Ahna Lilkom April 2016

Page 1

Aħna Lilkom

NEWSPAPER POST

Aħna Lilkom

No 43

Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro

Nibqgħu Grati

I

s-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl ma tista’ qatt tinsa l-memorja tal-Eċċ. Tiegħu Mons. Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca, għax fiż-żmien li kien Arċisqof ta’ Malta kellna l-ftuħ uffiċċjali tal-kawża tal-beatifikazzjoni tal-qaddej t’Alla Mons. Ġużeppi De Piro. Kien fis-7 ta’ Ottubru 1988 fil-kappella talCasa Madre f’Sant’Agata, ir-Rabat, waqt quddiesa preseduta mill-istess Arċisqof Mercieca, li ġie moqri u ffirmat id-dokument tal-bidu tal-kawża fid-djoċesi ta’ Malta. Għal din l-okkażjoni Fr. Tony Sciberras mssp, viċi-postulatur tal-kawża, talab uffiċjalment lill-Arċisqof Mercieca biex jinbeda l-proċess. Għaxar snin wara fil-25 ta’ Jannar, fil-Katidral tal-Imdina, ukoll fil-preżenza tal-Arċisqof Ġużeppi Mercieca, waqt l-aħħar seduta tat-Tribunal, ġew issiġillati l-kaxxi bil-materjal kollu li nġabar mixxiehda, biex jintbagħtu Ruma lill-kongregazzjoni tal-kawżi tal-qaddisin.

Nar li hemm bżonn li jerġa’ jaqbad (2)

K

ien hemm min ħaseb li biex jitwettaq ir-ritorn lejn ir-regola oriġinali, irid jerġa’ jiġi dak iż-żmien hekk imsejjaħ tad-deheb, kif kien fil-bidu tat-twaqqif. Biss kif kulħadd jaf, dejjem kien hemm żmien taddeheb u żmien tat-tbatija f’kull żmien u f’kull ordni jew kongregazzjoni reliġjuża. Il-vera tiġdid irid jibda mit-talb. Il-prattika ġenwina tat-talb titlob smigħ bla biża’ tal-Kelma t’Alla. Ittalb jitlob ftuħ għall-Ispirtu t’Alla; ftuħ għall-Ispirtu li qabbad dak in-nar li bih ispira l-viżjoni ta’ Ġużeppi De Piro. Il-kariżma ta’ De Piro dejjem kienet essenzjalment missjunarja, miftuħa għall-evanġelizzazjoni talindividwi u f’postijiet differenti tad-dinja. Għalhekk, irritorn lejn il-kariżma tal-fundatur jitlob ftuħ lejn d-dinja kollha b’ kulturi diversi dejjem fl-ispirtu tal- Evanġelju. Allura biex nifhmu u nwettqu sew l-ispiritwalità tiegħu, irridu mmorru f’dawk l-inħawi fejn Kristu mhux preżenti, għal dawk li ma jafuhx, għal dawk li huma indifferenti u ostili lejH. L-aħbar it-tajba trid tiġi mxandra lill-batut, lill-imwarrbin, lill-fqar, lil dawk li qatgħu qalbhom mill-ħajja, u lil dawk li jixtiequ jinżlu aktar fil-fond tal-imħabba t’Alla.

April 2016 / Għadd 512

Ħolqa Bejn il-Ħbieb

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com

Naċċettaw lil min hu differenti minna

I

l-missjoni u dak kollu li jista’ jgħin biex ikun hawn aktar informazzjoni u formazzjoni dwarha, dejjem kienu għal qalb is-Soċjetà tagħna. Għal dan il-għan Fr. Louis Mallia mssp, direttur taċ-ĊPI u taċ-ĊAM, u sħabu Edward Wright, Marthese Brincat, Angele Jones u Fr. Bernard Falzon mssp, ħasbu fi proġett ieħor biex ikomplu l-kariżma ta’ Mons. De Piro. Dan qed jagħmluh permezz ta’ seminars, speċjalment għall-istudenti tar-raba’ klassi tas-sekondarja, dwar il-multikulturaliżmu. Fihom ikollhom l-okkażjoni li jiddiskutu, jaraw u jisimgħu esperjenzi ta’ nies ta’ kulur tal-ġilda, reliġjon u kultura differenti. Hu importanti li ż-żgħażagħ tagħna jisimgħu u jesperjenzaw kif jistgħu jiżviluppaw l-immaġini tagħhom dwar il-multikulturaliżmu. Is-seminars qegħdin isiru biex ikomplu jikkumbattu l-preġudizzji u sterjotipi ta’ dawn l-irġiel u n-nisa ta’ għada, u anke biex wara din l-esperjenza ż-żgħażagħ stess jifhmu li wieħed m’għandux jiġġudika lil ħaddieħor mingħajr ma jkun sar jafu jew lanqas biss ikun tkellem miegħu. Waqt is-seminar iż-żgħażagħ jaraw silta drammatizzata maħduma apposta għalihom u jingħataw l-opportunità li jistaqsu u jiddiskutu ma’ persuna refuġjata f’Malta. Wara din l-istess persuna titkellem dwar il-problemi li hi u refuġjati bħalha

jiltaqgħu magħhom sakemm jaslu Malta: il-biża’ u d-diffikultajiet tal-vjaġġ fuq il-baħar li jaqsmuh fuq daqsxejn ta’ dgħajsa, u mbagħad ix-xhur twal li jinżammu magħluqa, fejn l-aċċess għal barra jkun limitat biss għall-kumpless li jkunu maqfulin fih. Nemmnu li dawn is-seminars qed iħallu mpatt fuq iż-żgħażagħ li jisimgħu l-esperjenzi. Huma stess qalulna kemm sabuhom ta’ ġid, għax anke huma qed ibiddlu l-ideat tagħhom dwar il-barranin li qed jiġu Malta. Huma qed joħorġu mħeġġa biex jaqsmu dak li esperjenzaw fis-seminars mal-familjari tagħhom u ma’ ħbiebhom. Marthese Brincat

Ass. Direttriċi taċ-ĊAM Productions Int.

