NEWSPAPER POST
Jannar 2018 / Għadd 531
Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB
Drawwiet Maltin fil-Kanada
I
l-Milied għalina fil-Kanada hu vera “White Christmas”, ghax hawn dejjem bis-silġ nieżel. Nista’ ngħid, li dak kollu li fi tfuliti konna nagħmlu Malta, hawn nippruvaw inżommuh ukoll. Fil-knisja armajna presepju kbir, bil-pasturi mdaqqsin ta’ kull għamla. B’hekk inħeġġu n-nies jarmaw huma wkoll il-presepju f’darhom. Barra dan, imbagħad fil-knisja nentużjażmaw ilparruċċani b’innijiet Maltin tal-Milied. Niġbru wkoll lit-tfal tal-Griżma u mmorru nkantaw fit-toroq ta’ ħdejna u niġbru dak li jagħtuna ħalli nqassmuhom lit-tfal faqar. U dan
K
if tafu l-Ewwel tas-Sena huwa l-Jum Dinji talPaċi. Tajjeb li nkunu nafu, li l-Fundatur tagħna, il-Qaddej ta’Alla, Ġużeppi De Piro, fi żmien l-Ewwel Gwerra Dinjija, kien mexxa pellegrinaġġ għasSantwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, fejn għamel din it-talba għall-paċi. Maħbub Ġesù, idħol għalina quddiem il-Missier biex jeħlisna mit-tbatijiet tal-ġlied u l-gwerer li huma kollha ħtija tad-dnub. Int toffri lilek innifsek għalina fuq l-artali kollha tad-dinja u tinħeba fil-ħafna
Il-presepju li jintrama fil-parroċċa
f’kesħa xxoqq il-għadam. Mit-tfal imbagħad, nagħżlu tifel jew tifla ħalli nżommu t-tradizzjoni talprietka tal-Milied, haġa li kulħadd ikun jistenniha. Forsi jidhru affarijiet żgħar, imma b’hekk, inkomplu nħeġġu l-ġenerazzjoni l-ġdida, ħalli mhux biss inżommu t-tradizzjonijiet sbieħ tagħna l-Maltin, li tant saħaq fuqhom San Ġorġ Preca fuq l-eżempju ta’ San Franġisk t’Assisi, imma wkoll nibqgħu nżommu s-sinifikat veru tal-Milied.
FR. MANUEL PARNIS MSSP KAPPILLAN TAL PARROĊĊA TA’ S. PAWL F’TORONTO
tabernakli biex tipproteġina u tiddefendina. Aħna noffrulek lil dawk kollha li qed ibatu ħtija tal-ġlied u l-mibegħda. Noffrulek ukoll il-ħidma ta’ dawk kollha li qegħdin iħabirku bla heda għall-paċi; agħmel li l-ħidma ta’ dawn ħutna tħalli l-frott tant mixtieq. Nitolbu lilek, O Marija, Reġina tal-Paċi, biex twassal din it-talba tagħna quddiem il-Missier ħalli hu jħenn għalina u jagħmel li fostna jsaltan is-sliem. Iva, Marija, Omm tagħna, ftakar li l-grazzji kollha jgħaddu minn idejk. Jekk jogħġbok, Marija, dawwar ħarstek fuq id-dinja li hi mhedda mill-ġlied u l-gwerer. Jalla l-qalb ta’ Ibnek Ġesù tħenn għal tant u tant tfal, żgħażagħ u kbar, irġiel u nisa, li qegħdin jitilfu ħajjithom fil-ġlied imdemmi. Iva, Marija, inti li bkejt għal Ibnek Ġesù fil-passjoni tiegħu, ara l-biki li tant bnedmin qegħdin ixerrdu minħabba t-telfa talgħeżież tagħhom. Iva, Marija, idħol għalina quddiem il-Missier ħalli jagħtina l-grazzja tal-paċi. Sultana talpaċi, itlob għalina.
AMMEN.
Tittajjar li jkollok parti mix-xogħol tal-missjunarji?
