Ahna Lilkom December 2014

Page 1

Diċembru 2014 / Għadd 497

John Agius (eks Fathers’ Club) Il-kuntatt tiegħi mal-SPMC beda meta Adrian u warajh Kenneth, tnejn minn uliedi, daħlu fil-Kulleġġ. Kien bidu ta’ esperjenzi sbieħ li kibru matul is-snin li wliedi damu l-Kulleġġ. Illum għall-grazzja t’Alla l-kbir speċjalizza fl-E.N.T. u ż-żgħir hu perit. Ir-rabta kompliet tikber meta Fr. Bernard Mangion, li kien rettur f’dik il-ħabta, waqqaf il-Ladies Circle u marti Mary (illum qiegħda għand il-Mulej) ġiet magħżula l-ewwel president. Lili talabni biex nagħmel parti mill-Fathers’ Club. Ix-xogħol tagħna l-irġiel kien jikkonsisti filli ngħinu lir-Rettur fil-policy making tal-kulleġġ. Dak iż-żmien bdejna l-famużi ħarġiet ta’ San Martin b’xi 800 ruħ jieħdu sehem. Ħaġa oħra sabiħa li bdejna l-Fathers Club kienet l-iskola sajf li tagħha kont Officer in Charge għal ħmistax-il sena sħaħ! Konna ngħallmu suġġetti extra-kurrikulari bhal typing, accounts, shorthand u suġġetti oħra. Nitlob lil Mons. De Piro jbierek ix-xogħol li qed jagħmlu wliedu, l-MSSP.

Mary Bezzina (membru fil-Ladies’ Circle) Nista’ ngħid li nofs ħajti għaddejtha l-Kulleġġ. Minbarra li kelli erbgħa minn uliedi studenti fih, fosthom ir-rettur preżenti, issa daħlu wkoll inneputijiet. Hekk kif jiena u żewġi rfisna f’dan il-post, inġbidna lejh. Dan ma setax jonqos, għax meta konna naraw lill-Fathers stess imiddu jdejhom għal kollox,

aħna wkoll ridna ngħinu. Żewġi Frans, li llum ingħaqad mal-Mulej, kull meta kien ikun frank, kont tarah tiela’ l-Kulleġġ biex jagħti daqqa t’id. Jiena mill-ewwel dħalt fil-Ladies Circle. Ix-xogħol tagħna kien varjat. Konna nħitu l-purtieri, il-ħwejjeġ għall-operetta, naħslu l-kulleġġ, insajru għall-istudenti fil-canteen u nbiegħu fil-bażars. Biss ma nistax ma nsemmix il-qagħaq tal-għasel. Meta bdejnihom konna nbatu għax il-qastanija konna rridu ndawruha b’idejna. Imma malajr konna ninsew is-sagrifiċċju, meta tara kif kienu u għadhom jinħatfu. Mal-qagħaq għadna nagħmlu wkoll il-figolli. Jalla aħna l-ommijiet nibqgħu ngħinu kemm nistgħu. Josephine Grech (eks għalliema volontarja) Il-kuntatt tiegħi mal-Kulleġġ nafu lill-Moviment Missjunarju, li tiegħu ibni kien membru. Kull sajf kienu jagħmlu xahar jiġbru għallmissjoni u jmorru jieklu u jorqdu fil-Kulleġġ. Jiena u xi żewġ ommijiet oħra konna nsajrulhom. Darba kif kont hemm ġie fuqi Fr. Mangion, ir-Rettur, u staqsieni x’kont ngħallem meta kont għadni naħdem. Għidtlu li kont ngħallem fil-primarja, imma nħobb ħafna l-matematika. Kelma ġġib `il oħra u dħalt għalliema tal-matematika bħala volontarja, u domt disa’ snin. Sibt li bħali kien hemm għalliema volontarji oħra. Fosthom kien hemm Ms. Maggie, Pawlu Mizzi u oħrajn. Kont għal qalbi ħafna. L-istudenti kienu jikkoperaw. Ilum saru rġiel. Kemm nieħu gost meta mmur x’imkien u niltaqa’ ma’ xi ħadd minnhom u jagħrafni. Jiġi jgħidli, “Int mhux Miss Grech? Grazzi ta’ dak li għallimtni.” Dak kien żmien ta’ sodisfazzjon kbir għalija.

