NEWSPAPER POST
Ġużeppi De Piro Missjunarju 5
October 2017 / Għadd 528
Ġ. De Piro waqqaf Soċjetà għall-missjonijiet ad gentes (ii) Fra Ġużepp Franġisku Caruana fl-Abissinja
Mix-xellug għal-lemin Anthony mill-Veneżwela, Augusteen, Airik u Mudassar mill Pakistan.
Mill-Pakistan u l-Vjetnam għall-Filippini Kemm hi ħaġa sabiħa u li tagħha għandna għax nirringrazzjaw lil Alla meta niftakru li minn bidu żgħir u fqir ta’ żewġ membri ġewwa l-Imdina fit30 ta Ġunju ta’ 1910, illum il-kariżma tal-Qaddej t’Alla, Mons. Ġ. De Piro, qed tiġi milqugħa minn tant żgħażagħ ta’ pajjiżi oħra. Fil-bidu ta’ din is-sena, sitt żgħażagħ għadhom kemm spiċċaw is-sena tan-novizzjat tagħhom. Dawn kienu tnejn mill-Filippini, wieħed mill-Perù, wieħed mill-Vjetnam, ieħor mill-Pakistan u wieħed minn Malta. Fis-6 ta’Awwissu li għadda, ġewwa d-Dar talFormazzjoni tagħna fil-Filippini, erba’ żgħażagħ oħra bdew perjodu ta’ formazzjoni li jissejjaħ ilprenovizzjat. Dan huwa żmien li normalment idum sena bi tħejjija għan-novizzjat. Tlieta minn dawn iż-żgħażagħ ġejjin millmissjoni tagħna fil-Pakistan filwaqt li l-ieħor ġej mill-Vjetnam. Nitolbu għalihom u ħalli żgħażagħ oħra jwieġbu għas-sejħa li jagħmlilhom il-Mulej.
Imma l-aktar mod li bih il-Fundatur ta prova ta’ kemm is-Soċjetà tiegħu riedha li tkun primarjament ad gentes kien meta ġie biex jibgħat l-ewwel membru, lil Fra Ġużepp Franġisku Caruana, barra minn Malta. Dan kien fil-21 ta’ Ġunju 1927 fl-Abissinja. Il-Providenza laqqgħet lill-Fundatur ma’ Patri Anġ Mizzi, li ġa ssemma f’din il-kitba. Patri Anġ kiteb lil De Piro eżattament għax kien jaf “bl-iskop missjunarju tal-opra”. Mons De Piro wieġeb l-ittra fil-5 ta’ April 1927. Din l-ittra tkompli turi l-ispirtu u l-ħeġġa missjunarja ta’ De Piro: “Irċevejt l-ittra tiegħek tal-4 ta’ Marzu 1927 u apprezzajtha ħafna. Kif inti tlabt mingħandi jien irrid inkun ġeneruż miegħek. Nittama li nkun nista’ nibgħatlek missjunarju wieħed. Dan il-wieħed, jekk ikollu l-barka tal-Mulej fuqu, ma jonqosx li jiġbed oħrajn għal warajh.” Ma nitlob xejn bħala ħlas għall-ħidma tal-persuna li sejjer nibgħatlek. J’Alla l-Mulej ibierek l-opra tagħna. Imma ma nistax nagħmel l-istess offerta għall-vjaġġ, għaliex l-opra tagħna għadha kemm twieldet. Li kieku din l-opra tiegħi m’għadhiex daqshekk ċkejkna, kont inkun jien innifsi li nsieħeb lil dan l-ewwel wieħed li sejjer jitlaq. Il-miġja tiegħi fis-Somaliland kien ikollha mnejn tiswa biex timla oħrajn bil-kuraġġ.” Il-proċess li ried jimxi bih Mons De Piro kien għalih ċar ħafna. Meta s-Soċjetà tissaħħaħ allura tkun tista’ tasal anke f’artijiet li għandhom qatt ma jkun wasal il-Vanġelu.
