NEWSPAPER POST
Ottubru 2016 / Għadd 517
NO 47
Fr. Joe Cremona fil-Provincja ta Bataan
Mill-Provinċja ta’ Bataan, il-Filippini L-iżjed ħaġa li min ikun fil-missjoni jrid jitlob lillMulej hi l-għerf li ġej minnU. Għax il-missjunarju jrid jidħol fir-realtà tal-ħajja u l-mentalità ta’ min ikollu quddiemu. Fil-bidu din sibtha iebsa. Mingħajr ma nħossni li wasalt x’imkien, illum nista’ ngħid xi kliem li jgħidu n-nies u li jagħmilli kuraġġ. Meta tisma’ kliem bħal, “Father, int trid tkun il-vuċi tagħna, aħna bla flus, bla edukazzjoni għolja, aħna m’aħniex politiċi, aħna bla vuċi quddiem l-awtoritajiet". Kemm tweġġa’ meta tara proġetti li tkun ippruvajt tmexxihom 'il quddiem, imma jimxu bis-sulluzzu għax huma f’żoni tal-foqra, imbagħad dawk li huma quddiem xi politikant, tarahom jitlestew malajr. Dan joħloq fin-nies apatija u qtigħ il-qalb. Huwa stmat li madwar 1,200 Filippin joħorġu kuljum millpajjiż. Dan jagħmluh b’sagrifiċċji kbar, biex jagħtu tama u futur lill-familja tagħhom. Din hija l-missjoni tagħna li ngħinu u nkunu ta’ kuraġġ u tama fil-mixja tal-ħajja ta’ dawn in-nies. Grazzi għeżież benefatturi. Bl-għajnuniet tagħkom qed ngħinu b’diversi modi, fosthom bi ħlas ta’ miżati tal-universitajiet, billi ntellgħu attivitajiet ta’ kultura u arti barra mill-ħinijiet taliskola u bit-tagħlim ta’ snajja lil ġenituri żgħażagħ bla xogħol. Il-Mulej ibierek lilkom u lill-familji tagħkom.
Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro
(it-tieni parti) Fit-testment tiegħu De Piro kiteb hekk: Alla li fih poġġejt il-fiduċja tiegħi, ried jużani biex nibda din is-Soċjetà. Il-konvinzjoni tiegħu kienet li l-veru fundatur kien l-Ispirtu s-Santu u li qabel kull xandir talmessaġġ, irid ikun hemm esperjenza tal-Ispirtu. Din ir-realtà tiġbor fiha l-ħajja u l-qdusija talmixja spiritwali tiegħu. De Piro juri biċ-ċar li l-missjoni, l-ewwel u qabel kollox, hija attitudni (xeħta) u mhux post ġeografiku. “Biex tkun taf jekk għandekx l-imħabba t’Alla f’qalbek, irridu nħarsu fina nfusna, ħalli naraw jekk hemmx xewqa li l-Isem Tiegħu jkun magħruf kullimkien,” jikteb hu stess. Sa minn żgħożitu, huwa dejjem żamm f' qalbu l-ideal missjunarju. Hu kellu vera vokazzjoni missjunarja, li kien kapaċi jwettaq tul ħajtu kollha, u li mbagħad għaddiha lillmembri tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl li hu waqqaf. L-ispiritwalità ta’ De Piro għandha l-għeruq tagħha fit-tfittxija kontinwa tal-misteru talinkarnazzjoni. Din ir-riflessjoni għenitu jiltaqa’ m’Alla fir-realtajiet umani, speċjalment fl-istorja tiegħu u tal-oħrajn.
Fr. Joe Cremona mssp
TRID TGĦIX ĠURNATA MA’ MISSJUNARJU? Dan jista’ jsir billi tagħżel ġurnata għażiża għalik, ibbukjaha minn qabel u offri €23. Fil-jum magħżul minnek il-missjunarju joffri l-quddiesa u t-talb tiegħu għalik filwaqt li inti tkun qed tgħinu jlaħħaq max-xogħol pastorali u soċjali tiegħu.
NEWSPAPER POST
ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB
Xi tfisser tkun missjunarju?
