It-Trinità Qaddisa | Il-Ħadd 31 ta’ Mejju 2015 � ����������
Aħbar �
Tajba Dewt 4, 32-34.39-40 Salm 32 (33), 4-5.6.9.18-19.20.22 Rum 8, 14-17 Mt 28, 16-20
“Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha… U ara, jiena magħkom dejjem, sal-aħħar taż-żmien.” Kultant mhux faċli tagħżel ittajjeb. Mhux għax ma nafux id-differenza bejn it-tajjeb u l-ħażin jew inkella diffiċli wisq għalina. Le, kultant inkunu f’sitwazzjoni fejn għalkemm nafu x’għandna nagħmlu, it-tajjeb jidher diffiċli wisq. Ħafna drabi, il-problema ma tkunx fil-kapaċitajiet tagħna imma kif se jħarsu lejna l-oħrajn. Jekk hux se nidher ikrah ma’ sħabi, inkella ma mmurx kontra xi bully għax nibża’ li jibda jaqbad miegħi. Nibżgħu li jekk nippruvaw nagħmlu t-tajjeb, dawk ta’ madwarna ma jaċċetawniex. Hawn tiġina t-tentazzjoni biex noqogħdu lura jew inkella nagħmlu bħalhom. Iżda hawn, Ġesù għandu ħafna x’jgħallimna. Fi żmienu kien hemm ħafna li kienu jħossu
din il-problema. Kienu jaraw il-ħażen isir madwarhom imma kienu joqogħdu kwieti biex ma jidhrux koroh. Kien hemm anke nies tajbin li spiċċaw għalqu għajnejhom quddiem inġustizzja. Imma Ġesù bidel kollox. Kull fejn kien jara xi inġustizzja, kien jara kif jagħmel biex iġib il-ġustizzja. Kien jgħin lill-foqra, iħenn għallmidinbin u fuq kollox kien iqatta’ ħafna ħin jgħin lill-morda. Issa din kienet tfisser ħafna fi żmien Ġesù għax il-Lhud kienu jaħsbu li l-mard serju kien kastig li Alla jibgħat lillmidinbin kbar. Allura meta kienu jaraw lil Ġesù jgħin lill-morda, xi nies bdew jitkażaw bih għax dejjem mal-midinbin kien ikun. Ġesù ma kienx jagħti kas għax kien jaf li dak li kien qed jagħmel kien tajjeb. Bħalu bdew jagħmlu l-appostli wara li rċevew l-Ispirtu
s-Santu u llum, din il-biċċa xogħol, Alla qed jafdaha lilna. Kull wieħed u waħda minnha, kbir u żgħir, Alla qed jerħi f’idejna din il-missjoni kbira, li ngħinu lil kull min nistgħu minn dawk li niltaqgħu magħhom. Għax m’hemmx għalfejn tmur fl-art tal-missjoni biex tgħin lin-nies. Tista’ tibda mid-dar billi tagħti daqqa t’id lill-ġenituri tiegħek; jew inkella tieqaf għall-bullying l-iskola. Tista’ tikkoreġi jekk xi ħadd minn sħabek jiżbalja, u tant eżempji oħra. Kull wieħed u waħda minna, jekk irridu nistgħu nagħmlu differenza kbira. U jekk taħsel taqta’ qalbek, għax it-tajjeb kultant qisu l-quċċata ta’ muntanja kbira, tibżax, għax jiġri x’jiġri qatt ma se tkun waħdek. Ftakar li l-aħħar kliem li Ġesù qal kienu: “U ara, jiena magħkom dejjem, sal-aħħar taż-żmien.”
Agħti l-kulur: �����
L-istampa t’hawn taħt hi ispirata minn ikona famuża ħafna ta’ Andrei Rublev. L-ikoni mhumiex bħallpitturi l-oħra. Il-forom, in-nies u l-bini li nsibu fihom ma tantx jixbhu lil kif jidhru fil-verità għax l-artist aktar milli juri l-kapaċità tiegħu ried juri l-kobor ta’ Alla. Tajjeb li nsemmu li kull kulur għandu tifsira. L-aħmar ifisser l-umanità, il-blu u d-deheb huma simboli tad-divinità filwaqt li l-aħdar u r-roża huma l-kuluri tal-ħajja. F’din l-ikona nsibu lil Ġesù fin-nofs filwaqt li fuq il-lemin tiegħu hemm il-Missier u fuq ix-xellug ta’ Ġesù nsibu l-Ispirtu s-Santu. Fittex fuq l-internet din l-ikona tat-Trinità ta’ Rublev u mbagħad agħtiha l-kulur skont dak li tara.
