NEWSPAPER POST
April 2018 / Għadd 534
Ġużeppi De Piro Missjunarju 5
Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB
Spiritwalità missjunarja (i)
Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB
Ġużeppi De Piro
Ġ
użeppi De Piro kien dejjem pront biex isegwi lill-Mulej kulfejn sejjaħlu.
Fr. Benedict Sant mssp Fr. Benedict Sant twieled Tas-Sliema. Wara li sar saċerdot huwa għamel żmien bħala prefett talAspiranti tas-Soċjetà tagħna. Fl-1965 mar għal xi żmien fil-missjoni tagħna fil-Kanada. Minn hemm, intbagħat l-Awstralja, fejn ħadem bħala kappillan tal-Maltin fl-istati ta’ Victoria, Western Australia u New South Wales. Għamel ukoll żmien kappillan tal-Parroċċa Our Lady of Victories, Horsley Park, u superjur tad-Dar li s-Soċjetà kellha f’Wantirna, Victoria. Fl-1982 huwa nħatar kunsillier tas-Superjur Ġenerali u għalhekk kellu jiġi Malta. Meta spiċċa minn din il-kariga, irritorna l-Awstralja, fejn kompla x-xogħol li kien jagħmel fil-parroċċi tas-Soċjetà u mal-emigranti. Għal dawn l-aħħar għaxar snin, Fr. Sant ħadem mal-Maltin f’Sydney kif ukoll fiċ-Ċentru La Vallette fi Blacktown. Issa, wara 35 sena fil-missjoni, Fr. Benedict Sant irritorna lejn Malta.
Fl-1905 fid-Djarju tiegħu, ippreżenta n-natura tas-Soċjetà. Hu niżżel bi kliem ċar, li l-membri kellhom ikunu pronti biex imorru kulfejn kien jindikalhom b’mod jew ieħor il-Mulej: “Il-Kelma tal-qaddis tagħna għandha tkun’Nimxi warajk kulfejn tmur’.” Daqs erba’ snin wara l-Fundatur ħejja l-ewwel formula ta’ professjoni li kellhom jagħmlu l-membri futuri tal-Istitut tiegħu. Fost l-oħrajn hu niżżel li l-membru kellu jistqarr li, “L-għan tas-Soċjetà hu li tifforma missjunarji u tibgħathom kulfejn ikun meħtieġ.” Imma meta wieħed jistudja sewwa l-ħajja tal-Qaddej ta’ Alla wieħed jara b’mod l-aktar ċar li l-Fundatur din il-verità kien jgħixha hu nnifsu qabel ma kien jistenniha mill-membri tiegħu. Anke jekk nieħdu ż-żewġ għanijiet prinċipali tas-Soċjetà nistgħu naraw tajjeb kemm hu kien doċli, flessibli għall-Ispirtu ta’Alla: oriġinaljament kellu f’moħħu l-ħidma f’pajjiżi li kien għadhom mhux evanġelizzati, imma meta ċ-ċirkustanzi wrewh li kellu jagħti daqqa t’id lill-emigranti Maltin, lil dawn daħħalhom sewwa fil-proġett tiegħu
Fr Tony Sciberras mssp (ikompli)
Min jaf kemm kienu kuntenti l-benefatturi ta’ Frs. Alex u Giovann, meta raw ix-xewqa tagħhom isseħħ! Tixtieq int ukoll, ikollok din ix-xorti li tkun għent żagħżugħ biex isir saċerdot, u li jibqa’ jiftakar fik f’kull quddiesa li jqaddes? Mela waqqaf Borża ta' Studju billi toffri €600 darba biss f'daqqa, ftit ftit jew flimkien ma' benefatturi oħra. newspaper post
Aħna Lilkom • 4
Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com
Rigal kbir u sabiħ
I
r-rigali normalment ikunu xi ċekk jew inkella xi oġġett sabiħ.