Aħna Lilkom • 4
Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com
Missjunarji fl-MSSP fl-età tas-sittinijiet
M
hux l-ewwel darba li tisma’ lil xi ġenitur ta’ ċerta età jgħidlek, “Wara li kibru t-tfal erġajt bdejt inrabbi. Imma t-tfal ta’ llum mhux bħal ta’ dari!” Illum issib korsijiet fuq it-trobbija wkoll għannanniet biex jgħinuhom iġeddu s-sengħa jew aħjar il-vokazzjoni tat-trobbija. Dan jiġri wkoll fil-każ tagħna l-missjunarji li wara snin fil-ministeru nintebħu li la aħna u lanqas id-dinja ta’ madwarna ma għadha l-istess u li għandna bżonn inġeddu l-vokazzjoni tagħna ħalli nkunu nistgħu nservu aħjar is-sejħa li l-Mulej jagħmlilna. Bejn it-28 ta’ Awwissu u l-14 ta’ Settembru, tlettax-il membru tal-MSSP li jaħdmu fil-missjonijiet tagħna, ilkoll fl-età tas-sittinijiet, inġabru flimkien ġewwa Malta biex jattendu għal żmien ta’ formazzjoni. L-ewwel ġimgħa kienet esperjenza spiritwali fejn komunità kariżmatika għenet lillmissjunarji jerġgħu jgħixu s-sejħa missjunarja li l-Ispirtu tal-Mulej għadu jagħmel. Kien żmien ta’ tiġdid u ċelebrazzjoni ta’ fidi. Fittieni ġimgħa Dr. Kevin Egan, teologu u psikologu Irlandiż iffaċilita kors ta’ formazzjoni li ndirizza realtajiet marbutin ma’ din l-età. Allura l-missjunarji tagħna kellhom ċans jesploraw il-mumenti
Missjunarji fl-MSSP
ta’ transizzjoni li għaddew minnhom u l-isfidi ġodda li din il-fażi ta’ età ġġib magħha, jaraw kif ilmaħfra tista’ tingħex b’mod iżjed sħiħ, u anke kif ilmissjunarju ta’ ċerta età għandu postu fil-ministeru. Fl-aħħar ġimgħa, Fr. Bernard Falzon mssp qasam mal-missjunarji miġbura l-ħsibijiet varji li t-teoloġija tal-missjoni llum qiegħda tesplora. F’dawn il-jiem dawk preżenti kellhom il-possibiltà li jaqsmu l-esperjenza vasta tagħhom u jpoġġu f’dawl ġdid ix- xogħol li qed iwettqu. Din l-esperjenza fi kliem il-missjunarji tagħna ma kinitx biss formattiva imma wkoll okkażjoni sabiħa fejn l-aħwa jiltaqgħu u jesperjenzaw ilkomunjoni ta’ bejniethom li fl-aħħar mill-aħħar hi xhieda missjunarja. L-Editur
Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Esperjenza missjunarja fil-Pakistan Mary Azzopardi Mangion
F
tit tax-xhur ilu ġiet fi tmiemha t-tielet esperjenza missjunarja tiegħi flimkien malmembri tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl ġewwa l-Pakistan, propju fis-Sena tal-Ħniena. B’kollox qattajt xahar u nofs f’ħidma kontinwa. Kienet esperjenza ferm differenti mit-tnejn ta’ qabilha għaliex din id-darba għext għal xahar u nofs propju fl-istess kunvent tas-Soċjetà u qsamt il-ħajja tiegħi magħhom fejn tidħol ħidma, ferħ, tbatija u l-ħajja ta’ kuljum. Huwa veru li jiena għandi lil ħija, Fr. Bernard Mangion, membru ta’ din is-Soċjetà li qiegħed ilPakistan imma għalija kemm Fr. Pierre kif ukoll Fr. Gerard ħassejthom li kienu lkoll ħuti. L-akbar esperjenza tiegħi din id-darba kienet iż-żjarat fid-djar. Żorna diversi familji fejn wara li konna nkantaw u nitolbu flimkien, kien isir it-tberik tal-familji. Qsamna ħafna ħsibijiet flimkien. Nistqarr li għalija l-lingwa kienet problema però tkellimna billingwa ħierġa mill-qalb. Kienu diversi dawk li qasmu miegħi l-ferħ u t-tbatijiet tagħhom. Jiena dejjem tlabt lill-Ispirtu s-Santu biex jagħtini d-dawl x’għandi ngħidilhom. Fl-iskola mmexxija mis-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl organizzajna Chocolate Day. Trid tara b’liema mħabba u ferħ laqgħuni, kemm l-għalliema u kemm it-tfal, b’kant sabiħ ta’ merħba fejn ħassejt qalbi
