NEWSPAPER POST
Ġużeppi De Piro Missjunarju 5
Settembru 2017 / Għadd 527
Ġ. De Piro waqqaf Soċjetà għall-missjonijiet ad gentes (i)/2
F
r. Emmanuel Adami, twieled il-Birgu. Attenda l-iskola primarja fl-istess belt. Minn hemm huwa mar is-Seminarju tal-Arċisqof fil-Furjana. Qabel ma daħal novizz mas-Socjetà Missjunarja ta’ San Pawl f’1957, kien membru tal-MUSEUM filBirgu wkoll. Għall-istudji tal-Filosofija u t-Teoloġija mar l-Università ta’ Malta, fejn fit-3 ta’ April tal-1965 ġie ordnat saċerdot minn idejn l-Arċisqof Gonzi. Fl-ewwel ftit snin tas-saċerdozju, huwa kien House Father fid-Dar ta’ San Ġużepp. Imma x-xewqa li jkun missjunarju ma damx ma qatagħha. L-ewwel mar għal tmien snin fil-missjoni tagħna fl-Awstralja fejn ħadem f’North Sunshine u Hosley Park. Imbagħad mar għal tnax-il sena fil-Peru. Fost il-ħafna xogħol li għamel, bena skola għat-tfal bi bżonnijiet speċjali u orfanatrofju għall-istess tfal u oħrajn abbandunati li għadhom jiffunzjonaw sa llum. Lura fl-Awstralja, huwa xtara l-art f’Horsley Park fejn illum hemm mibnija l-parroċċa. Imbagħad għadda erba’ snin fil-parroċċa ta’ St. Bernardette f’North Sunshine . F’dawn l-aħħar snin huwa kien fid-dar li s-Soċjetà għandha f’Parkville, fejn kien attiv ħafna fil-gruppi ta’ talb, żjarat lill-anzjani u fuq kollox kien kappillan tal-Maltin u tal-Ispanjoli. Wara tnax-il sena fil-Peru, u 36 oħra fl-Awstralja, issa jinsab lura Malta.
D
an li ġej seħħ wara l-ittra lil La Fontaine u lill-Papa Benedittu XV
Kważi erba’ snin wara, f’April 1920, De Piro nnifsu mar Ruma ħalli jiltaqa’ personalment mal-Kardinal Van Rossum, il-Prefett tal-Kongregazzjoni Propaganda Fide, u jitkellem miegħu direttament dwar l-għan ewlieni tas-Soċjetà. Il-Fundatur ħassu li kien ippreżenta ma’ Van Rossum il-ħsieb tiegħu b’mod ċar. Fil-fatt, iżda, deher li kien baqa’ l-inċertezzi fil-moħħ tal-Ġerarkija Rumana. Tant hu hekk li fit-18 ta’ Awwissu tal-istess sena l-Qaddej ta’ Alla kiteb hekk lis-Segretarju ta’ Propaganda Fide: “Forsi meta kont Ruma, jien ma fissirtx lili nnifsi tajjeb, jew forsi ma fhimtx tajjeb il-ħsieb ta’ dik is-Sagra Kongregazzjoni… Jien kont fissirt li, billi jibdew mill-għajnuna spiritwali tal-Maltin barra minn arthom, ma kinux ser jeskludu l-konverżjonijiet tal-infidili. Bidu bħal dan jista’ jgħin biex il-Maltin jinġibdu iżjed lejn dan l-Istitut li qiegħed jitwieled, u b’hekk ikollu saħħa akbar biex jintefa’ fuq ħidma f’pajjiżi infidili, meta jkun qawwi biżżejjed”. (tissokta)
Fr. Tony Sciberras mssp
Min jaf kemm ser ikunu kuntenti l-benefatturi ta’ Brs. Giovann u Alex, is-sena d-dieħla meta jarawhom saċerdoti. Żgur li ser jgħidu: Biddaqsxejn għajnuna tiegħi issa waslu.” Tixtieq tkun benefattur/a ta’ xi student li għandna fil-formazzjoni? Imbagħad int ukoll tkun tista tgħid, “ Issa żgur għandi minn jitlob għalija, f’ħajti u wara mewti” Mela waqqaf fondazzjoni ta’ Borża ta’ Studju, billi toffri darba biss €600, f’daqqa jew ftit ftit. Ċemplilna 79265968 biex nagħtuk aktar tagħrif. newspaper post