Biss ir-rigal li qed nirreferi għalih huwa ta’ żewġ żgħażagħ li nhar is-7 ta’ April ġew ordnati saċerdoti ġodda mill-E.T. l-Arċisqof Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Dawn huma Fr. Alexander Zammit mill-Mosta u Fr. Giovann Tabone min-Nadur, Għawdex. Huwa rigal, l-ewwel u qabel kollox, għall-Knisja. Huwa rigal għas-Soċjetà tagħna - hekk, issa, għandna żewġ missjunarji oħra - u għall-familji tagħhom. Huwa rigal ukoll għall-benefatturi li għenuhom jaslu sa fuq l-artal. Naħseb li taqblu miegħi li din l-ordinazzjoni hija verament rigal kbir u sabiħ, fi żmien li qed inħossu n-nuqqas ta’ vokazzjonijiet. Huma għadhom kemm waslu lura mill-Filippini fejn segwew il-kors fit-teoloġija ġewwa Loyola School of Theology, Ateneo de Manila, immexxija mill-Ġiżwiti, li wassalhom għad-degree tal-M.A. Fid-19 ta’ Mejju 2017, kienu ordnati djakni filFilippini stess, mill-E.T. Mons. Honesto Ongtioco, Isqof ta’ Cubao. Huma kienu joqogħdu fid-Dar tagħna talFormazzjoni Internazzjonali, li s-Soċjetà għandha f’Manila. Bħalissa f’din id-dar hemm ħames studenti li qegħdin jistudjaw il-filosofija u t-teoloġija, u ħamsa oħra li qiegħdin fi preparazzjoni biex jibdew is-sena tan-novizzjat.
Fr. Giovann Tabone (xellug) u Fr. Alexander Zammit (lemin)
Għeżież benefatturi u ħbieb tas-Soċjetà, komplu itolbu magħna ħalli l-Mulej ikompli jberikna b’vokazzjonijiet ġodda u qaddisa.
L-Editur
Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Intervista mas-saċerdoti l-ġodda
Fr. Alex Zammit
Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB
Fr. Giovann Tabone Meta kont il-Filippini int kont tmur tgħin lil Fr. Joe Cremona mssp fil-parroċċa li għandna f’Bataan. Tgħidilna ftit fuq din il-parroċċa? Bħala studenti, b’mod speċjali fil-weekends, kienu jħarrġuna f’diversi ministeri differenti. Jiena kont immur fil-parroċċa tagħna f’Bataan. Din il-parroċċa barra l-attivitajiet tas-soltu, jagħtu ħafna importanza lill-formazzjoni tażżgħażagħ. Hekk per eżempju, għandhom programm għat-tfal u ż-żagħżagħ fil-mużika. Ħafna għajnuna waslet anke minn mużiċisti Maltin. B’dan il-mod dawn it-tfal qed isaħħu l-formazzjoni sħiħa tagħhom. Inti min-Nadur Għawdex. Kif sirt taf bis-Soċjetà tagħna? Jien minn dejjem ħabbejt il-missjoni. Niftakar meta konna żgħar kien jiġi missjunarju filparroċċa, Dun Raymond Portelli mill-Perù li kien dejjem iqajjem fija x-xewqa li xi darba mmur ilmissjoni. Imbagħad meta kelli madwar ħmistax-il sena ltqajt ma’ Fr Martin Cilia, mssp li laqagħni mal-komunità tal-formazzjoni u mal-komunità tal-lajċi li kienet ħafna involuta fil-post. Hemm rajt esperjenza qawwija u ħajja tal-Mulej u għalija kienet il-post biex nagħmel realtà din ix-xewqa.
Issa li sirt qassis x’inhu l-appostolat li ser ikollok hawn Malta? Il-ministeru tiegħi bħalissa hu maqsum bejn Malta u Għawdex. Qiegħed ngħix f’Sta Venera, fejn għandna d-dar tal-formazzjoni tagħna. F’din id-Dar qed jattendu numru ta’ żgħażagħ li qed jesploraw il-ħajja tagħna u jgħixu fil-komunità magħna. F’Awwissu ser inkompli l-pastorali tiegħi flOratorju tagħna f’Birkirkara, u dan tul is-sena li ġejja. Wara jekk Alla jrid inkompli b’aktar studji u ħidmiet oħra barra minn Malta.