Awguri għal Milied Qaddis Óolqa Bejn il-Óbieb

4 Aħna Lilkom 

NEWSPAPER POST

AĦna lilkom Ħolqa Bejn il-Ħbieb

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com

Il-ġublew tad-deheb

Kien Fr Stanely Tomlin, li bil-għajnuna tal-komunità tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, u bil-għan li jkun benniena ta’ vokazzjonijiet, waqqaf il-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl (magħruf ukoll bħala Sant’Agata) fir-Rabat. Din is-sena, dan il-Kulleġġ qiegħed jiċċelebra l-ħamsin anniversarju. Wasal iżżmien li kull min b’xi mod kellu, jew għandu x’jaqsam mal-Kulleġġ, sew jekk student, ġenitur jew edukatur, iħares lura u jirringrazzja lil Alla għall-grazzji kbar li għaddiena minnhom. Il-bidu tal-Kulleġġ kien pjuttost fqir. Kamra fl-ewwel sular u qlub ġenerużi laqgħu l-ewwel studenti. Għal ħafna snin, l-għalliema kollha kienu membri fis-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. Imma peress li s-Soċjetà ta’ San Pawl trid tmantni l-missjonijiet tagħha barra minn Malta, ħafna membri kellhom iħallu l-Kulleġġ biex jaħdmu fl-artijiet tal-missjoni. Il-providenza ta’ Alla ma naqset qatt, u diversi lajċi nqabdu blentużjażmu tagħna u offrew is-servizz tagħhom b’mod volontarju. Fosthom kien hemm is-Sinjuri Mario Farrugia, Victor Apap, Pawlu Mizzi, Josephine Grech, Kilin Spiteri, Charles Theuma, Sister Wallace, Ms. Maggie u oħrajn. Rajna wkoll il-providenza ta’ Alla taħdem magħna għaliex minkejja li qatt ma ntalbu miżati, il-Kulleġġ baqa’ għaddej fuq saqajh. Bosta studenti għaddew mill-Kulleġġ, u llum sabu posthom fis-soċjetà Maltija u barranija. Il-Kulleġġ kompla jikber u biż-żieda tal-Junior School fl-2011, Newspaper post

in-numru ta’ studenti huwa bejn wieħed u ieħor ta’ 560, immexxija minn mitt edukatur. Iċ-ċelebrazzjoni tal-50 anniversarju tinkoraġġina biex bħala komunità nħarsu lura u nirriflettu fuq l-affarijiet sbieħ li rnexxielna nwettqu, filwaqt li nħarsu `l quddiem lejn ilfutur. L-ispirtu ta’ dan il-Kulleġġ Kattoliku jħaddan it-tagħlim ta’ Ġesù Kristu, realtà li tkompli tissaħħaħ bil-kariżma tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. Din il-kariżma tinkoraġġixxi lil kulħadd biex ikun inklussiv fil-mod li jħares lejn il-ħajja. Il-Kulleġġ jemmen f’edukazzjoni ħolistika li tħares lejn l-aspetti kollha tal-personalità tal-istudenti, sew dik akkademika, psikoloġika, soċjali, fiżika u spiritwali. Jalla Mons. De Piro jibqa’ jħares mis-sema din l-opra ta’ wliedu. Fr. Silvio Bezzina mssp Rettur

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Il-ġublew tad-deheb

Óolqa Bejn il-Óbieb

F’din l-okkażjoni tal-Ġublew tad-Deheb tal-kulleġġ missjunarju tagħna, tlabt diversi nies jgħidulna l-esperjenzi tagħhom.

Joe qieghed bilwieqfa it-tieni wiehed mill-lemin.

Joe Dimech (eks student) Għadni niftakar qisu lbieraħ...u għadni sa llum, ħamsin sena wara, ngħożż il-memorji sbieħ tal-perjodu li għaddejt fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl. Jiena kont wieħed mill-ewwel ftit studenti talewwel sena tal-Kulleġġ il-ġdid. Kull ma kellna kienet kamra ta’ patri li nbidlet fi klassi. L-għalliema kienu membri stess tas-Soċjetà. Konna nitgħallmu s-suġġetti li kienu jiġu mgħallma fil-kulleġġi l-oħra. Il-kurrikulu akkademiku ma kienx kollox. Kellna wkoll lezzjonijiet u prattika ta’ delizzji bħal pittura, xogħol fl-arkett, il-mużika u delizzji oħra. L-isport ma kienx jonqos, b’mod partikolari l-futbol. Iżda l-iktar suġġett importanti kien il-bini tal-karattru! Il-Kulleġġ kien it-tieni dar tagħna. Konna nagħtu dik id-daqqa t’id biex inżommuh nadif. Niftakar konna nnaddfu l-art bis-serratura mxarrba bil-pitrolju...konna naħslu l-ħġieġ eċċ. kif tagħmel kull familja. Kien dan is-sens ta’ familja u ta’ dar li għenni nibni l-karattru tiegħi...għenni fil-ħajja futura tiegħi.

