Ahna Lilkom April

Page 1

Ġużeppi De Piro Missjunarju 2

Mission 17

F

tit taż-żmien ilu, erbatax-il persuna millparroċċa tagħna fl-Awstralja “St. James the Apostle”, flimkien mal-kappillan Fr. Jude Pirotta mssp, mar għat-tielet darba għal ħmistaxil ġurnata jgħin fil-parroċċa tagħna ta’ Santa Katerina fil-Filippini. Fr. Jude, lil dawk li marru miegħu, talabhom li mhux jagħmlu sempliċi mawra missjunarja. Huwa talabhom biex ipoġġu lilhom infushom f’pożizzjoni fejn kultant ser iħossuhom skomdi għas-servizzi tal-oħrajn

Parti mill-grupp taż-żgħażagħ Awstraljani li għamlu l-esperjenza fil-Filippini.

Bl-entużjażmu, bl-imħabba u x-xogħol kultant mhux ħafif, irnexxilhom l-ewwel u qabel kollox jagħtu xhieda ta’ xi tfisser il-ġenerożità ta’ Alla. Kemm damu hemm, organizzaw korsijiet żgħar u seminars fuq l-agrikoltura, il-business management, l-elettriku, il-leadership u korsijiet oħra relatati. Dawn kienu ta’ għajnuna għal dawk iż-żgħażagħ li ma jmorrux skola u għall-irġiel bla xogħol. Irnexxilhom ukoll jitħalltu sew man-nies, daħlu fi djarhom u kielu magħhom. Il-grupp kellu ċans jiltaqa’ man-novizzi tagħna u qasmu magħhom l-esperjenzi tagħhom.

April 2017 / Għadd 523

Malta Missjunarja: l-ambjent fejn twieled u trabba Ġ. De Piro (ii) (2) Kienet din l-istampa sħiħa ta’ Malta u l-Maltin rigward il-missjoni?

Ħ

add ma jista’ jinnega l-asserzjonijiet ta’ Patri Anġ dwar in-numru kbir ta’ Maltin li dejjem ħadmu f’missjonijiet barra minn pajjiżhom. Għalkemm dan il-Kapuċċin kellu t-tendenza li jinġarr mill-entużjażmu fejn tidħol il-missjoni, hu bbaża kliemu fuq il-fatti. Fl-istess ħin Mons F.X. Bonnici, pijunier ieħor li ħadem ħafna għallmissjoni, kien jaħsibha mod ieħor fuq is-saċerdoti Maltin. Mons Ġużeppi De Piro kellu ħafna kuntatt ma’ Bonnici u preċiżament minħabba f’hekk kien qasam miegħu l-ħsieb dwar it-twaqqif ta’ soċjetà missjunarja. Bonnici ma tantx inkoraġġih; kien qallu li s-saċerdot Malti hu marbut wisq ma’ pajjiżu. Hu diffiċli tgħid min kien korrett, jekk hux Mizzi jew Bonnici. Forsi kienu t-tnejn. Jekk Mizzi kellu raġun jippreżenta l-ħeġġa tal-Maltin għallmissjoni, Bonnici kellu wkoll raġun meta tkellem mis-saċerdoti Maltin bħala marbutin wisq ma’ art twelidhom. Meta wieħed kien jikkunsidra n-numru kbir ta’ saċerdoti reliġjużi u djoċesani u reliġjużi rġiel u nisa li dejjem kien hawn Malta, wieħed ma kienx jista’ jgħid għajr li kien għad hemm ħafna xi jsir. Din kienet is-sitwazzjoni li fiha Dun Ġużepp De Piro beda jaħdem biex iwaqqaf is-Soċjetà ta’ San Pawl. (jissokta)