Inti kont tattendi l-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl tal-MSSP. Kif għenitek l-esperjenza talKulleġġ biex issir reliġjuż fi ħdan is-Soċjetà? L-esperjenza tiegħi ġewwa l-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl kienet bħal żerriegħa li mingħajr ma kont naf inżergħet fija. Is-snin fil-Kulleġġ tawni l-possibbiltà li nsir naf lill-MSSP u l-kariżma tagħha. Wara ftit tas-snin li spiċċajt l-edukazzjoni tiegħi fil-Kulleġġ, erġajt komplejt il-kuntatt mal-komunità tal-MSSP. Għalkemm kienet esperjenza differenti għaliex bdejt nagħmel dixxerniment tal-vokazzjoni tiegħi akkumpanjat mill-komunità tal-formazzjoni f’Santa Venera, is-snin tiegħi fil-Kulleġġ kienu bħal pont żgħir li wassalni biex ningħata bħala missjunarju u saċerdot fi ħdan l-MSSP.
Inti ġejt Malta meta kellek 18-il sena. Għidli ftit x’attivitajiet kellek fir-raħal? Jien kont involut ħafna fir-raħal tan-Nadur, u napprezza mmens l-impenn li kien isir magħna minn diversi membri tal-kleru. Kont membru fil-Museum, allura tajt sehemi f’ħafna attivitajiet, bħal fi żmien il-Milied, florganizzazzjoni tal-Aħħar Ċena u l-Għid. Kont ukoll abbati fil-parroċċa. Barra s-servizz li kien ikollna, kont nattendi l-live-ins, li kienu jagħmlulna. Kont involut fir-Radju tal-parroċċa, li għenni nkun naf xi tfisser tkun responsabbli, u tgħallimt niffaċċja l-udjenza.
Dawn l-aħħar erba’ snin inti studjajt it-teoloġija ġewwa l-Filippini. X’fissret din l-esperjenza fil-proċess formattiv tiegħek? L-MSSP investiet ħafna enerġija u riżorsi sabiex ikolli l-opportunità ngħix f’komunità internazzjonali ta’ brothers fil-formazzjoni ġewwa Manila, filFilippini. Hemmhekk jiena għext fid-dar talformazzjoni tagħna u studjajt fl-Ateneo de Manila. Għalija kienet importanti biex nikber bħala persuna u biex nitgħallem naqsam ħajti ma’ nies li ġejjin minn kulturi għal kollox differenti minn tiegħi. L-esperjenza fil-Filippini għenitni nassimila dak li kont qiegħed nistudja mal-bżonnijiet tan-nies li aħna ngħixu u naħdmu magħhom.
Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
newspaper post
X’inhi waħda mill-esperjenzi fil-Filippini li l-iktar baqgħat f’qalbek? Hemm ħafna esperjenzi u persuni li issa li qiegħed Malta għadni nġorr ġewwa qalbi. Waħda mill-iktar esperjenzi importanti kienet dik ta’ esperjenza pastorali ta’ xahrejn ġewwa chaplaincy fi sptar f’Manila. F’din l-esperjenza kelli l-opportunità niltaqa’ mill-qrib ma’ persuni li kienu morda b’mod terminali, kif ukoll il-qraba tagħhom li kienu jakkumpanjaw fl-isptar. Kienet esperjenza li għallmitni l-valur kbir tal-preżenza, fil-ħajja u filkuntest pastorali. X’ser ikun il-ministeru tiegħek issa bħala saċerdot ġdid? Il-ministeru prinċipali tiegħi bħala saċerdot ser ikun ġewwa l-Oratorju MSSP, ġewwa B’Kara. Minn Ottubru li ġej ser inkun qiegħed Ruma għal kors ta’ speċjalizzazzjoni fit-teoloġija, li ser jgħini nkun ta’ servizz aħjar għall-MSSP u għan-nies li ser naqdi fil-ministeru. Aħna Lilkom • 3