Aħna Lilkom • 4
Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com
KONT HEMM! I
l-Maratona Oħloq Tbissima ġiet u għaddiet. Wara tant preparamenti (li bdew minn Marzu) biex nikkuntattjaw l-artisti kollha li ħadu sehem waqt is-sittin siegħa ta’ xandir, nistgħu b’sodisfazzjon ngħidu li kollox mar b’wiċċ il-ġid. Il-filmati tant sbieħ u oriġinali fuq il-Peru ħallew impatt tajjeb. Kienu apprezzati għax bihom urejna l-verità tas-sitwazzjonijiet li qed jgħixu fihom il-fqar filPeru. Urew ukoll il-ħidma tant utli u indispensabbli li qed jagħmlu l-fathers tal-mssp f’diversi żoni f’Arequipa. Il-filmati wasslu mhux biss il-faqar li jgħixu n-nies imma wkoll is-sbuħija ta’ dan il-pajjiż. Matul il-ħinijiet kollha kemm binhar u kemm billejl, min mar fid-Dar ta’ San Ġużepp u min segwa t-televizjoni, seta’ jara diversi logħob, kant, żfin, diskussjonijiet u attivitajiet oħra għat-tfal u għallkbar, imtellgħin fuq il-palk prinċipali. Mhux faċli li torganizza programm televiżiv ta’ sittin siegħa xandir kontinwu. Imma bl-għajnuna t’Alla u ta’ tant nies ġenerużi din is-sena wkoll irnexxielna ntellgħu programm ta’ livell għoli. Kienu ħafna li apprezzaw dak kollu li raw, u qalulna li kienu mwaħħlin quddiem it-televiżjoni għax ma riedu jitilfu xejn minn dak li kien qed jixxandar. Min ġie seta’ wkoll jieħu gost bl-atmosfera familjari li kien hawn. Fil-fatt din is-sena nistgħu ngħidu li l-bitħa mlejniha matul it-tlett ijiem sħaħ.
Is-somma miġbura sal-aħħar ta’ Lulju laħqet issomma ta’ €195,000 li ser jitqassmu lill-missjonijiet u lit-tfal tad-Dar ta’ San Ġużepp. Ta’ dan kollu nirringrazzja lil kull min b’mod jew ieħor ta l-għajnuna tiegħu b’mod fiżiku jew finanzjarju. L-akbar sodisfazzjoni li nieħdu huwa li nafu li intom il-Maltin u l-Għawdxin tapprezzaw dak kollu li jsir mis-saċerdoti tal-MSSP. Jekk forsi għadek trid tibgħat id-donazzjoni tiegħek, tista’ tuża waħda minn dawn il-linji, li jibqgħu miftuħa s-sena kollha: 5160 2004 (€10), 5170 2007 (€15), 5180 2009 (€25). Tista’ anke toffri €4.66 billi tibgħat sms fuq in-numru 50618099.
L-editur
Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Esperjenza
Minn qalbi nixtieq nirringrazzja u nsellem b’ħafna rispett lil ħutna missjunarji li qed jagħmlu tant xogħol siewi. Ħajjitkom, ħidmietkom u l-eżempju tagħkom ispirawna ferm aħna u nippreparaw għall-Ordinazzjoni Presbiterali fi ħdan is-Soċjetà tagħna.
I
l-formazzjoni tal-istudenti tagħna tingħata ħafna attenzjoni. Kien għalhekk li Rev. Giovann Tabone u Alex Zammit, wara li ġew ordnati djakni fid-19 ta’ Mejju 2017 fil-Filippini, intbagħtu l-Awstralja għal xahrejn. Hemmhekk kellhom l-okkażjoni jaqdu l-ministeru tad-Djakonat, u fl-istess ħin jieħdu esperjenza ta’ missjoni oħra tas-Soċjetà. Qabel kienu diġà żaru u ħadmu fil-missjonijiet tagħna tal-Pakistan, tal-Peru u tal-Filippini fejn qegħdin jistudjaw.