Dan tista’ tagħmlu billi tagħżel ġurnata għażiża għalik u toffri €23 li bihom tgħin lill-missjunarju. Hu jqaddes skont l-intenzjoni tiegħek u joffri x-xogħol tal-ġurnata tiegħu għalik. NEWSPAPER POST
Aħna Lilkom • 4
Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com
Il-Milied f’art Musulmana
I
l-festi tal-Milied u tal-Għid huma għeżież ħafna għall-Insara Pakistani. Sa mill-ewwel Ħadd tal-Avvent fassalna programm sħiħ għall-parroċċa dedikata lill-Konverżjoni ta’ San Pawl u l-knejjes differenti li għandna fil-parroċċa, u fl-iskejjel tal-parroċċa tagħna. F’kull Ħadd tal-Avvent, bħalma jsir fil-bqija tad-dinja, nixegħlu x-xemgħa girlanda, waħda f’kull Ħadd. Dan isir minn setturi differenti tal-komunità tagħna. Hekk, fl-ewwel Ħadd kien imiss liż-żgħar nett li jixegħlu xemgħa, wara lill-anzjani, u l-bqija. Kull skola tispiċċa t-term propju bil-programm tal-Milied, li għalih jiġu mistiedna wkoll il-ġenituri. Hawnhekk il-palk hu kalamita kbira, u aħna nfittxu nwasslu l-ġrajja tal-Milied u tas-Salvazzjoni anke minn fuq il-palk. Barra dan, fil-knejjes inħejju wkoll ‘pagaent’, dejjem biex inwasslu l-Bxara t-Tajba. Din is-sena kellna okkażjoni speċjali ferm għax ftaħna knisja ġdida dedikata lir-Ragħaj it-Tajjeb f’żona li aħna nsejħulha ‘alhakka’ – żona mbiegħda u agrikola. Fr. Bernard Mangion mssp ħa ħsieb jipprepara l-pjanti tal-knisja. Il-ftuħ u t-tberik sar is-Sibt, it-23 ta’ Diċembru waranofsinhar. Fr. Bernard mexxa l-ewwel quddiesa fil-knisja l-ġdida. Nhar ilMilied, sintendi, erġajna ċċelebrajna quddiesa fiha. Hekk twieldet komunità nisranija ġdida. Hawnhekk ngħixu f’ambjent ftit diffiċli. Fil-fatt f’dawn il-ġranet għeżież ikollna nieħdu miżuri ta’
It-tfal iż-żgħar nett jixegħlu l-ewwel xemgħa tal-Avvent
sigurtà ħafna iktar mis-soltu. Din is-sena, il-gvern qabbad 30,000 uffiċċjal bejn pulizija u suldati fil-Punjab kollu biex jiżgura li ma jsirux attentati, bħalma sar fi Quetta 3 ġimgħat qabel il-Milied fi knisja tal-protestanti. In-nies tagħna jagħtu sehemhom ukoll u jagħtu servizz tajjeb ħafna peress li jafu lil kulħadd, u jekk jitfaċċa xi ħadd stranġier malajr jindunaw bih. Madankollu xorta konna mgħassa bl-armi, anke jekk l-armi suppost li m’hemmx posthom fil-Milied għax suppost hu żmien ta’ paċi. Tal-anqas, għall-grazzja t’Alla, kollox għadda b’wiċċ il-ġid.
