It-Tnax-il Ħadd tas-Sena | Il-Ħadd 21 ta’ Ġunju 2015 ���������� �
Ġob 38, 1.8-11 Salm 106 (107), 23-24. 25-26. 28-29. 30-31 2 Kor 5, 14-17 Mk 4, 35-41
Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda. Qajmuh u qalulu: “Mgħallem, dan qisu mhu xejn għalik li aħna se nintilfu?” Kollha kemm aħna jkollna mumenti diffiċli. Min forsi jkollu xi mard fil-familja, min fil-ġimgħat tal-eżamijiet jibda jaqta’ qalbu, min kultant iħossu waħdu jew li ħadd ma jifhmu, min ikollu xi biċċa xogħol li qed tinkwetah… il-lista tista’ tkun twila mhux ħażin. Mhux bilfors inħossuna qalbna maqtugħa l-ħin kollu, imma mumenti bħal dawn kulħadd ikollu. Għax aħna hekk magħmulin; xi minn daqqiet ikollna fina enerġija biex naqilbu d-dinja u kultant, imbagħad, nibdew naraw kollox diffiċli. F’dawn il-mumenti, importanti li nfittxu l-għajnuna. Il-familja, il-ħbieb u dawk li niltaqgħu magħhom kuljum jistgħu jkunu ta’ għajnuna kbira. Il-fatt li filmumenti diffiċli jkun hemm xi ħadd magħna tagħmel differenza
kbira. Iżda għand min immorru jagħmel differenza wkoll u allura tajjeb li nagħżlu tajjeb għand min infittxu l-għajnuna. Għax daqskemm jistgħu jkunu ta’ għajnuna, jistgħu wkoll itellfuna jekk ma jkunux ħbieb vera. Tajjeb li jkollna komunikazzjoni tajba mal-ġenituri tagħna. Dawn żgur li jixtiqulna l-akbar ġid. Għalkemm kultant nistgħu nħossuha diffiċli li nitkellmu magħhom, meta niftħu qalbna magħhom nindunaw li dawn jistgħu jkunu l-akbar għajnuna li qatt nistgħu nsibu. Hemm ukoll numru ta’ leaders ta’ gruppi, bħalliscouts jew il-Museum, li jistgħu jkunu ta’ għajnuna kbira wkoll. Iżda tajjeb li ma niqfux hemm. Għalkemm in-nies ta’ madwarna huma importanti ħafna f’ħajjitna, hemm xi ħadd ieħor li mingħajru
ħajjitna tkun vojta – is-Sinjur Alla. Tajjeb li fil-jiem tagħna nsibu ħin biex nieqfu ftit, f’xi post għallkwiet, u hemm induru lejn Alla. Importanti li fil-ġranet tagħna, flimkien mal-logħob, mal-ħin mal-ħbieb, flimkien max-xogħol għad-dar u mal-istudju, mat-TV u mal-internet, importanti li jkollna ħin li fih nieqfu minn dan kollu biex nitolbu. Santu Wistin jgħidilna “li qalbna ma ssib qatt kwiet jekk ma tistrieħx fih” u fil-mumenti diffiċli din tidher ferm aktar. Meta tħossok qed taqta’ qalbek jew li għandek xi ħaġa tinkwetak, dur lejn Alla u itolbu jgħinek. Ara kif wara li tiftaħ qalbek ma’ Alla tħossok aħjar u mbagħad tiqafx hemm. Kompli sib ftit ħin ta’ kuljum biex titkellem ma’ Alla u tara kif il-jiem tiegħek ikunu ferm aktar mimlijin bil-paċi.
Agħti l-kulur �����
���� Sib il-Kelma
Fil-Vanġelu tal-lum qrajna kif Ġesù bi ftit kliem sikket tempesta qalila. Erġa’ aqra s-silta, mir-4 kapitlu talEvanġelju ta’ San Mark, u sib dan il-kliem: 1. It-tielet kelma ta’ vers 38 2. L-għaxar kelma ta’ vers 37 3. It-tmien kelma ta’ vers 39 4. L-aħħar kelma ta vers 38 5. It-tielet kelma ta’ vers 37
M I D B W O F K N F P O P P A F B M U N T G S J N L J H R I H V I K V K N T E N U J L R X I S K O T K K D G H A J S A I W I I L W R H V C L R I E F N U J Y H F F D U S K L Q E Y U S I Ġ B W O P K N F
Biex nifhem aħjar ���� �
Il-baħar tal-Galilija magħruf għall-maltempati li jfaqqgħu f’qasir żmien. Fi ftit minuti jaf minn bnazzi tfaqqa’ maltempata u fi żmien Ġesù dan seta’ jfisser il-mewt. Illum, fuq il-baħar, meta tfaqqa’ maltempata, wieħed jista’ juża r-radju biex jitlob l-għajnuna, jixgħel flare biex jidher fid-dlam tal-maltemp, jilbes lifejacket u ħafna tagħmir ieħor. L-appostli minn dan ma kellhom xejn. Imma fil-mument tal-bżonn għarfu jduru lejn Ġesù għall-għajnuna. Kienu ċerti li hu seta’ jeħlishom minn ħalq il-mewt.
Din il-Ġimgħa… ����
Ara li tħalli 10 minuti biex fihom tieqaf minn kollox u titlob. Sib post kwiet, bħal kappella, u hemm iftaħ qalbek ma’ Alla u ara kif tħossok.
Veru je le? ��� �
Ġesù ma kienx mal-appostli meta kienu qed jaqsmu x-xatt. Vera / Falz Qabel ma telqu, it-temp kien jidher li se jkun ikrah. Vera / Falz Bi ftit kliem, Ġesù waqqaf it-tempesta. Vera / Falz Ġesù ċanfar lill-appostli għannuqqas ta’ fidi tagħhom. Vera / Falz F’ħajjitna aħna wkoll irridu nagħrfu għand min induru għall-għajnuna. Vera / Falz
Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda. Qajmuh u qalulu: “Mgħallem, dan qisu mhu xejn għalik li aħna se nintilfu?” Promozzjoni ����
Issa tista’ tirreklama fuq
Aħbar Tajba Dan il-fuljett joħroġ kull ġimgħa u jitqassam fil-parroċċi kollha ta’ Malta u Għawdex. Ċemplilna fuq 2569 9100 jew ibgħatilna email fuq info@sayitmalta.com
Aħbar Tajba hija inizjattiva tal-Media Centre flimkien mal-Fondazzjoni YOUTHEME u tiddependi mill-ħidma ta’ diversi voluntiera u benefatturi. Għandna bżonn ukoll ta’ ħafna talb biex din il-ħidma tħalli l-frott mixtieq. Min jixtieq jgħin, finanzjarjament, bit-talb jew b’xi ħidma oħra jista’ jibagħtilna fuq
ahbartajba@youtheme.eu Grazzi.
ordnah online fuq www.sayitmalta.com
€20
Tista’ tordnah bil-posta billi tibgħat ċekk lil Say It Publications, Say It Fairtrade Shop, 32, Tarxien Road, Paola
AĦBAR TAJBA hija pubblikazzjoni tal-Media Centre flimkien ma' SayIt Publications u YouTheme Foundation. Min jixtieq jagħti kontribuzzjoni finanzjarja jew jordna aktar kopji ta’ dan il-fuljett jista’ jibagħtilna email fuq info@sayitmalta.com jew iċempel fuq 2569 9100.