Trid tgħix gurnata ma’ missjunarju? Kif? Dan tista’ tagħmlu billi tagħżel ġurnata għażiża għalik, darba biss fis-sena, tibbukkjaha minn qabel, u toffri €23 biex dakinhar tipprovdi l-għixien ta’ missjunarju u tgħinu jlaħħaq max-xogħol pastorali u soċjali tiegħu. Il-Missjunarju joffri għalik il-Quddiesa, it-talb u x-xogħol pastorali li jagħmel matul il-ġurnata. Iktbilna jew cemplilna 7926 5968. Grazzi. newspaper post
Aħna Lilkom • 4
Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com
Aktar hieni min jagħti minn min jirċievi Esperjenza missjunarja fil-Perù 2017
K
omunità Nisranija ħajja tilħaq il-milja tagħha meta taħseb fl-oħrajn u ssir komunità missjunarja. Il-ħidma taċ-Ċentru Kateketiku u Liturġiku tal-Oratorju MSSP f’Birkirkara għandha l-għan li twassal lin-nies biex jiskopru l-ferħ talVanġelu, u jobdu l-kmand ta’ Ġesù li jwassluh sa truf l-art. F’dan id-dawl twieldet ix-xewqa li din is-sena ssir esperjenza missjunarja u ta’ volontarjat barra minn xtutna. Din is-sena sibna ż-żmien opportun biex grupp ta’ 20 persuna mill-komunità tagħna tagħmel esperjenza fil-missjoni li s-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl għandha fil-Perù. Din l-esperjenza damet tliet ġimgħat u kienet tikkonsisti primarjament f’li naħdmu mal-Patrijiet MSSP li għandhom kuntatt dirett mal-foqra li jgħixu fil-parroċċi li jmexxu huma. Il-voluntiera kollha mpressjonaw ruħhom blammont ta’ ħidma li ssir mill-fathers tal-MSSP partikularment fil-belt ta’ Arequipa. Middejna għonqna għax-xogħol billi dħalna fil-ħidma li ssir: min jibni, min isajjar, min iżur il-morda u min jgħin b’kull mod possibbli. Fl-aħħar ġranet tal-esperjenza kellna x-xorti sabiħa li nżuru l-familji waħda waħda u naraw eżatt fiex stajna ngħinuhom. Min kellu bżonn nuċċali jew appuntament mediku u min għajnuna fid-dar. Verament ħassejna li l-Vanġelu jsir ħaj tassew meta aħna nkunu ġenerużi.
Bħal dejjem, tlaqna mill-Perù b’sens li ħadna ħafna iktar milli tajna. L-esperjenza tal-grupp kienet waħda pożittiva ferm fejn ħafna ġibdu ħabel wieħed u ħadna ħafna ħsieb xulxin. F’Ewkaristija mmexxija minn Fr. Giovanni Cefai mssp, is-Superjur tal-MSSP fil-Perù, il-foqra li ħdimna magħhom ġew personalment jirringrazzjawna! Dan kien l-aħħar mument tal-esperjenza li jibqa’ mnaqqax f qalbna. Din il-qatra fl-oċean, għal dawn in-nies kollha kienet tfisser l-oċean kollu u aħna ħassejna li konna qeghdin nirrapprezentaw lill-komunità tagħna. Permezz tal-esperjenza, il-kliem ta’ Ġesù’: “aktar hieni min jagħti milli min jirċievi” ħadu l-ħajja. Fr. Martin Cilia mssp
Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
L-MSSP f’Missjoni mal-fqar tal-Filippini F
’wieħed mid-diskorsi tiegħu, il-Papa Franġisku sfida lill-ministri tal-Knisja u lill-insara sinjuri biex ma jibqgħux magħluqa fis-sigurtà tagħhom u biżżejjed. Minflok għandhom joħorġu fil-periferiji tas-soċjetà. Ikunu vera rgħajja għal ħuthom filbżonn u jassigurawhom li huma jridu jerfgħu l-problemi u d-diffikultajiet tagħhom. Biss biex inkunu dixxipli ta’ Kristu ma nistgħux nisimgħu l-Kelma t’Alla biss, imma rridu naslu għall-azzjoni. Bil-grazzja t’Alla, aħna jkollna s-saħħa kemm fl-opri tal-ħniena u tal-ġustizzja, biex inġibu l-imħabba fil-qlub miksura u bil-ġuħ fid-dinja. Għal dan id-diskors tal-Papa, il-Fathers tagħna li qed jaħdmu fil-Filippini ma baqgħux b’idejhom