FR. GERARD BONELLO MSSP SUPERJUR REĠJONALI
Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Il-Milied fl-Asja
Il-Maltin fl-Awstralja
Il-Filippini hu l-uniku pajjiż fl-Asja b’maġġoranza Kattolika. Għalhekk il-Milied hawn jiġi ċċelebrat bilkbir. L-atmosfera tal-Milied tibda minn Settembru. Il-ħwienet u d-djar jibdew iżejnu u jdoqqu għanjiet ta’ żmien il-Milied. Ma jonqsux is-Siġra tal-Milied u l-Christmas Father. Barra minn dan, fil-Filippini jħobbu jżejnu bil-lanterni magħmulin bl-idejn b’ħafna reqqa bi zkuk tal-bambu u bil-qxur tal-bebbux ikkulurit. Il-lanterni huma simbolu tal-istilla li wasslet il-Maġi ħdejn Ġesù Bambin. In-novena ssir f’kull knisja. Il-quddiesa ssir filgħodu kmieni, u tissejjaħ ‘Misa de Gallo’. Għal dan il-quddies, il-knejjes fl-ibliet kif ukoll fl-irħula jkunu ppakkjati bin-nies, jitolbu b’ħafna ħeġġa u devozzjoni. Il-qofol tal-Milied ikun il-quddiesa ta’ Noche Buena. Din tibda b’rakkont animat tal-istorja talMilied, fost ħafna kant tradizzjonali u ieħor tipiku Filipin. Min jista’, jiċċelebra wkoll bl-ikla tal-Milied. Aħna l-membri tal-formazzjoni ma bqajniex lura: għamilna żewġ parties, wieħed lit-tfal u ieħor għal żgħażagħ li qed nisponsorjaw l-edukazzjoni tagħhom.
Il-ħafna Maltin li ġew l-Awstralja snin ilu, għadhom jiċċelebraw il-festi tal-Milied. Dan ma jsirx biss fil-knejjes, imma anke fl-għaqdiet u l-klabbs li jiffrekwentaw. Huma jorganizzaw il-quddiesa bilprietka tat-tifel, jarmaw presepju kbir, joħorġu t-tiżjin u naturalment jiltaqgħu għall-ikel u biex jiftħu r-rigali. Sintendi, bħala kappillan tal-Maltin kelli ħafna sehem f’ dawn il-festi. Insemmi bħala eżempju l-Knisja ta’ St Paul, West Sunshine, fejn kull l-ewwel ġimgħa tax-xahar ikollna l-quddiesa għall-Maltin. Hawnhekk saret il-quddiesa bil-prietka tat-tifel. Fiċ-Ċentru Malti ta’ Parkville fejn kull ġimgħa jiltaqgħu l-anzjani Maltin, kellna quddiesa bisSagrament tal-Griżma tal-Morda u ikla tal-Milied f’nofsinhar. Fiċ-Ċentru Kulturali ta’ Albion, barra l-quddiesa kien hemm kunċert minn banda Maltija. Fil-Knisja ta’ St Mark, Dingley, għall-Maltin ta’ Springvale u l-inħawi, saret quddiesa lejliet il-Milied bilprietka tat-tifel u wara sar festin.
għadhom jiċċelebraw il-Milied
Party għat-tfal ġejjin minn familji fqar
Dawn huma persuni li joqogħdu aktar ’l isfel fit-triq tagħna, li jissejħu squatters. Magħhom din is-sena bdejna wkoll programm ta’ privat tal-Ingliż, matematika u suġġetti oħra għal dawk li huma iktar batuti. U hekk ippruvana nferrħuhom. REV. BRO.GIOVANN TABONE MSSP
Il-Milied fl-Art Komunista Għalija u għall-kappillan Fr. Mario, dan huwa l-ewwel Milied tagħna f’Kuba. Kien Milied sempliċi għall-parruċċani u għalina. In-nies li qed naħdmu magħhom ma tantx għandhom tradizzjoni kbira talfesti tal-Milied. Sa ftit tas-snin ilu dan il-jum lanqas ma kien festa pubblika, u l-armar fid-djar u t-toroq prattikament ma jeżistix.