���� Sib il-Kelma
“Jiena nemmen f’Alla…” B’dan il-kliem nibdew it-talba tal-Kredu li fil-qosor fiha dak li nemmnu aħna bħala Nsara dwar Alla tagħna. Din it-talba tingħad sikwit minna l-Insara propju biex niftakru min hu Alla tagħna, Alla li ħalaq kollox, Alla li sar bniedem għalina u fuq kollox Alla li għadu magħna permezz tal-Ispirtu s-Santu. Fittex dan il-kliem li jfakkarna fil-misteru kbir li hu Alla tagħna: PERSUNI, MISSIER, MISTERU, TLIETA, GĦAQDA, IBEN, SPIRTU, KNISJA, ĦAMIEMA, ALLA.
F Ċ G Ħ F D M K S I P E R S U N I N P W V Q Ċ Z X B S P I N T L I E T A S L R M N Ċ D E P A I N T I K Z X E S S E P U B N M I S T E R U S E I Ħ A M I E M A A N S I Ġ B W O P K N F J A G Ħ A Q D A T I A Ħ I A L L A O U P
Biex nifhem aħjar ���� �
Illum qed niċċelebraw ilfesta ta-Trinità Qaddisa. Fiha msejħin niftakru fil-kobor ta’ Alla tagħna: Alla wieħed fi tliet persuni; il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Diffiċli tifhimha hux! Iva, u hekk għandu jkun, għax Alla hu ħafna akbar minn dak li moħħna jista’ jifhem, wara kollox moħħna hu biss waħda minn lista li ma tispiċċax ta’ affarijiet li Alla ħalaq. Mhux bilfors li Alla hu ikbar minn dak li nistgħu nifhmu?!
Din il-Ġimgħa… ����
Ipprova ħalli 10 minuti kuljum li fihom titlaq kollox u tmur f’xi kappella jew post tajjeb għattalb biex titlob lil Alla.
Veru je le? ��� �
Il-Kredu hu talba li fil-qosor tiġbor dak kollu li nemmnu. Vera / Falz Wara li tela’ s-sema, Ġesù ħalla lill-appostli waħedhom. Vera / Falz Ġesù kien kultant jgħin lill-fqar u lill-morda. Vera / Falz
“ Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha… U ara, jiena magħkom dejjem, sal-aħħar tażżmien.”
Dak li beda Ġesù komplewh l-appostli wara li rċevew l-Ispirtu s-Santu. Vera / Falz Ġesù kien joqgħod attent ma’ min jidher biex ma joqogħdux jitkażaw bih Vera / Falz
�����
�Promozzjoni ���
Abbonamenti
Titlifx ħarġa tal-fuljett
Issa tista’ tirreklama fuq
u esperjenza magħna l-avvenutra tal-ħajja Nisranija
Dan il-fuljett joħroġ kull ġimgħa u jitqassam fil-parroċċi kollha ta’ Malta u Għawdex.
Abbona issa u għal €20 fis-sena tirċievi l-Aħbar it-Tajba d-dar bil-posta. Ċempel fuq 2569 9100 jew ibgħatilna email fuq info@mediacentre.com.mt
Ċemplilna fuq 2569 9100 jew ibgħatilna email fuq info@sayitmalta.com
Aħbar Tajba
Aħbar Tajba
Aħbar Tajba hija inizjattiva tal-Media Centre flimkien mal-Fondazzjoni YOUTHEME u tiddependi mill-ħidma ta’ diversi voluntiera u benefatturi. Għandna bżonn ukoll ta’ ħafna talb biex din il-ħidma tħalli l-frott mixtieq. Min jixtieq jgħin, finanzjarjament, bit-talb jew b’xi ħidma oħra jista’ jibagħtilna fuq
info@sayitmalta.com Grazzi.
Offerta speċjali qabel
il-pubblikazzjoni
ordnah online fuq www.sayitmalta.com
€17 PREZZ ORDINARJU: €20
Tista’ tordnah bil-posta billi tibgħat ċekk lil Say It Publications, Say It Fairtrade Shop, 32, Tarxien Road, Paola
AĦBAR TAJBA hija pubblikazzjoni tal-Media Centre flimkien ma' SayIt Publications u YouTheme Foundation. Min jixtieq jagħti kontribuzzjoni finanzjarja jew jordna aktar kopji ta’ dan il-fuljett jista’ jibagħtilna email fuq info@sayitmalta.com jew iċempel fuq 2569 9100.