Dan it-tagħrif insibuh fil-ktieb Found among Sinners miktub minn Fr Martin Cilia mssp

L-MSSP tgħix u taħdem bl-għajnuna tagħkom il-benefatturi. Aħsbu fina fit-testment tagħkom ukoll. Grazzi. newspaper post Aħna Lilkom • 4

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Aħna Lilkom

Fr. Norbert Bonavia F

r. Norbert Bonavia twieled f’Birkirkara. Hu l-iżgħar fost disa’ wlied f’familja li l-Mulej żejjinha wkoll b’saċerdot djoċesan (illum Monsinjur) u tliet sorijiet. Fr. Norbert għamel l-istudji sekondarji fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi f’B’Kara. Kompla l-istudji għassaċerdozju fil-Kulleġġ ta’ San Mark, ir-Rabat, għand il-patrijiet Agostinjani. Il-ħamsin sena ta’ saċerdozju ta’ Fr. Norbert nistgħu naqsmuhom fi tliet ministeri. Wara sena u nofs bħala House Father fid-Dar ta’ San Ġużepp u sena u nofs oħra fl-Oratorju ta’ B’Kara, reġa’ lura għall-Casa Madre fir-Rabat. Hawn beda l-ħidma tiegħu fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl li s-Soċjetà għandha fir-Rabat. L-isem ta’ Fr. Bonavia fil-kulleġġ tista’ tgħid kien fuq fomm kull student u l-ġenituri tiegħu għal bosta żmien. Lil Fr. Bonavia kont issibu fil-canteen iqassam l-ikel lit-tfal. Kien ukoll jieħu ħsieb jixtri dak li kien ikun hemm bżonn għat-tisjir u jaħseb għal dak li kien meħtieġ biex isiru l-figolli u l-qagħaq tal-għasel li jagħmlu l-Ladies Circle. Kont issibu fil-bookshop, kemm fil-ftuħ tas-sena skolastika għal dak li huma kotba u uniformijiet kif ukoll matul il-break ta’ nofsinhar. Kont issibu fil-vestwarju jipprova l-ħwejjeġ lillistudent għall-operetta li l-kulleġġ itella’ ta’ kull sena. Kien responsabbli għal-laqgħat ta’ kull xahar

Fr. Norbert ma’ ħutu li għadhom ħajjin

Fr. Bonavia mal-ġenituri dakinhar tal-Ewwel Quddiesa

tal-Ladies Circle. Kemm dam jieħu ħsieb il-bookshop ta’ Sant’Agata, kien iforni bil-kotba lil diversi kulleġġi, liż-żewġ seminarji ta’ Malta u ta’ Għawdex bil-kotba tat-teoloġija u lill-Fakultà tat-Teoloġija tal-Università ta’ Malta. Għal għaxar snin permezz tal-bookshop, huwa tella’ wirjiet ta’ kotba reliġjużi. Barra dan kont issibu fil-klassi bħala għalliem, speċjalment tat-Taljan u r-Reliġjon. Fl-aħħar snin tiegħu fil- kulleġġ, huwa kien ukoll direttur spiritwali tal-istudenti. Hawn ta’ min isemmi d-drawwa sabiħa li daħħal fil-kulleġġ: l-istatwa tal-Madonna li ddur fil-familji ta’ kull student, ħaġa li għadha ssir sa llum. It-tieni żmien tal-ħajja saċerdotali ta’ Fr. Norbert, għalkemm jidħol xi ftit ma ta’ qablu, beda meta kien nominat mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca bħala

ċerimonier djoċesan. Dam f’din il-kariga għal għoxrin sena. Matul dan iż-żmien, huwa assista seba’ konsagrazzjonijiet ta’ isqfijiet, barra numru sew ta’ ordinazzjonijiet tad-djakonat u l-presbiterat. Kellu sehem ukoll fit-tliet żjarat papali f’Malta. It-tielet perjodu, li jidħol ukoll mat-tnejn ta’ qablu, beda meta Fr. Norbert ġie magħżul misSuperjur bħala Delegat tal-Benefatturi f’Ottubru tal-1996. Dan l-impenn Fr. Norbert iħares lejh mhux biss bħala opportunità biex imur f’isem is-Soċjetà jgħid grazzi lill-benefatturi, imma wkoll bħala pastorali, għax mhux darba jew tnejn iqarar u jqarben lin-nies li jmur iżur. F’din l-okkażjoni ta’ għeluq il-ħamsin sena saċerdozju, ningħaqad ma’ ħafna nies li jafuh, biex nawguralu saħħa u ħidma fejjieda, speċjalment issa li hu responsabbli mid-Dar tal-Irtiri fil-gżira ta’ Għawdex. Marthese Brincat

Fl-okkażjoni tal-ordinazzjoni episkopali tal-Em. Tiegħu l-Kard. P. Grech OSA

Ma’ wħud minn ħutu f’jum il-Vestizzjoni

Ass. Direttriċi taċ-ĊAM Productions Int.

Mal-Arċisqof Cremona

Fr. Norbert ma’ ħutu u l-Arċisqfijiet fl-okkażjoni tal-50 sena saċerdozju

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

Mal-Arċisqof Mercieca

Mal-Papa Benedittu XVI

newspaper post Aħna Lilkom • 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.