Fr. Nilton iqassam ir-rigali fil-festa tas-Slaten Maġi
Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB
Biss aħna ridna li din is-sena l-Milied nagħtuh il-ħajja. Allura ddeċidejna li nduru l- komunitajiet li għandna mxerrda mal-parroċċa, u nagħmlulhom ilquddiesa tal-Milied. Lejliet il-Milied filgħaxija, l-ewwel iċċelebrajna l-quddiesa, imbagħad organizzajna ikla għallparruċċani. Din kienet l-ewwel darba li qatt kellhom ħaġa bħal din. Ma ngħidilkomx kemm ferħu, u huma stess ġabu l-ikel u l-ħelu. L-għada, nhar il-Milied, organizzajna quddiesa għat-tfal. Trid tarahom, jirrextaw, jiżfnu u jkantaw. Wara għamilnilhom party. Kemm ferħu u żifnu u aħna dħalna niżfnu magħhom, ħalli nkomplu l-ferħ. Imbagħad it-tfal kienu ħerqanin jistennew il-festa tas-Slaten Maġi, ħalli jieħdu rigal. Aħna milli kellna, xtrajna kemm stajna ħalli nferrħuhom, B’hekk ridna ndaħħlu l-ferħ li ġabilna Ġesù Tarbija.
FR. EDWIN AGIUS MSSP
Il-Milied fl-Amerka Latina Il-Milied fil-Perù, m’għandux x’jaqsam ma’ kif niċċelebraw Malta. Fid-djar jintramaw presepji magħmulin mill-karti u l-kartun b’xi pasturi tal-ġibs jew tal-fuħħar. Hawnhekk ikun iż-żmien li jispiċċaw l-iskejjel, u allura għat-tfal foqra tkun festa doppja. Xena komuni fil-parroċċi kollha tagħna hija ċ-cocolatada li jorganizzaw il-Fathers. Fiha jitqassmu hot chocolate u ġurarell lit-tfal kollha li jattendu għall-attivitajiet tal-Milied. Uħud mit-tfal jiġu minn parroċċi oħra biex
FR. NILTON ADERBALO BARDALES PEZO MSSP P. MARIO RAMOS VILCA MSSP - KAPPILLAN
Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
It-tifla tal-prietka toffri rigal lill-Bambin
Fil-kappella tagħna f’Parkville kellna l-kant talMilied u wara l-quddiesa ta’ nofsillejl bil-prietka tat-tifel. L-Għaqda tal-Għannejja Maltin, fejn inqaddes spiss matul is-sena, organizzat ikla speċjali tal-Milied għall-membri u l-ħbieb. Fil-biċċa l-kbira tad-djar tal-Maltin għadek issib ilpresepju jew Bambin li xi darba kienu ġabu magħhom minn Malta. Ma tonqosx ukoll il-purċissjoni bil-Bambin li s-Soċjetà tal-Mużew tagħmel fil-parroċċi fejn is-soċji tagħha jgħallmu l-Katekiżmu.
It-tberik tal-Bambini NEWSPAPER POST
forsi jakkwistaw ġugarell ieħor. Imma f’kull parroċċa jkollna litteralment mijiet ta’ tfal li ħafna minnhom huma foqra. Fil-Perù hawn ukoll għanjiet tal-Milied antiki ħafna li jitkellmu fuq it-twelid ta’ Ġesù fil-bard u fil-faqar. Dawn huma realtajiet li hawnhekk għadek tarahom b’għajnejk Aħna nippruvaw immorru nqaddsu f’kappelli u postijiet l-aktar remoti: f’dawn il-postijiet tara inqas armar tal-Milied, avolja dejjem issib l-istatwa tadDivino Nino - statwa ta’ Ġesù Bambin bilwieqfa u mlibbes, li għalih il-Peruwani għandhom devozzjoni partikulari. Din l-istatwa tinħareġ f’purċissjoni f’ħafna postijiet. Imma fl-inħawi remoti, fejn in-nies bilkemm għandhom għaxija ta’ lejla, tibqa’ mpressjonjat kif kulħadd iġib Bambin ċkejken biex jitbierek fil-lejl qaddis tal-Milied - imbagħad jitpoġġa f’dak il-lejl filpresepju li jkollhom armat f’darhom. FR. GIOVANN CEFAI MSSP SUPERJUR REĠJONALI Aħna Lilkom • 3