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com

L-Ewwel Professjoni fil-Filippini

I

s-26 ta’ Frar ta’ din is-sena kien mument sabiħ għalina l-membri tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl għaliex propju dakinhar ġewwa l-Filippini, sitt żgħażagħ għamlu l-Ewwel Professjoni. F’din l-okkażjoni huma wegħdu li jgħixu għal sena l-voti tal-kastità, faqar, ubbidjenza u servizz fil-missjoni, u b’hekk saru membri professi tas-Soċjetà tagħna. Għalkemm dawn il-wegħdiet għamluhom għal sena, l-intenzjoni tagħhom hija li fil-futur ikunu membri sħaħ tal-kongregazzjoni tagħna. Dan kif jitolbu n-normi tal-Knisja, biex tagħti ċans aktar lil dawn iż-żgħażagħ iħaddnu din il-vokazzjoni. Din il-professjoni ssir wara s-sena tan-novizzjat. Jien kont qed nakkumpanjahom matul dan iż-żmien u allura stajt napprezza l-mixja li huma għamlu. In-novizzjat huwa żmien intensiv, imma sabiħ. Huma kellhom l-opportunità jsiru jafu aktar lilhom infushom, lil xulxin, lis-Soċjetà u fuq kollox jibnu relazzjoni personali mal-Mulej. Waħda mill-ikbar sfidi kienet l-internazzjonalità ta’ dan il-grupp. Tnejn minnhom huma mill-Filippini, u l-oħrajn huma mill-Perù, mill-Pakistan, millVjetnam u minn Malta. Il-varjetà tal-kultura toħloq sbuħija u fl-istess sħiħ impenn biex wieħed jifhem lill-ieħor. Għalija wkoll kienet esperjenza li għenitni napprezza dak li kull kultura għandha x’toffri.

Fr Tony Sciberras mssp

Fondazzjoni Librerija Il-librerija tagħna hi mimlija b’ħafna kotba interessanti. Imma dejjem tinħass il-ħtieġa ta’ aktar kotba ġodda. Inti tista tkun Fundatur tal-librerija tagħna billi tagħti donazzjoni ta’ €200 darba biss. Ta’ dan nibagħtulek tifkira sabiħa. Bi flusek tgħin lis-saċerdot fil-ministeru tiegħu li jeħtieġ dejjem iżomm ruħu aġġornat. newspaper post

NEWSPAPER POST

Aħna Lilkom • 4

Il-grupp ta' professi ġodda f'Jum il-Professjoni

Dan għexnieh f’kuntest ikbar meta matul din issena konna niltaqgħu regolarment ma’ novizzi minn kongregazzjonijiet oħra u jkollna laqgħat ta’ formazzjoni flimkien. B’kollox konna nkunu madwar mitt novizz u novizza minn varjetà ta’ pajjiżi bħallIndonesja, il-Korea, l-Indja, it-Tajlandja, il-Mjanmar, isSri Lanka u saħansitra l-Malawi, l-Etjopja u l-Messiku. Xi wħud minn dawn in-novizzi kienu magħna fiċcelebrazzjoni tal-Ewwel Professjoni. Kellna ukoll diversi persuni u għaqdiet li fosthom in-novizzi tagħna kellhom il-ħidma pastorali matul din issena. Ingħaqdu magħna wkoll xi familjari. Kellna wkoll l-opportunità li nxandru din iċ-ċelebrazzjoni fuq l-internet biex il-familjari u l-ħbieb tagħhom li qegħdin ‘il bogħod setgħu jgħixu dan il-mument magħna. Personalment nixtieq nirringrazzja lill-Mulej għall-fedeltà li wera magħna matul din is-sena u għall-appoġġ ta’ tant nies, fosthom intom ilbenefatturi tagħna, li bit-talb tagħkom tant issostnuna. Fr. Martin Galea mssp Moderatur tan-novizzi

