Aħbar Tajba

Page 1

Ħadd tas-Sena | Il-Ħadd 5 ta’ Lulju 2015 �L-Erbatax-il ��������� �

Eżek 2, 2-5 Salm 122 (123), 1-2a.2bċd.3-4 2 Kor 12, 7-10 Mk 6, 1-6

Qalilhom Ġesù: “Ebda profeta mhu bla ġieħ jekk mhux f’pajjiżu fost qrabatu u f’daru stess”… u baqa’ mistagħġeb bin-nuqqas ta’ fidi tagħhom. Ħadd ma jieħu gost meta jipprova jagħmel xi ħaġa tajba u dawk ta’ madwaru jispiċċaw isibu d-difetti kollha li jista’ jkun hemm. Aktar u aktar meta dawk li jagħmlulek l-affarijiet diffiċli jkunu sħabek stess, dawk li tistenna li jkunu hemm għailk. Ma tistax ma tweġġax meta ħbiebek ikunu dawk li ma jemmnux fik u filkapaċitajiet tiegħek! Sfortunatament din tiġri. Ħafna kienu dawk li meta bdew xi ħaġa ġdida sabu ’l sħabhom jew saħansitra lill-familji tagħhom jaqtgħulhom qalbhom. Kien hemm min ċeda u spiċċa ma għamel xejn imma kien hemm ukoll min ma qatax qalbu u baqa’ miexi ’l quddiem. Fosthom insibu lil Albert Einstein li, kemm l-għalliema kif ukoll il-familja tiegħu, ħasbuh li mhux tajjeb għall-istudju. Walt Disney, f’żogħżitu, ġie mkeċċi

minn gazzetta famuża għax ma kellux immaġinazzjoni. Ma qatgħux qalbhom u llum nħarsu lejhom bħala nies kbar. Hekk ukoll ġralu Dun Mikiel Azzopardi meta ħolom li jiftaħ dar għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Kulħadd beda jaqtagħlu qalbu li proġett bħal dan jiswa wisq flus imma Dun Mikiel ittama fil-providenza ta’ Alla u rnexxielu. Semmiegħa Dar il-Providenza għax tassew kienet il-providenza ta’ Alla li għenitu.

li kienu joqogħdu ħdejh meta kien għadu żgħir. Il-ħbieb tiegħu kienu dawk li ltaqa’ magħhom aktar tard bħal Pietru u Ġakbu, Ġwanni u Indri, Marija u ħafna oħrajn li kont dejjem issibhom jimxu warajh. Dawn kienu l-ħbieb vera tiegħu, u għalkemm ma kinux dejjem l-aħjar li jistgħu ikunu, qatt ma waqfu jippruvaw ikunu ħbieb vera. Ġesù għaraf li kienu ħbieb ġenwini u għalhekk għażilhom biex ikunu l-aktar nies qrib tiegħu.

Fil-Vanġelu tal-lum naraw kif Ġesù għadda minn din l-istess esperjenza. Għalkemm kull fejn kien imur in-nies kienet titlaq kollox biex tmur tisimgħu, meta mar lura fir-raħal tiegħu, in-nies ma laqgħetux. Dawk li kien kiber magħhom issa kienu qed iħarsu lejh qisu ma jafx x’inhu jgħid. Għax il-vera ħbieb tiegħu ma kinux dawk li kien kiber magħhom jew

Għax daqskemm hi kerha li dawk qrib tiegħek ma jemmnux fik, daqshekk ieħor hi esperjenza sabiħa li tkun imdawwar b’nies li jafuk, jifhmuk u fuq kollox jemmnu fik u jixtiqulek l-akbar ġid. Dawn huma l-ħbieb vera li rridu nfittxu f’ħajjitna. Dawk li mhux ħbieb tiegħi għax se jieħdu xi ħaġa mingħandi imma għax vera jriduli l-ġid.


