Ahna Lilkom December 2017

Page 1

NEWSPAPER POST

Diċembru 2017 / Għadd 530

Għeżież qraba, benefatturi u ħbieb, Dan il-fuljett sejjaħnielu Aħna Lilkom għax permezz tiegħu nwasslulkom l-aħbarijiet tas-Soċjetà tagħna. Taħtu hemm is-sotto-titlu “Ħolqa bejn il-ħbieb” li forsi ftit jolqot l-għajn. Propju għax intom il-ħbieb tagħna, irridu nżommukom infurmati b’dak kollu li jkun qed jiġri f’Malta u fil-postijiet tal-missjoni fejn hemm sħabna. Huwa pjaċir għalina li nwasslulkom dak li jkun qed jiġri fis-Soċjetà għax l-opri li tagħmel f’Malta u fl-artijiet talmissjoni intom b’xi mod għandkom parti minnhom għax dawn saru bid-donazzjonijiet u bit-talb tagħkom. Ta’ dan għal darba oħra, nixtieq ngħidilkom grazzi kbira għal kull ma għamiltu magħna mhux din is-sena biss, imma fis-snin l-oħra kollha. Għeżież, ibqgħu itolbu għalina u ibqgħu sostnuna billi ssibulna benefatturi oħra bħalkom. Għall-grazzja t’Alla l-futur tas-Soċjetà jidher sabiħ, u allura għandna bżonnkom. Nirringrazzja lil dawk li bagħtuli l-kummenti tagħhom fuq il-kalendarju, u lil dawk li bagħtu donazzjoni għallispejjeż. Żgur li dak kollu li sar u li għad isir huwa mbierek mill-Fundatur tagħna, l-Qaddej t’Alla, Mons. Ġ. De Piro

L-Orkestra Jose Depiro Kabataan

Fr. Joe Cremona, fundatur tal-orkestra, flimkien mal-istudenti

Fr. Norbert Bonavia mssp Delegat ghall- Benefatturi

I

Aħna l-membri tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl ġewwa Malta u fl-artijiet tal-missjoni nixtiqulek Milied hieni u l-barka t’Alla fuq is-sena l-ġdida 2018.

newspaper post

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com

Aħna Lilkom • 4

l-Filippini hu mimli tfal jiġru barra. Dan ma jawgura xejn tajjeb għal ħafna minnhom. Għalhekk Fr. Joe Cremona mssp, il-kappillan tal-parroċċa ta’ Santa Katarina f’Bataan, ħaseb biex b’xi mod jaqlagħhom minn din is-sitwazzjoni. Bl-għajnuna ta’ ħafna benefatturi rnexxielu f’dawn l-aħħar ħmistax-il sena jibda’ orkestra għat-tfal u ż-żgħażagħ. Illum hemm aktar minn mitt student u studenta fiha, li jattendu kuljum għall-istudju, il-prattika u l-attivitajiet l-oħra li jsiru. Hemm surmast imħallas biex jgħallimhom kull ġimgħa imma ħafna mill-għalliema tagħhom huma Maltin li jsegwuhom fuq l-Iskype. Dan kollu jagħti tama ġdida għall-futur ta’ dawn it-tfal. Imma permezz ta’ dan il-“miraklu” żgħir, kif isejjaħlu s-sindku tal-post, inħoloq aktar minn hekk. Numru kbir ta’ voluntiera jmorru kull sena f’din l-iskola biex jaħdmu ma’ dawn it-tfal u għal xi ħidma oħra filparroċċa. Jien, flimkien ma’ sitt żgħażagħ oħra, kont hemm is-sajf li għadda u fhimt li l-kelma “miraklu”

toqgħod ħafna għal dak li qed isir fil-post ma’ dawn iż-żgħażagħ. Ħafna oħrajn marru għal żmien itwal, sa aktar minn sena u ħadmu hemm, tgħallmu magħhom u taw sehemhom f’dak li kien hemm bżonn. L-entużjażmu u l-enerġija pożittiva li hemm f’dal-post hu diffiċli ħafna li jitfisser bil-kitba. Għal dawn l-aħħar sentejn gruppi żgħar ta’ 4 u 8 żgħażagħ ġew anke Malta jitgħallmu malaqwa mużiċisti. Dan sewa ħafna biex meta jiġu lura jgħaddu t-tagħlim li rċevew lil sħabhom. Fil-fatt, hu sabiħ li tara t-tfal jgħallmu tfal oħra. Bħalissa xi wħud minnhom qed imorru anke fi skejjel jgħallmu lit-tfal u saħansitra lill-għalliema. Illum il-ġurnata qegħdin anke jagħtu kunċerti f’diversi postijiet oħra fil-Filippini. Fr. Karm Debattista mssp (Min irid aktar informazzjoni jista’ jidħol fuq: https://www.facebook.com/KabataanOrkestra)

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Ħarsa lejn l-2017 Ta’ kull tliet snin, is-Superjuri Reġjonali jiltaqgħu flimkien masSuperjur Ġenerali u l-Kunsill tiegħu, biex flimkien jistudjaw ilbżonnijiet ta’ kull reġjun. Din is-sena l-laqgħa saret fl-Awstralja.

Għoxrin persuna mill-komunità taċ-Ċentru Kateketiku u Liturġiku tal-Oratorju mssp marru l-Perù għal tliet ġimgħat bħala parti mill-formazzjoni tal-membri u bħala esperjenza missjunarja.

Għall-ewwel darba fl-istorja tas-Soċjetà, tnejn mill-istudenti tagħna ġew ordnati djakni fil-Filippini.

Kull sena Fr. Karm Debattista mssp, itella’ grupp ta’ żgħażagħ, għal espejerjenza missjunarja. Din is-sena marru l-Filippini biex jgħallmu l-mużika lit-tfal u ż-żgħażagħ fil-parroċċa ta’ Bataan.

Okkażjoni oħra sabiħa kienet meta Frs.V.Shields, T.Micallef, D.Carabott u J. Barbara iċċelebraw il-Ġublew tad-Deheb tal-ordinazzjoni saċerdotali tagħhom. Is-saċerdoti tagħna f’Melbourne u f’Sydney, din is-sena bħas-soltu organizzaw il-Festa ta’ Maria Bambin fit-8 ta’ Settembru għall-emigranti Maltin.

Fid-Dar Stella Maris f’Għawdex, saret laqgħa għallbenefatturi Għawdxin. Dakinhar ġiet inawgurata pittura ġdida tal-Fundatur - il-Qaddej t’Alla, Mons. Ġ. De Piro.

Erba żgħażagħ, tlieta mill-Pakistan u wieħed millVjetnam, bdew is-sena tal-pre-novizzjat fil-Filippini.

Fil-Perù, fejn diġà għandna seba’ saċerdoti Peruvjani, din is-sena erba’ żgħażagħ oħra bdew mixja ta’ formazzjoni tagħhom fi ħdan is-Soċjetà.

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

Għall-ħmistax-il darba, ġewwa d-Dar ta' San Ġużepp f'Sta. Venera, ċ-ĊAM u ĊPI Productions tellgħu l-maratona Oħloq Tbissima. Is-sena d-dieħla l-maratona se ssir bejn l-20 u t-22 ta' Lulju. newspaper post

Il-Kariżma tal-fundatur, il-Qaddej t'Alla Mons. De Piro, bilgrazzja t'Alla, issa qiegħda tasal f'art oħra - Kuba. Dan għaliex fi Frar li għadda Frs. Nilton Aderbalo u Mario Ramos mssp, it-tnejn Peruvjani, bdew missjoni ġdida f'din il-gżira.

Aħna Lilkom • 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.