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Fra Ġużepp Caruana mssp F

orsi ftit jafu li l-ewwel missjunarju tas-Soċjetà bagħtu l-missjoni l-Fundatur stess fl-Abissinja. Dan hu Fra Ġużeppi Caruana. Fra Ġużepp Caruana twieled f’Bormla fis-17 ta’ Lulju fl-1891. Sa minn ċkunitu ħass xewqa kbira li jagħti ħajtu għax-xandir tal-Evanġelju. Fil-fatt huwa kien wieħed mill-ewwel żewġ żgħażagħ li daħlu fis-Soċjetà fit-30 ta’ Ġunju 1910, fl-ewwel dar tagħha fl-Imdina. Fra Ġużepp kien spiss jitlob biex jintbagħat il-missjoni, għalkemm hawn Malta kien qiegħed jagħmel ħafna xogħol mat-tfal iltima fid-Dar ta’ San Ġużepp f’Santa’ Venera. Il-Mulej ried li meta kien fid-Dar ta’ San Ġużepp hu tgħallem diversi snajja, bħal mastrudaxxa, ħajjat u skarpan. Mhux biss imma kien imur l-Isptar Ċentrali sabiex jitgħallem sew kif jagħti l-ewwel għajnuna. Verament dan kollu sabu ‘l quddiem. Ix-xewqa tiegħu li jmur il-missjoni qatagħha għax fil-21 ta’ Ġunju 1927, Fra Ġużepp ħalla Malta biex imur jaħdem fl-Abissinja, dik li llum hija l-Etjopja, f’missjoni li kellhom il-Kapuċċini Maltin. Hemm huwa ngħaqad ma’ Parti Angelo Mizzi, Kappuċċin. Dan Parti Anġ kien ilu jitlob lillFundatur biex jibgħatlu lil xi ħadd mill-membri tas-Soċjetà. Imma dak iż-żmien, is-Soċjetà kienet għadha fil-bidu u nies ma kellux minn fejn jibgħat. Imma meta ddeċieda li jibgħat lil Fr. Ġużepp, kiteb hekk lil Patri Anġlu: “Fra Ġ. Caruana għandu 36

Fra Ġużepp ma' grupp ta' tfal

Fra Ġużepp waqt xogħol ta' skarpan

Ma' grupp ta' tfal mill-Etjopja

sena. Nara fih bniedem spiritwali ħafna, u hu kapaċi jaddatta ruħu ħafna mat-tfal. Jaf jagħmilha wkoll ta’ infermier. Hawnhekk jien sejjer nitlef l-għajnuna tiegħu; imma nagħmel dan is-sagrifiċċju minn qalbi biċ-ċertezza li l-Mulej ma jonqosx li jibgħatli oħrajn minfloku.” It-48 sena li għadda hemm kienu snin fejn ħalla ħafna eżempju sabiħ. Kien bniedem li ma jaqta’ qalbu minn xejn. Kien jaħdem f’ħafna snajja; bennej, mastrudaxxa, ħajjat u l-bqija. Kien jagħmilha wkoll ta’ infermier. Imma l-aktar ħaġa għal qalbu kienet li jgħallem idduttrina lit-tfal. Fra Ġużepp kien imfittex ħafna għall-pariri. Kienu jmorru għandu qassisin, reliġjużi u anke isqfijiet. Dan kollu kien ġej mill-għaqda li kellu m’Alla fil-quddiesa u l-meditazzjoni ta’ kuljum u fuq kollox ir-rużarju li kien jgħid spiss matul il-ġurnata. Kull ftit ħin liberu li kien ikollu kien imur quddiem Ġesù Sagramentat. Abba Frere, kif kienu jsibuh, kien jinteressa ruħu anke fl-edukazzjoni tat-tfal. Jirrakkonta Dr. Brahoumi Abebe, li meta kien miet missieru

u ma kellu lil ħadd iżjed, il-Fra ħa ħsiebu għal ħafna snin. Għallmu l-bażiku tal-Ingliż, tatTaljan u tal-Franċiż u rranġalu biex ikompli l- istudji tiegħu. Biż-żmien Abebe kiseb pożizzjoni ta’ responsabiltà f’pajjiżu. Dan baqa’ jqis lil Fra Ġużepp bħala t-tieni missier tiegħu. Qatt ma xtaq u qatt ma ġie lura Malta. Baqa’ hemm sakemm miet. Il-funeral tiegħu li

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

Fra Ġużepp fuq il-lemin ta' Fr. Tomlin (li dak iż-żmien kien Sup.Ġeneral) ma' grupp ta' qassisin Etjopiċi

newspaper post

Waqt xogħol ta' dentristija

Fra Ġużepp maż-żmien

sar fit-23 ta’ April 1975, kien xhieda ta’ kemm kien maħbub. Għalih attendew tliet isqfijiet, barra għadd kbir ta’ saċerdoti, patrijiet u sorijiet, u numru bla għadd ta’ nies. Dan l-artiklu nbena fuq intervisti ma’ nies li kienu jafu lil Fra Ġużepp: isqfijiet u qassisin Etjopiċi, patrijiet Kapuċċini u sorijiet Franġiskani Maltin.

Il-qabar ta' Fra Ġużepp, indukrat minn soru Franġiskana

Aħna Lilkom • 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.