Ahna Lilkom June 2014

Page 1

Ìunju 2014 / G˙add 492

NEWS PAPER POST

Óolqa Bejn il-Óbieb

No 25

AĦna lilkom

Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro

Ħolqa Bejn il-Ħbieb

L-imħabba fil-prattika - 2

L-imħabba lejn l-oħrajn, De Piro uriha f’servizzi lilloħrajn; u dan kien ġej mix–xewqa li dejjem jikkopja lil Kristru. Din l-imħabba ma kinitx sempliċiment dik li ngħidulha mħabba filantropika, imma kienet mibnija fl-ispiritwalità tiegħu, li jrid ikun solidali ma’ komunità, li hija l-Ġisem ta’ Kristu fiż-żmien u fl-ispazju. Jekk wieħed jagħrbel il-kitba tiegħu jsib li hu kien iħoss li jista’ jagħmel dan f’ħafna ambjenti. Imma hu għażel li jgħix mal-iltiema. Huwa u jirrifletti x’jixtieq jagħmel wara l-ordinazzjoni, insibu dan il-kliem fid-djarju tiegħu: “Ilni naħseb ħafna jekk għandix immur ngħix fid-Dar ta’ San Ġuzepp”. Meta fil-fatt għex f’din id-Dar, fejn kien hemm 200 tifel, għex il-vera solidarjetà u ħniena ma’ dawn it-tfal. Dan is-sens kbir ta’ solidarjetà u mogħdrija mal-fqar wasslu lill-Arċisqof biex jagħmlu direttur ta’ seba’ istituti tal-karità f’daqqa. Dan it-tagħrif insibuh fil-ktieb, “Found among Sinners” miktub minn Fr Martin Cilia mssp

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com

Kontejner għall-Perù Kull sena miċ-Ċentru Animazzjoni Missjunarja nimlew kontejner bil-ħempers li jintbagħat mill-familji Maltin biex familji fqar jibbenefikaw minnhom.

Din is-sena grupp ta’ 27 voluntier li qed jippreparaw biex jitilgħu jahdmu għal xahar fil-Perù, ħadmu biex jinġabar kontejner ieħor. Għalhekk qed nibagħtu żewġ kontejners biex f’Awwissu li ġej il-missjunarji tagħna jqassmu l-affarijiet kollha lil familji fqar. Bħal kull sena l-ġenerożità tal-Maltin u l-Għawdxin tħallina b’ħalqna miftuħ, għaliex il-qalb tagħna hija kbira. Grazzi mill-qalb li ser nerġgħu nferrħu aktar fqar u ntejbulhom ħajjithom.

Fl-Oratorju tagħna f’B’Kara, dan ix-xahar iċċelebrajna l-festa ta’ Marija Għajnuna tal-Insara, b’ġimgħa ta’ attivitajiet għal gruppi differenti li jattendu dan l-oratorju. Il-Ħadd imbagħad, ħarġet il-purċissjoni fil-bitħa fejn kellna quddiesa komunitarja. Is-Soċjetà tagħna tgħix kuljum minn dak li tibgħat il-providenza. Trid tgħinna? Mela waqqaf waħda minn dawn:

• Borża ta’ Studju €600 • Ġurnata ma’ Missjunarju €25 • Ġurnata Studenti €235 • Fondazzjoni Librerija €200 • Fondazzjoni ta’ quddies wara mewtek

“Trid tagħti darbtejn? Għin malajr”

 4 Aħna Lilkom 

Mons. G. De Piro

Iltqajna f’Assisi Kif wieħed jista’ jimmaġina, kull organizzazzjoni jkollha bżonn li regolarment tirrifletti fuq l-andament tagħha u tara kif tista’ tkun aktar effettiva fil-missjoni li hija taqdi. Fis-Soċjetà tagħna dan nagħmluh permezz tal-Kapitli Ġenerali u Reġjonali li aħna jkollna. Nagħmluh ukoll permezz ta’ laqgħat li kull tant żmien nagħmlu bejn il-Kunsill Ġenerali u s-superjuri ta’ kull reġjun fejn aħna qegħdin naħdmu. U propju f’Mejju li għadda għadu kemm kellna waħda minn dawn il-laqgħat li din iddarba saret f’Assisi. Kif naħseb li tafu, aħna m’għandniex preżenza ġewwa Assisi u allura forsi wieħed jistaqsi “Għalfejn Assisi?” Xtaqna li din ma tkunx biss laqgħa li fiha niddiskutu l-problemi li naffaċċjaw imma wkoll mument fejn niġġeddu permezz tal-Ispirtu Qaddis fil-missjoni ta’ tmexxija li l-Mulej tana. U għal dan il-għan Assisi kienet għażla tajba. Assisi, il-post li fih twieled u għex San Franġisk, għadu sal-lum post mimli bl-Ispirtu Franġiskan. Xtaqna li nħallu lil San Franġisk jagħmel magħna dak li kien imsejjaħ li jagħmel mal-Knisja ta’ żmienu – jgħinna niġġeddu u npoġġu lill-Mulej fl-ewwel post. Fil-fatt il-mawra tagħna ġewwa Assisi bdiet b’ħamest ijiem irtir għand komunità kontemplattiva li qiegħda ftit ‘il barra mill-ħitan ta’ Assisi. Wieħed minn din il-komunità qasam magħna serje ta’ riflessjonijiet fuq San Pawl u l-Evanġelizzazzjoni. Sibna r-riflessjonijiet tiegħu relevanti ħafna għal dak li ngħaddu minnu llum fix-xandir tal-Aħbar it-Tajba. Wara, imbagħad, konna milqugħa għand ilkomunità tal-Franġiskani Konventwali fejn hemmhekk Newspaper post

