Aħbar Tajba

Page 1

Għid il-Ħamsin | Il-Ħadd 24 ta’ Mejju 2015 � � ���������

Aħbar �

Tajba Atti 2, 1-11 Salm 103 (104), 1ab.24aċ.29bċ-30.31.34 Gal 5, 16-25 Ġw 15, 26-27; 16, 12-15

��������� “Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom. Meta jiġi l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha.”

Ħadd minna ma jitwieled jaf kollox. Lanqas Ġesù, l-Iben ta’ Alla! Meta twieled Ġesù, kellu bżonn lil ommu u lil missieru biex jgħallmuh jitkellem, jimxi u jagħmel dawk il-ħwejjeġ li tifel irid jitgħallem. Missieru żgur li beda jgħallmu l-ġrajjiet tal-poplu Lhudi u probabbilment ommu għallmitu jagħmel xi affarijiet żgħar fid-dar. Aktar ma beda jikber, aktar seta’ jitgħallem affarijiet ġodda. Bħal Ġesù, aħna wkoll għandna bżonn nies li jgħallmuna. Meta nkunu żgħar ikollna l-familja tagħna u l-għalliema imma aktar ma nikbru aktar se niltaqgħu ma’ nies li se jgħallmuna u llum ngħixu f’dinja fejn hawn ħafna x’titgħallem. Iżda hawn tajjeb li noqogħdu attenti u nitgħallmu nagħżlu mill-ħafna affarijiet li nistgħu nitgħallmu għax daqskemm nista’ nitgħallem

affarijiet tajbin, nista’ wkoll nitgħallem affarijiet li jagħmluli l-ħsara. Mhux kulħadd jista’ jgħallimni dak li hu tajjeb għalija! Allura tajjeb li nagħżel fejn inqatta’ l-ħin tiegħi u nagħżel ma’ min nagħmilha. Hemm ħbieb li minnhom nista’ nitgħallem it-tajjeb filwaqt li hemm oħrajn li dak li se jgħallmuni se jbegħedni mit-triq it-tajba. Mhux bilfors għax tfal ħżiena. Jista’ jkun li jkunu qalbhom tajba imma jaħlu l-ħin, u meta tqatta’ ħafna ħin magħhom tispiċċa int ukoll titlef ħafna ħin fix-xejn.

nara xi programm fuq it-TV jew nilgħab xi logħba, imma tajjeb ukoll li ma nintelaqx. Irrid nara li nlesti x-xogħol tal-iskola u nsib ħin biex naqra. Importanti wkoll li ma nqattax il-ħin kollu d-dar iżda noħroġ ftit bir-rota jew niltaqa’ ma’ sħabi. Tajjeb li nsib għaqda jew klabb li nemmen li huma ta’ ġid għalija u niffrekwentaha b’mod regolari. Forsi nitgħallem xi strument tal-mużika jew immur id-drama jew in-nursery. F’ħafna rħula nsibu għaqdiet bħallMuseum u ż-ŻAK li żgur li fihom tista’ ssib ħbieb tassew.

Dun Ġorġ kien iħobb jgħid li t-tagħlim tajjeb huwa l-għajn ta’ kull ġid. B’dan ried ifisser li jekk nagħrfu lil min nisimgħu u ma’ min inqattgħu l-ħin tagħna, f’ħajjitna nsibu ħafna u ħafna affarijiet ta’ ġid kbir. Għalhekk meta niġi biex inqassam il-ħin tiegħi wara l-iskola, tajjeb li nsib ħin biex nistrieħ,

Meta nagħrfu ndawru lilna nfusna b’dan it-tip ta’ nies, inkunu qed inħallu lill-Ispirtu s-Santu jiffurmana f’persuni mill-aħjar. Għax din hi x-xewqa li hemm f’kull qalb – li nkunu l-aħjar li nistgħu nkunu, mhux tant fejn jidħlu l-kapaċitajiet tagħna, imma aktar minn hekk, insiru persuni aħjar.