Ryan John Aquilina (student fil-Ħames Sena) Matul dawn il-ħames snin li ilni l-kulleġġ inħossni li ma kbirtx biss fl-aspett akkademiku imma wkoll fl-aspett spiritwali blgħajnuna tal-grupp Go Tell, il-laqgħat ta’ filgħodu u mill-għajnuna tal-istaff talkulleġġ. Barra minn hekk niftakar li meta kont għaddej minn żmien diffiċli, uħud mill-istaff dejjem kienu hemm biex joffruli l-għajnuna. Fil-klassi, l-għaqda li kibret bejnietna hija kbira. Sirna qisna aħwa fejn lesti li nkunu hemm għal xulxin. Nista’ ngħid li l-kulleġġ sar it-tieni familja tiegħi. Fil-fatt ikolli seba’ mitt sena biex il-vaganzi tas-sajf jgħaddu biex nerġa’ niltaqa’ ma’ din il-familja. Issa wasal iż-żmien biex nitlaq mill-kulleġġ. Insibha diffiċli biex inħalli lil din il-familja iżda b’xi mod jew ieħor il-kulleġġ ħa jibqa’ f’qalbi. Kburi li attendejt fih u li kelli ħames snin tal-ġenn li mhux se ninsa qatt.

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

Fr. Nicholas Dimech (eks student) “Ħa tidħlu tfal u toħorġu rġiel’’. Niftakar li dawn kienu l-kliem tar-rettur fl-ewwel jiem tal-iskola sekondarja ġewwa l-Kulleġġ. L-esperjenza ta’ ħames snin ġewwa l-kulleġġ uriet li mhux biss swiet fl-għarfien tal-edukazzjoni b’għalliema ddedikati imma wkoll nisslet u saħħet fija l-valuri nsara. Nistqarr li dawn il-valuri għenuni niskopri aktar is-sejħa tiegħi għassaċerdozju. Is-sens ta’ komunità li kienet tinħoloq fil-kulleġġ permezz ta’ attivitajiet spiritwali, sportivi, akkademiċi. L-attenzjoni personali lejn kull student kienet tgħin lil kull wieħed minna biex nikbru fl-imħabba u l-ħbiberija lejn xulxin. Imħabba li kienet tissarraf filprattika. Insemmi diversi attivitajiet bħall-Grupp Mt. 25, esperjenzi ta’ volontarjat u live-ins. Meta nħares lura, nirringrazzja lill-Mulej ta’ dan iż-żmien ġewwa l-kulleġġ fejn imtlejt bl-imħabba biex inkun imħabba għall-oħrajn fis-sejħa saċerdotali tiegħi.

Antoinette Costa (għalliema) Issa ilni ngħallem filKulleġġ għal kważi 20 sena. Matul dan iż-żmien bejn wieħed u ieħor daħlu f’ħajti `l fuq minn elf student, tant kollegi u ħafna ġenituri. Għalhekk nista’ ngħid li hawnhekk għandi familja oħra. Fil-Kulleġġ innutajt fost l-oħrajn, li huwa mibni fuq tliet pilastri: l-għalliema, l-istudenti u l-ġenituri. Dawn tal-aħħar verament jinteressaw ruħhom f’kollox, u jagħtu kull għajnuna mill-qalb. Innutajt ukoll li l-istudenti huma mdawrin minn ħafna mħabba u attenzjoni, ibda mir-Rettur sal-aħħar membru tal-istaff. L-istudenti hawn isibu opportunitajiet biex jiżviluppaw it-talenti tagħhom fid-drama, il-mużika, l-isport u oqsma oħra. F’dik li hi formazzjoni reliġjuża, minbarra l-liturġija għandhom isservizzi tad-direttur spiritwali. Aħna l-għalliema m’aħniex minsijin. Minbarra l-laqgħat għall-istaff, jiġu organizzati laqgħat ta’ formazzjoni ta’ kull xorta, inkluż dik spiritwali. F’dan il-post jiena nista’ ngħid li tgħallimt bil-wisq aktar milli għallimt! Josette Zahra (omm ta’ student) L- imħabba tiegħi lejn il-Kulleġġ writtha mingħand il-kunjata tiegħi Josephine, li ħadmet għal ħamsa u għoxrin sena fil-Ladies Circle peress li t-tifel tagħha Alfio, illum żewġi, kien student sas-sena 1986. Meta fl-2007 daħal Ian, l-ewwel iben tagħna, bdejna nesperjenzaw mill-qrib kemm l-istudent mhux biss huwa numru imma jafuh b’ismu u jagħtu kas kull student b’mod ħolistiku. Ma stajtx nibqa’ lura milli noffri ħini fejn ikun hemm bżonn. Meta fl-2010 daħal Neil, it-tifel l-ieħor, komplejna nibbenefikaw bħala familja. Ġew organizzati ħafna attivitajiet u korsijiet li kienu ta’ benefiċċju kbir għalina. L-għajnuna li sibna fil-formazzjoni ta’ wliedna f’dan il-perjodu taladolexxenza hija imprezzabbli. Ta’ dan nibqgħu grati dejjem. Bħal ma jindika l-motto tal-kulleġġ, Instrue me et Vivam, (Għallimni u Ngħix), aħna ċerti li bit-tagħlim ipprovdut mill-Kulleġġ qed nibnu soċjetà aktar b’saħħitha.

 3 Aħna Lilkom 


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.