Aħbar Tajba

Page 1

Il-Ħdax-il Ħadd tas-Sena | Il-Ħadd 14 ta’ Ġunju 2015 ���������� �

Eż 17, 22-24 Salm 91 (92), 2-3.13-14.15-16 2 Kor 5, 6-10 Mk 4, 26-34

“Is-Saltna ta’ Alla hi bħal meta raġel ikun xeħet iż-żerriegħa fl-art. Rieqed jew imqajjem, billejl jew binhar, iż-żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif.” Fis-swali taċ-ċinema u fuq it-TV ħafna minna mdorrijin naraw stejjer ta’ supereroj li bilkapaċitajiet tagħhom isalvaw lil tant nies minn perikli kbar. Dawn l-istejjer ikunu rrakkuntati tajjeb ħafna, b’atturi tajbin u b’effetti mill-isbaħ u li kultant jidhru tassew reali. Xejn ma jwaqqafhom dawn l-eroj, anke jekk il-ħżiena jkollhom pjanijiet maħsuba tajjeb, imma r-rieda qawwija tal-eroj dejjem tirbaħ.

qas biss tinduna bihom! Imma dan ma jfissirx li m’għandniex eroj. Anzi, id-dinja tagħna mimlija b’eroj żgħar li ħafna drabi qas jafu huma stess kemm dak li jagħmlu qed jagħmel ġid.

Dawn l-eroj issibhom f’ħafna ġenituri li joqogħdu lura mixxewqat tagħhom biex uliedhom ma jkun jonqoshom xejn. Tant nies li jitilqu l-kumdità ta’ darhom biex jgħinu tant nies fil-bżonn. Xi drabi dan l-eroj issibu f’sempliċi Films bħal dawn jiġbdu ħafna nies saċerdot anzjan li dejjem lest li u ħafna drabi jwasslu messaġġi jisma’ lil min għandu bżonn min pożittivi. Imma fir-realtà, l-eroj jisimgħu filwaqt li xi drabi oħra vera ma tantx jixbaħ lil dawn. dan l-eroj issibu f’żagħżugħ jew B’eroj m’iniex nifhem xi ħadd li żagħżugħa li jqattgħu l-vaganzi waħdu jirnexxielu jsalva mijiet ta’ tagħhom f’xi art tal-missjoni nies. Lanqas xi ħadd libes kostum jgħinu lil tant nies fqar. li jiġġieled il-ħażen f’kull forma tiegħu. L-eroj li nsibu fid-dinja Dawn l-eroj, b’differenza minn tagħna ma jispikkawx milldawk tal-films, ma jagħmlux dan kumplament tan-nies. Kultant il-ġid kollu bil-qawwa tagħhom.

Fejn fil-films naraw eroj li waħdu jiġġieled tant ħażen, l-eroj tagħna mhuma qatt waħedhom u dak li jagħmlu, għalkemm jidher żgħir, jagħmluh b’imħabba kbira. Mingħajr ma jafu, dawn l-eroj żgħar qed ikomplu missjoni kbira li bdiet tant snin ilu – il-bini tasSaltna ta’ Alla. Kull azzjoni tajba hi pass żgħir fil-bini ta’ din is-saltna. Għax is-saltna bħal żerriegħa żgħira ħafna, li għalkemm ħafna drabi ma nindunawx, tinbidel u tikber f’siġra kbira. U l-aħbar it-tajba hi din: F’din il-missjoni, kull wieħed u waħda minna għandu post importanti. Kull darba li tgħin lil xi ħadd minn sħabek, jew lil tad-dar, kull darba li tgħin lil xi ħadd anzjan jew persuna bi bżonnijiet speċjali, qed tibni biċċa minn din is-saltna kbira li ma tispiċċax.


Agħti l-kulur ���� �

“Is-Saltna ta’ Alla hi bħal meta raġel ikun xeħet iż-żerriegħa fl-art. Rieqed jew imqajjem, billejl jew binhar, iż-żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif.”

Button Badges ���� �

Kollha kemm aħna għandna sehem mill-bini ta’ din is-saltna, iżda kultant ikollna bżonn min ifakkarna. Pinġi stampa jew ikteb kelma hawn taħt biex nistampawha fuq badge li tista’ ġġorrha miegħek biex tfakkrek fil-kobor tas-saltna t’Alla u fis-sehem tiegħek fil-bini tagħha. Itlob permess lill-ġenituri tiegħek biex tibagħtilna t-tpingija tiegħek fuq l-email ahbartajba@youtheme.eu u aħna nagħmlulek il-badge blistampa tiegħek u nibgħatuhielek.