Għotja ta' donazzjoni lil Fr. Gerard Bonello MSSP mogħtija mill-Benefatturi Maltin
trid tinqasam bil-ferħ. Din l-istess skola mbagħad stednitni biex nagħti l-premjijiet lit-tfal f’Jum ilPremjazzjoni. Ħassejt ferm il-ferħ u l-kuntentizza fittfal u l-ġenituri tagħhom li mlew is-sala, flimkien ma’ apprezzament kbir. Fl-10 ta’ Frar ġewwa l-kunvent organizzajna quddiesa għar-reliġjużi Maltin li jaħdmu fil-Pakistan. Wara l-quddiesa kellna ikla. Jiena sajjartilhom illażanja li ntgħoġbot ħafna. Meta kont immur għall-quddiesa fil-parroċċa dedikata lill-Konverżjoni ta’ San Pawl u mmexxija mill-MSSP, it-tfal u l-abbatini kienu jduru miegħi. Xi ngħidu mbagħad meta kont nagħtihom iċ-ċikkulata! U ara ma taħsbux li t-tfal biss kienu jiġu. Kulħadd kien inewwel idu.
Kull fejn mort laqgħuni b’imħabba kbira. Veru li kienu ħafna dawk il-mumenti ta’ ferħ. Imma mumenti ta’ wġigħ il-qalb kelli wkoll. Fost l-oħrajn insemmi katekista li waqt li kont qed nifirħilha għall-ħidma tagħha fil-parroċċa, infaqgħet f’bikja. Ħsibt li għidtilha xi ħaġa li weġġgħetha, imma bdiet tirrakkontali l-istorja tagħha u kemm kienet qed issibha iebsa biex tmexxi l-familja minħabba li żewġha jieħu d-droga. Offrejtilha xi ftit għajnuna finanzjarja u tant għannqitni u bisitni li nistqarr li nfqajt nibki magħha. Nista’ ngħid li din l-esperjenza wrietni minn kollox. Urietni kemm għandi għax nirringrazzja lil Alla li ngħix f’din il-gżira żgħira fejn ma jonqosni xejn. Kemm għandi għax nirringrazzja lil Alla li tana din il-grazzja hekk kbira li, flimkien mal-Membri tasSoċjetà Missjunarja ta’ San Pawl ġewwa l-Pakistan,
Chocolate Day fl-iskola mmexxija mill-MSSP
Jum il-Premjazzjoni fl-iskola mmexxija mill-MSSP
Ħarga mal-Abbatini Bniet Party tal-Abbatini flimkien mar-Rosary Group
Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Ikla f'Jum il-Festa tan-Nawfraġġju ta' San Pawl fil-Kunvent tal-MSSP bl-attendenza ta' Reliġjużi Maltin li qed jaħdmu fil-Pakistan
NEWSPAPER POST
fl-età ta’ 68 sena nagħmel din l-esperjenza u lesta li jekk Alla jagħtini saħħti nerġa’ mmur u nwettaq dak li tant nies talbuni nagħmel: “Erġa ejja!!” u għamilt dak li talabni l-Mulej, li hu l-istess imħabba, iġifieri wassalt imħabbtu lil tant nies. Nirringrazzja wkoll lil Alla u lil tant benefatturi, li għandhom għal qalbhom il-ħidma tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, li tawni flus biex stajna ngħinu diversi familji foqra u ħafna ħidmiet oħra tal-istess Soċjetà. Nitolbu għal tant missjunarji Maltin li l-ħidma tagħhom hija bla serħan. Nitlob 'l Alla li jtini s-saħħa biex is-sena d-dieħla nkompli din l-esperjenza fil-Pakistan.
Waqt mill-attivitajiet li għamlu l-istudenti f'din l-okkazzjoni taċ-Chocolate Day
Aħna Lilkom • 3