aktar qrib tiegħu qalilhom li kellu jbati u jmut. Vera / Falz

Kull min jilqa’ lil xi ħadd qawwi u kbir ikun qed jilqa’ lil Alla li hu l-aqwa u l-ikbar. Vera / Falz

It-Tnax bdew jiddiskutu bejniethom min kien l-ikbar. Vera / Falz

Din il-Ġimgħa… ����

Ara kif tista’ tkun ta’ għajnuna għal dawk ta’ madwarek. Taħsibx affarijiet kbar. L-iżgħar ħaġa tista’ tfisser ħafna għal dak li tkun qed tgħin. Immaġina jekk kuljum tagħmel xi ħaġa tajba għal xi ħadd differenti kemm tista’ tgħin nies.

Aħbar Tajba hija inizjattiva tal-Media Centre flimkien mal-Fondazzjoni YOUTHEME u tiddependi mill-ħidma ta’ diversi voluntiera u benefatturi. Għandna bżonn ukoll ta’ ħafna talb biex din il-ħidma tħalli l-frott mixtieq. Min jixtieq jgħin, finanzjarjament, bit-talb jew b’xi ħidma oħra jista’ jibagħtilna fuq

info@sayitmalta.com Grazzi.

design • video production • animation • publishing • web

AĦBAR TAJBA hija pubblikazzjoni tal-Media Centre flimkien ma' SayIt Publications u YouTheme Foundation. Min jixtieq jagħti kontribuzzjoni finanzjarja jew jordna aktar kopji ta’ dan il-fuljett jista’ jibagħtilna email fuq info@sayitmalta.com jew iċempel fuq 2569 9100.

Promozzjoni ����

Issa tista’ tirreklama fuq

Aħbar Tajba Dan il-fuljett joħroġ kull ġimgħa u jitqassam fil-parroċċi kollha ta’ Malta u Għawdex. Ċemplilna fuq 2569 9100 jew ibgħatilna email fuq info@sayitmalta.com


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.