Rev. Alex
Rev. Giovann Dak li jagħmel sabiħ il-formazzjoni inizjali tagħna, fi-ħdan is-Soċjetà tagħna, hu l-ħafna tappi u esperjenzi differenti li kellna tul is-snin. Wara li ġejna ordnati Djakni fil-Filippini - kif stajtu ssegwu mill-ħarġa ta’ April - morna għall-esperjenza ta’ xahrejn ġewwa l-Awstralja. Hemm stajna neżerċitaw il-Ministeru tad-Djakonat fil-parroċċa tagħna bix-xandir tal-Kelma u l-Liturġija, u diversi ministeri u attivitajiet differenti. Kellna xorti verament sabiħa li naraw dak li s-Soċjetà għamlet b’tant fedeltà fl-Awstralja tul is-snin b’mod speċjali mal-emigranti ħutna l-Maltin u l-Għawdxin.
Rev. Giovann u Alex mal-provinċjal tal-Awstralja
Rev. Giovann waqt omelija
Għalkemm ma nistgħux ngħidu li l-Awstralja hi art missjunarja fis-sens tradizzjonali talkelma, wieħed mill-ewwel jinduna bil-bżonn ta’ evanġelizzazzjoni, u l-preżenza tal-missjunarju hija u għadha indispensabbli ħafna. Għalija kienet esperjenza oħra ta’ konvinzjoni li jista’ jkollok kollox, imma mingħajr il-preżenza ta’ dak li Hu kollox, tibqa’ għatxan - u preċiżament huwa hemm li l-Missjunarju jitfa’ kelma u esperjenza ta’ Alla ħaj u relevanti. U dak hu li għamlu u qed jagħmlu, ħutna l-membri tal-MSSP.
Rev. Giovann jgħammed tarbija
Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
L-esperjenza ġewwa l-Awstralja kienet għalija opportunitá biex niskopri iktar mill-qrib l-identitá tagħna bħala missjunarji fl-Awstralja. Il-ħidma pastorali tagħna kienet iffukata fuq żewġ parroċċi tal-MSSP ġewwa Melbourne - fil-parroċċa St. James the Apostle immexxija minn Fr. Jude Pirotta u fil-parroċċa St Bernadette immexxija minn Fr. John Taliana. Fiż-żewġ parroċċi n-nies laqgħuni bi ħġarhom u kelli spazji fejn ngħix id-djakonat li rċevejt. Wieħed mill-iktar elementi formattivi kien id-diversità ta’ kulturi li wieħed isib fil-pajjiż. Il-multikulturaliżmu huwa element importanti filparroċċi tagħna, u jippreżenta opportunitajiet u sfidi sabiex il-parroċċa tkun komunità ospitabbli għad-diversità li ġġib magħha kull persuna. F’dawn ix-xahrejn fl-Awstralja kelli opportunità li nsib ruħi f’post privileġġat fil-ħajja tan-nies. B’ħafna gratitudni nħares lura lejn din l-esperjenza u ninduna kemm ingħatajt fiduċja biex nisma’ u nakkumpanja n-nies li ltqajt magħhom, kemm fil-liturġija u s-sagramenti, kif ukoll meta mort
Rev. Alex mal-kappillan u grupp tal-parroċċa ta’ Hoper Crossing newspaper post
Rev. Alex jgħammed tarbija
inżur in-nies fid-djar tagħhom. Stajt nagħraf kemm l-identità tagħna bħala missjunarji ssejħilna biex inkunu preżenti fil-ħajja tan-nies. F’kultura li kull ma tmur qiegħda ssir iktar sekulari, qiegħed jikber l-għatx fil-qlub tan-nies għal ħajja li tagħmel iktar sens, relazzjonijiet iktar awtentiċi u esperjenza ta’ komunità li tiċċelebra l-fidi tagħha. Żgur li mhux ser ninsa l-persuni li saru parti millħajja tiegħi tul dawn l-aħħar xahrejn, kemm ħutna r-reliġjużi kif ukoll il-lajci li jaqsmu magħna l-ispirtu tal-komunità tal-MSSP. Ngħożż f’qalbi b’gratitudni r-rigal tal-preżenza u l-imħabba li tawni. Din l-esperjenza kienet għalija mod kif niskopri l-missjoni tagħna l-MSSP ġewwa l-Awstralja, u nista’ ngħid li llum inħoss sens ta’ appartenenza għall-ħajja li ngħixu u l-ħidma li nagħmlu bħala komunità tal-MSSP f’dan il-pajjiż.
Aħna Lilkom • 3