���� Sib il-Kelma

L-appostli għaddew minn esperjenza inkredibbli dakinhar ta’ Għid il-Ħamsin. Fit-tisliba għandek issib xi ftit mill-affarijiet li raw u ħassew l-appostli dakinhar. Ara jekk jirnexxilekx issibhom kollha. RIĦ, NAR, FERĦ, DAWL, SPIRTU, IMĦABBA, VERITÀ, GLORJA, TRIQ, DONI, ĦAJJA.

D O N I F Ħ F E R Ħ R R I Ħ G L O R J A E C H D T J U R D L I X N A R I O S D L M S V W I A S T R E Ħ D E L Q S Q W E L A R R J S P I R T U B T I L M A I U Y J B G T D F H E J J A A Ħ A J J A O P L H

���� Ftit Somom

Fittex fil-Bibbja l-ġrajjiet li ġejjin u aħdem ftit is-somom mitluba. Ibda minn 100. L-għan tiegħek hu li ssib in-numri tajbin u tasal għar-riżultat ta’ tmiem il-logħba.

1. Kemm għaddew ġranet mill-‘ewwel jum tal-Ġimgħa’ sa dakinhar li Ġesù deher lid-dixxipli tiegħu. (Ġw 20:26) Żid dan in-numru ma’ dak li bdejt bih. 2. Kemm qabdu ħut id-dixxipli meta Ġesù

qalilhom fejn jixħtu x-xbieki tagħhom? (Ġw 21:11). Żid dan in-numru mat-total li ksibt s’issa. 3. Kemm-il darba Ġesù staqsa lil Pietru jekk iħobbux? (Ġw 21:15-17.) Iddividi t-total li għandek b’dan in-numru.

4. Kemm il-jum dam Ġesù jidher lid-dixxipli tiegħu wara li rxoxta? (Atti 1:13) Naqqas dan in-numru mit-total. 5. Kemm kien hemm irġiel lebsin l-abjad hekk kif Ġesù kien tiela’ s-sema? (Atti 1:10) Immultiplika


Għid il-Ħamsin �����

Wara 50 ġurnata li Ġesù qam mill-mewt, l-appostli kienu għadhom ftit jew wisq imbeżżgħa. Għalkemm kienu jafu li Ġesù qam mill-mewt għax rawh u semgħuh ikellimhom, xorta kienu għadhom maħkuma mill-biża’. Imma dan ma kellux idum għax Ġesù bagħtilhom l-għajnuna li kellhom bżonn, bagħtilhom lill-Ispirtu s-Santu. F’daqqa waħda l-kamra mtliet b’riħ qawwi u l-Ispirtu deher qisu fjammi tan-nar fuq rashom. Fl-istampa għandna l-ewwel fjamma fuq Ġwanni. Pinġi l-ilsna tan-nar fuq ras l-appostli l-oħra u agħti l-kulur.

n-numru li għandek sa issa b’dan in-numru. 6. Kemm kien hemm appostli miġbura f’Ġerusalemm wara li Ġesù tela’ s-sema’? (Ġw 15:26) Naqqas in-numru mit-total li għandek s'issa. 7. Kemm-il persuna

kienet issuġġerita biex tieħu post Ġuda bħala wieħed mill-appostli? (Atti 1:23). Immultiplika n-numru l-ġdid mattotal li għandek s’issa. 8. Kemm kienu dawk li għamlu l-magħmudija f’Pentekoste? (Atti 2:

41.) Żid dan in-numru mat-total! In-numru finali tiegħek għandu jkun 3166. Qbilt fil-matematika tiegħek?

Tweġibiet: 8, 153, 3, 40, 2, 11, 2, 3000


Il-qawwa tal-Ispirtu ����� �

Wara t-tlugħ fis-sema ta’ Ġesù, l-appostli reġgħu sabu ruħhom magħluqin fiċ-ċenaklu, mimlijin biża’ u waħedhom. Imma Ġesù kien wegħedhom li mhux se jħallihom waħidhom. F’daqqa waħda daħal fil-kamra riħ qawwi u fuq rashom iffurmaw forom strambi qishom ta’ nar. F’daqqa waħda l-appostli mtlew bil-kuraġġ u ħarġu minn dik il-kamra jxandru dak li kienu semgħu mingħand Ġesù. L-Ispirtu s-Santu tahom ilkuraġġ li ma jibqgħux mistoħbija Din il-Ġimgħa… ����

Ipprova ara kif tista’ tqassam il-ħin tiegħek aħjar. Ara liema huma dawk il-postijiet li taħseb li qed jagħmlulek il-ġid, sib ftit ħin biex tistrieħ u ara li jkollok ħin biżżejjed biex tagħmel ilhomework u tistudja.

imma li saħansitra jmorru fil-bitħa tat-tempju u hemm jaqsmu dak li kienu rċevew mingħand Ġesù. Aħna wkoll, jekk inħallu l-Ispirtu jaħdem fina, nistgħu nirċievu dan il-kuraġġ kbir flimkien ma’ ħafna doni oħra li jagħmluna tassew appostli ġodda fid-dinja tal-lum. Imma ovvjament, l-Ispirtu mhux se jiġi fuqna b’ħafna riħ u forom differenti. Mhux se naraw ilsna ta’ nar u ħamiem itir. Iżda l-Ispirtu xorta hemm ikun, u jekk inħalluh jista’ jagħmel l-istess effett fil-ħajja tagħna u ta’ dawk ta’ madwarna. Ħafna kienu dawk li ġew qabilna u ħallew lil dan l-Ispirtu jaħdem fihom, u għalkemm kienu nies komuni bil-limiti tagħhom, dak li għamlu kellu qawwa speċjali, għax l-Ispirtu kien qed imexxihom.

Wieħed minn dawn li ħalla l-Ispirtu jqawwih kien l-Arċisqof Oscar Romero. Ma kienx xi ħadd li jħobb jiġbed l-attenzjoni jew jagħmel wisq storbju. Imma l-poplu ta’ San Salvador kellu bżonn xi ħadd li jaqbeż għalih. Il-pajjiż kien mifrud, l-inġustizzji kienu kbar u aktar minn hekk il-faqar kien kullimkien. Il-mexxejja tal-pajjiż kien moħħhom fihom infushom u allura l-Ispirtu sejjaħ lil Romero biex jiddefendi lil min ma setax jiddefendi lilu nnifsu. Għalkemm Romero spiċċa maqtul imma dak li beda’ ma mietx, baqa’ jikber u jibdel tant nies li ġew warajh. Fittex ��� �

Fittex ftit aktar fuq Oscar Romero u ara għaliex il-Knisja għażlitu bħala wieħed mill-mudelli tagħha.

�Promozzjoni ���

����� Abbonamenti

Titlifx ħarġa tal-fuljett

Issa tista’ tirreklama fuq

u esperjenza magħna l-avvenutra tal-ħajja Nisranija

Dan il-fuljett joħroġ kull ġimgħa u jitqassam fil-parroċċi kollha ta’ Malta u Għawdex.

Abbona issa u għal €20 fis-sena tirċievi l-Aħbar it-Tajba d-dar bil-posta. Ċempel fuq 2569 9100 jew ibgħatilna email fuq info@mediacentre.com.mt

Ċemplilna fuq 2569 9100 jew ibgħatilna email fuq info@sayitmalta.com

Aħbar Tajba

Aħbar Tajba

Aħbar Tajba hija inizjattiva tal-Media Centre flimkien mal-Fondazzjoni YOUTHEME u tiddependi mill-ħidma ta’ diversi voluntiera u benefatturi. Għandna bżonn ukoll ta’ ħafna talb biex din il-ħidma tħalli l-frott mixtieq. Min jixtieq jgħin, finanzjarjament, bit-talb jew b’xi ħidma oħra jista’ jibagħtilna fuq

info@sayitmalta.com Grazzi.

Offerta speċjali qabel

il-pubblikazzjoni

ordnah online fuq www.sayitmalta.com

€17 PREZZ ORDINARJU: €20

Tista’ tordnah bil-posta billi tibgħat ċekk lil Say It Publications, Say It Fairtrade Shop, 32, Tarxien Road, Paola

AĦBAR TAJBA hija pubblikazzjoni tal-Media Centre flimkien ma' SayIt Publications u YouTheme Foundation. Min jixtieq jagħti kontribuzzjoni finanzjarja jew jordna aktar kopji ta’ dan il-fuljett jista’ jibagħtilna email fuq info@sayitmalta.com jew iċempel fuq 2569 9100.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.