għamilna l-laqgħat tagħna. Verament grati għall-mod kif konna milqugħa u kif ħassejna li qisna konna f’darna. Fil-laqgħat qsamna bejnietna x’inhi s-sitwazzjoni tagħna f’kull reġjun, u ‘l fejn qed inħarsu. Tkellimna fuq l-aspetti kollha tal-ħajja tagħna, ibda mill-formazzjoni tal-membri ġodda sal-kura tal-membri anzjani tagħna. Inħossu li bejnietna kompla jinbena ambjent verament fratern li jgħin ħafna biex aħna naħdmu id f’id għax-xandir tal-Evanġelju. Nixtiqukom li magħna tirringrazzjaw lil Alla għall-ġid kollu li ħareġ minn din l-esperjenza. Fr. Martin Galea mssp Vigarju Ġenerali

Quddiem il-qabar ta’ San Franġisk

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


l-għajn li lili setgħet taqtagħli kull għatx, u sibt tama ġdida, li sa llum, seba’ snin wara, inħoss li din l-għajn għadha għajn ta’ ilma ġieri fil-ħajja tiegħi.

Óolqa Bejn il-Óbieb

Sehem il-Lajċi fl-MSSP Dan ix-xahar xtaqt inlaqqagħkom ma’ tlieta minn numru sabiħ ta’ lajċi li huma midħla sew tas-Soċjeta’ tagħna. Lino Azzopardi

Bħalissa int taħdem fil-Kulleġġ tagħna tar-Rabat. Kif tħares lejn il-Kulleġġ? Bħala “Old Boy” tal-Kulleġġ inħoss li kont ixxurtjat ħafna. Għalija l-Kulleġġ ifisser il-post fejn ħadt il-formazzjoni spiritwali u akkademika tiegħi. Minn dak iż-żmien tkabbar fija l-ispirtu missjunarju, iġifieri li taqsam ma’ ħaddieħor dak li huwa possibli li jinqasam. U issa li qed naħdem hawn rajt b’għajnejja kemm l-ispirtu missjunarju għadu qawwi fil-kulleġġ. Għalhekk inħossni qisni vvjaġġajt lura fiż-żmien. Semmejt li kont student f’dan il-kulleġġ. L-Old Boys għadhom attivi fil-ħajja tal-Kulleġġ? Iva, u dan ngħidu b’sodisfazzjon. Mhux biss blattendenza numeruża fir-reunion ta’ kull sena fil-Festa ta’ San Pawl, imma wkoll bl-għajnuna finanzjarja, u oħrajn bil-pariri meta jinqala’ l-bżonn, għax ħafna minnhom illum jokkupaw karigi għoljin. Ħaġa sabiħa wkoll hija li diversi studenti għadhom jiltaqgħu kull sena ma’ sħabhom tal-klassi u joħorġu flimkien.

rdi mal-familja Mr. Lino Azzopa

Int mhux l-ewwel darba li tidher fi programmi televiżivi li jipproduċi s-CPI International. Kif sirt taf b’dan il-moviment tagħna? Fil-fatt jiena normalment nieħu sehem filprogrammi meta xi ħadd ma jattendix u Marthese iċċempilli biex nimla l-vojt. Però nammetti li dejjem nieħu pjaċir nattendi għax nemmen li tirċievi ħafna ġid f’dawn il-programmi. Kont ninżel spiss iċ-CAM minn fejn jittella’ l-programm u dejjem kien jolqotni l-ispirtu pożittiv ta’ Fr. Ġiġi, id-Direttur tas-CPI. Minn appuntament għall-ieħor ilni nattendi tlettax-il sena u nassigurak li jien aktar ħadt milli tajt fis-CPI. Ma nkunx qed neseġera jekk ngħid li l-ispirtu pożittiv li għandu Fr. Louis Mallia, jinħass mal-membri kollha tal-MSSP.