Agħti l-kulur �����

U hemmhekk ma sata’ jagħmel ebda miraklu, ħlief li qiegħed idejh fuq ftit morda u fejjaqhom; u baqa’ mistagħġeb bin-nuqqas ta’ fidi tagħhom. U mar idur l-irħula ta’ dawk l-inħawi jgħallem.


���� Sib il-Kelma

Hawn taħt hawn lista ta’ kliem marbut mas-silta li qrajn llum. Ara ftit liema minn dawn kapaċi ssib: MASTRUDAXXA, DIXXIPLI, ĠESÙ, PROFETA, GĦALLIEM, GĦERF, SINAGOGA, SIBT, MIRAKLU, FIDI

M A S T R U D A X X A K F S X T T P Ċ Ħ Ħ P L L D I X X I P L I T Ġ E S U A T A S E L N M F I R A F Z D Q M M B T N E I F G Ħ E R F Z R A D O S X F D T S X R G G Ħ A L L I E M S W O F L L Ċ D U F R I E G L G T V G O U U B V A T E F O R P I I T W L T T I N H O P T Q W D W S D K K P Ħ Ġ E K V E M I R A K L U


Biex nifhem aħjar ���� �

Fil-Vanġelu tal-lum naraw kif Ġesù kellu jiffaċċja oppożizzjoni qawwija mhux biss mill-għedewwa tiegħu, imma minn dawk li kienu jafuh, niesu stess. Dawn, meta raw is-suċċess kbir li kien qed ikollu, dahru kontrih. Qisu riedu jgħidu: “Dan min jaħseb li hu?!” “Dan mhux wieħed minna?! Kif qed jippretendi li jaf aktar minna?!” Dawk li kiber magħhom, l-ewwel ħbieb tiegħu, issa daru kontrih.

Din il-Ġimgħa… ����

Ipprova kun ta’ għajnuna għal sħabek. Inkuraġġihom jew se jagħmlu xi ħaġa ġdida u meta jagħmlu xi ħaġa tajba toqgħodx lura milli tikkumplimentahom.

Veru je le? ��� �

Ġesù mar waħdu f’raħal twelidu. Vera / Falz Is-Sibt, Ġesù daħal jgħallem fis-Sinagoga u n-nies baqgħu mistagħġba. Vera / Falz Kulħadd feraħ meta ra l-għerf u l-qdusija ta’ Ġesù. Vera / Falz Hemmhekk Ġesù seta’ jagħmel ħafna mirakli. Vera / Falz Wara mar jgħallem fl-irħula viċin. Vera / Falz Ġesù baqa’ mistagħġeb għannuqqas ta’ fidi tagħhom. Vera / Falz Promozzjoni ����

Issa tista’ tirreklama fuq

Aħbar Tajba Dan il-fuljett joħroġ kull ġimgħa u jitqassam fil-parroċċi kollha ta’ Malta u Għawdex. Ċemplilna fuq 2569 9100 jew ibgħatilna email fuq info@sayitmalta.com

Aħbar Tajba hija inizjattiva tal-Media Centre flimkien mal-Fondazzjoni YOUTHEME u tiddependi mill-ħidma ta’ diversi voluntiera u benefatturi. Għandna bżonn ukoll ta’ ħafna talb biex din il-ħidma tħalli l-frott mixtieq. Min jixtieq jgħin, finanzjarjament, bit-talb jew b’xi ħidma oħra jista’ jibagħtilna fuq

ahbartajba@youtheme.eu Grazzi.

ordnah online fuq www.sayitmalta.com

€20

Tista’ tordnah bil-posta billi tibgħat ċekk lil Say It Publications, Say It Fairtrade Shop, 32, Tarxien Road, Paola

AĦBAR TAJBA hija pubblikazzjoni tal-Media Centre flimkien ma' SayIt Publications u YouTheme Foundation. Min jixtieq jagħti kontribuzzjoni finanzjarja jew jordna aktar kopji ta’ dan il-fuljett jista’ jibagħtilna email fuq info@sayitmalta.com jew iċempel fuq 2569 9100.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.