Pinġi jew ikteb xi ħaġa marbuta massaltna f’dan iċ-ċirku:

ISEM:

PARROĊĊA:


�������� Għandi sehem fil-bini tas-Saltna Is-Saltna ta’ Alla ġiet imħabbra minn:

Din is-Saltna hija marbuta:

A. Ġakobb

A. Mat-tielet dinja

B. Ġesù

B. Ma’ dinja perfetta

Ċ. Ġwanni l-Battista

Ċ. Mal-ħajja lil hinn minn din id-dinja

Din is-Saltna hi mibnija fuq:

Is-Saltna t’Alla bdiet:

A. L-imħabba t’Alla

A. Is-sena l-oħra

B. L-imħabba għal pajjiżek

B. 1,000 sena ilu

Ċ. L-imħabba għal ħajtek

Ċ. Ma’ Ġesù

Is-Saltna t’Alla tinbena:

Ġesù jqabbel is-Saltna:

A. Bil-kliem ta’ dawk li jemmnu

A. Mal-flus li jiġbor pubblikan

B. Bħal kull saltna oħra, bil-ġebel

B. Ma’ żerriegħa li jiżra’ bidwi

Ċ. Bil-fidi u l-ħidma ta’ dawk li jemmnu.

Ċ. Mal-belt ta’ Ġerusalemm

������������ Semmi xi nies li taħseb li b’dak li jagħmlu qed jibnu s-Saltna

���������� X’tista’ tagħmel int biex tgħin fil-bini tas-Saltna?


Biex nifhem aħjar ���� �

Tiftakar xi tkun parabbola? Parabbola hi storja qasira li Ġesù kien jirrakkonta biex iwassal messaġġ. Fil-parabbola tallum, Ġesù jispjegalna kif tikber is-Saltna tas-Smewwiet, mhux b’ħafna kobor u storbju, imma minn xi ħaġa żgħira u bil-mod. Ġesù jieħu bħala eżempju żerriegħa ċkejkna li npoġġu fl-art u din tibda tnibbet u tikber bilmod sakemm issir siġra. L-istess is-Saltna, tikber bil-mod kull darba xi ħadd minna jisma’ s-sejħa ta’ Alla għalih u jaċċettaha.

Din il-Ġimgħa… ����

Iżra’ żerriegħa ċkejkna billi fil-brejk tal-iskola tistieden biex jilgħab mal-grupp tiegħek lil xi ħadd li s-soltu ma jilgħabx magħkom.

Veru je le? ��� �

Iż-żerriegħa tikber jekk il-bidwi jieħu ħsiebha l-ħin kollu. Vera / Falz In-nisrani jrid ikun qawwi bħall-eroj tal-films. Vera / Falz

“ Is-Saltna ta’ Alla hi bħal meta raġel ikun xeħet iż-żerriegħa fl-art. Rieqed jew imqajjem, billejl jew binhar, iż-żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif.”

L-eroj tad-dinja tagħna huma nies komuni li jagħmlu affarijiet żgħar imma b’qalb kbira. Vera / Falz Ġesù ried jibni saltna akbar minn Ruma, b’palazzi u ġonna. Vera / Falz Kull meta ngħinu lil xi ħadd, inkunu qed ngħinu fil-bini tasSaltna tas-Smewwiet. Vera / Falz

�����

�Promozzjoni ���

Abbonamenti

Titlifx ħarġa tal-fuljett

Issa tista’ tirreklama fuq

u esperjenza magħna l-avvenutra tal-ħajja Nisranija

Dan il-fuljett joħroġ kull ġimgħa u jitqassam fil-parroċċi kollha ta’ Malta u Għawdex.

Abbona issa u għal €20 fis-sena tirċievi l-Aħbar it-Tajba kull ġimgħa d-dar bil-posta. Ċempel fuq 2569 9100 jew ibgħatilna email fuq info@mediacentre.com.mt

Ċemplilna fuq 2569 9100 jew ibgħatilna email fuq info@sayitmalta.com

Aħbar Tajba

Aħbar Tajba

Aħbar Tajba hija inizjattiva tal-Media Centre flimkien mal-Fondazzjoni YOUTHEME u tiddependi mill-ħidma ta’ diversi voluntiera u benefatturi. Għandna bżonn ukoll ta’ ħafna talb biex din il-ħidma tħalli l-frott mixtieq. Min jixtieq jgħin, finanzjarjament, bit-talb jew b’xi ħidma oħra jista’ jibagħtilna fuq

ahbartajba@youtheme.eu Grazzi.

ordnah online fuq www.sayitmalta.com

€20

Tista’ tordnah bil-posta billi tibgħat ċekk lil Say It Publications, Say It Fairtrade Shop, 32, Tarxien Road, Paola

AĦBAR TAJBA hija pubblikazzjoni tal-Media Centre flimkien ma' SayIt Publications u YouTheme Foundation. Min jixtieq jagħti kontribuzzjoni finanzjarja jew jordna aktar kopji ta’ dan il-fuljett jista’ jibagħtilna email fuq info@sayitmalta.com jew iċempel fuq 2569 9100.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.