Mathese Brincat

Illum il-ġurnata meta wieħed jisma’ bil-Maratona “Oħloq Tbissima”, mill-ewwel jiftakar fik. Imma qabel għidli ftit kif sibt ruħek taħdem fiċ-ĊAM u s-CPI? Fl-1994 kont nagħmel xi programmi fuq Radju RTK, fiż-żmien meta l-Kap tal-Programmi kien David Azzopardi. Dan talabni biex nipproduċi fuq il-palk skript miktub minn Ġorġ Peresso dwar il-ħajja ta’ Mons Ġużeppi De Piro. Biex inkun nista’ nagħmel dan, laqqagħni ma’ Fr Louis Mallia mssp, li kellu l-qasam tal-midja f’idejh. Minn hemm imbagħad, Fr Louis talabni ngħinu biex nibdew nipproduċu dokumentarji u programmi oħra għat-televiżjoni. Minn dak iż-żmien qatt ma ħarisna lura, u llum għandna diversi programmi li qed jixxandru kull ġimgħa fuq it-televiżjoni Maltija u għal dawn l-aħħar tnax-il sena organizzajna l-maratona ta’ sittin siegħa xandir Oħloq Tbissima, li llum saret parti importanti mill-kalendarju tal-Maltin.

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

at Ms Mathese Brinc

Hemm xi proġetti għall-futur qrib min-naħa tas-CPI jew ĊAM? Proġetti dejjem ikun hemm. Infatti għadna ġejjin mill-Filippini fejn morna niffilmjaw ix-xogħol fil-missjoni li s-Soċjetà għandha f’dan il-pajjiż. Il-produzzjoni sejra tintuża għall-maratona Oħloq Tbissima ta’ Lulju li ġej, preċiżament bejn it-18 u l-20 ta’ Lulju. B’hekk nuru lin-nies fejn qed imorru l-flus li huma jagħtu waqt il-maratona, u anke biex ikunu jafu x’qed isir f’din ilmissjoni. Issa la ilek daqshekk qribna nista’ nistaqsik x’jolqtok fis-Soċjeta tagħna? Issa ili għoxrin sena nafkom, ilkoll bil-karattru differenti tagħkom. Flimkien għaddejna minn żminijiet diffiċli, imma l-aktar li ninnota huma l-fidi li għandkom fil-ġenerożità, l-imħabba li għandkom għall-fundatur Mons De Piro, u l-imħabba bla waqfien biex tgħinu l-missjonijiet tal-Perù, tal-Pakistan u tal-Filippini. Fuq kollox, hemm is-sabiħ li mix-xejn tafu toħolqu affarijiet kbar.

X’inhu l-aktar li jolqtok fis-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl? Fost l-oħrajn tolqotni l-enerġija, il-ħeġġa u ż-żelu favur il-fqir, u biex titwassallu l-Kelma u l-imħabba ta’ Alla... Dan għalkemm il-membri, li m’humiex ħafna, huma mxerrdin anki barra minn Malta u qed jagħtu sehemhom f’kull qasam soċjali. Jolqotni wkoll il-fatt kemm il-membri huma miftuħin għal-lajċi u kemm jaħdmu flimkien. Huwa ta’ ispirazzjoni kbira għalija meta nara kemm naqqxu f’qalbhom u kemm ħadu bis-serjetà l-kliem tal-fundatur: niġi warajk kull fejn tmur. X’inhu l-kontribut tiegħek fis-Soċjetà? Il-komunità tal-Lajċi li konna niltaqgħu Santa Venera, issa ġiet fl-Oratorju ta’ B’Kara. llum l-Oratorju jilqa’ fih madwar 400 ruħ ta’ kull età fejn jolqtuk millewwel il-ħbiberiji. Hawn isiru diversi ċelebrazzjonijiet liturġiċi, korsijiet u katekeżijiet, katekiżmu għat-tfal, irtiri u seminars matul is-sena. Ovvjament dan kollu jirrikjedi xogħol anki ta’ segreterija u amministazzjoni u jiena ngħin f’dan il-qasam. Jiena nħoss li din hija barka kbira għalija għax b’hekk għamilt ħafna ħbieb ġodda, li kabbruni għaliex huwa biss meta tinfetaħ għall-oħrajn, li tista’ tiskopri l-verità fuqek innifsek u hija din il-verità li teħilsek.

Lorraine Tabone

Kif sirt midħla tas-Soċjetà tagħna? Kont ili nisma’ b’ komunità li tiltaqa’ Santa Venera ġo kappella żgħira fejn ikun hemm quddiesa sabiħa u mhux tas-soltu, organizzata mill-MSSP. Darba ddeċidejt li mmur. Sibt ruħi f din il-kappella żgħira bl-artal fin-nofs u s-siġġijiet imdwarin magħha. Indunajt li hawnhekk in-nies (xi 60 ruħ) kulħadd jaf lil kulħadd. Kien hemm entużjażmu ta’ festa. U fil-fatt vera l-quddiesa kienet festa sħiħa - festa tal- Kelma, festa ta’ talb mill-qalb, festa ta’ ħbiberija u komunjoni. Dakinhar skoprejt

Ms Lorriane Tabo ne

 3 Aħna Lilkom 


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.