fuq żaqqhom. Il-Filippini, u speċjalment il-belt kapitali Manilla, huwa post mill-isbaħ. Sky-scrapers, djar kbar u lussużi, fly-overs eċċ. jżejnu din il-metropoli. Imma l-faqar enormi li hemm ma jistax jinħeba. Infatti fittriq fejn hi mibnija d-dar tagħna hemm komunità li jissejħu squatters. Minħabba l-faqar, jiġu mkeċċija mid-djar, biex minflok jibnu bini ta’ lussu, u jkollhom ifittxu biċċa art u jokkupawha mingħajr permessi ta’ xejn u joqogħdu hemm. Dawn jingħaqdu bejniethom u jiffurmaw komunità. Dik li hemm fittriq tagħna tissejjaħ 13th Street Community. Daqs sena ilu l-Fathers tagħna xtaqu jagħmlu xi ħaġa impenjattiva. Ippreparaw programm ta’
attivitajiet u ħadmu biex dan il-proġett ikun ukoll ta’ għajnuna fil-formazzjoni tan-novizzi u l-istudenti li hemm fid-Dar. Allura bdew billi organizzaw laqgħat talkatekiżmu kull ġimgħa għat-tfal. Bdew korsijiet filparental skills għall-ġenituri, organizzaw seminars għall-kbar u għaż-żgħar, bdew iżuru l-morda, jiċċelebraw quddies skont l-età u attivitajiet oħra. B’hekk il-Fathers ġew iżjed f’kuntatt mal-miżerja li fiha jgħixu dawn in-nies. Ftit li xejn sabu għajnuna mill-gvern. Lanqas min jimrad ma jingħata għajnuna biex imqar jixtri l-mediċini. It-tfal li suppost imorru l-iskola, avolja jkunu tfal intelliġenti, ikollhom imorru jaħdmu biex iġibu xi ħaġa oħra għall-familja. Għalhekk il-komunità formattiva MSSP, meta ntemm il-proġett u saru jafu aktar il-bżonnijiet ta’ dawn in-nies, riedu jagħmlu aktar għal dawn in-nies. Biss il-komunità MSSP f’Manila hija żgħira u għallfinanzi jridu jistrieħu fuq il-benefatturi, speċjalment Maltin u Għawdxin. It-triq biex jgħinu t-13th Street Community mhix faċli. Imma ma qatgħux qalbhom. Bil-fiduċja f’Alla, bir-riżorsi umani li għandhom u bl-għajnuna li jirċievu mill-gżejjer tagħna, għażlu li jgħinu lil dawn in-nies fuq żewġ aspetti: l-edukazzjoni u s-saħħa. Allura għażlu sittax-il tifel u tifla li ġew dejjem għal-laqgħat tal-katekiżmu u ħolqu scholarship programme li jħallas it-trasport għall-iskola,
Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
l-uniformi, il-pitazzi, il-kotba u spejjeż oħra taliskola. Il-flus ingħataw lill-ġenituri waqt laqgħa li ssir kull ġimgħa, ħalli jassiguraw li l-flus imorru dan il-għan. Għall-grazzja t’Alla dan il-programm irnexxa. It-tfal mhux biss imxew ‘il quddiem fl-iskola, imma wkoll ġew minn ta’ quddiem, u tnejn minnhom ġabu l-ogħla grad fil-livell tagħhom. Dan il-fatt għamlilhom kuraġġ. Għalhekk din is-sena ser iżidu tnax-il tifel u tifla oħra. Imbagħad, għal dik li hija saħħa, offrew li jħallsu l-ispejjeż sakemm xi ħadd minnhom ikun l-isptar, għal check-ups, u xiri ta’ mediċina, għax il gvern ma jagħtihomx. S’issa qed isostnu regolarment ħames pazjenti b’mediċini. Minbarra l-lat finanzjarju, il-Kommunità MSSP qed tipprova toffri għajnuna psikoloġika u morali. Imorru jisimgħu l-istejjer ta’ tant tbatija li kull familja tgħaddi minnha. Dan qed jagħmluh imbuttati mit-tagħlim tal-Knisja, li l-fqar mhux qegħdin hemm biex insolvulhom il-problema, imma huma ħutna, ulied Alla, u rridu ngħinuhom.
Tixtieq tgħin inti wkoll fi proġetti bħal dan li qed isir fil-Filippini? Ċempel lil Fr. Norbert Bonavia 79265968 jew ibgħatlu email norbertbonavia@gmail.com Kull għajnuna finanzjarja tiġi apprezzata għax biha jsir ħafna ġid.
newspaper post
Aħna Lilkom • 3