Aħna Lilkom
NEW S P A P E R
Diċembru 2015 / Għadd 508 No 39
Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro
Għeżież familjari, benefatturi u ħbieb Meta nħares lejn is-sena li għaddiet, inħoss li għandi għax nirringrazzja lil Alla għal tant okkażjonijiet sbieħ li kellna fis-Soċjetà. Insemmi l-Ġublew tad-Deheb ta’ ħames saċerdoti, il-Ġublew tal-Fidda ta’ żewġ saċerdoti oħra, il-maratona Oħloq Tbissima, il-gruppi ta’ volontarjat li telgħu l-Irlanda u l-Perù. La semmejt il-Perù, niftakar fl-esperjenza sabiħa li kelli f’dan il-pajjiż fejn mort għal xahar. Ħija/oħti, altru tisma’ u altru tara. Bħal drabi oħra ngħidlek li inti wkoll għandek parti mix-xogħol tagħhom. Għalaqna s-sena bl-ordinazzjoni ta’ Fr. Carlos, saċerdot ġdid fil-Perù, biex issa hemm jaħdmu filmissjoni tal-Perù seba’ saċerdoti Maltin u sebgħa Peruvjani. Is-sena d-dieħla mill-ewwel ser nibdew bissabiħ. Għalissa, imma, sejjer inħallik bil-kurżità. Kelma tal-aħħar: għalkemm jien issa ninsab fid-Dar tagħna f’Għawdex, xorta bqajt inżurkom fid-djar tagħkom. Grazzi kbira. Tinsewnix fit-talb tagħkom u b’kull għajnuna oħra li tistgħu toffru. Fr. Norbert Bonavia mssp
Delegat għall-Benefatturi
POST
Qassis skont il-qalb t’Alla
D
awn l-aħħar xhur irriflettejna kif Mons. De Piro għex l-ispiritwalità, u kif ried li jgħixu l-membri tas-Soċjetà tiegħu. Imma jekk irridu nidħlu aktar fil-fond ta’ din l-ispiritwalità, biżżejjed naraw kif għex il-ministeru saċerdotali tiegħu u hekk nindunaw xi kwalità ta’ bniedem kien. Hu kien iħalli lilu nnifsu jiġi mmexxi millpreżenza t’Alla, li kienet tagħtih direzzjoni f’ħajtu f’kull għażla li għamel, liema xogħol kien jidħol għalih u l-viżjoni li ta lil ħajtu. L-iskoperta li darba għamel u baqgħet miegħu ħajtu kollha kienet il-misteru tal-inkarnazzjoni. Din għenitu jiltaqa’ m’Alla fil-bniedem. De Piro ma ħarisx lejn il-ministeru saċerdotali u l-ħajja kollha attiva tiegħu bħala xi ħaġa miżjuda għall-ħajja nisranija, imma parti sħiħa mill-mixja spiritwali. Verament kont taraha inkarnata f’esperjenzi umani. Li tkun solidali mal-oħrajn tfisser li trid tħobb lil dak li jkun u jkollok paċenzja tistenna sa ma l-oħrajn jaslu jagħmlu bħalek. Għalih li tkun ġust ma fissirx biss li jistqarr issewwa. Hu ried ikun ġust bil-fatti. Il-motivazzjoni u x-xewqa profonda li kellu kienet li n-nies jaraw fih qassis skont il-qalb t’Alla. Dan it-tagħrif insibuh fi-ktieb Found Among Sinners miktub minn Fr. Martin Cilia mssp
F’isem il-membri tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, l-editur jixtieq Milied mimli barka tal-Mulej u sena ta’ paċi u sliem. newspaper post Aħna Lilkom • 4
Aħna Lilkom
Ħolqa Bejn il-Ħbieb
Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP M: 7926 5968 E: norbertbonavia@gmail.com
Saċerdot ieħor fil-Perù Fis-6 ta´ Novembru li għadda, iddjaknu Carlos Pacherres, Peruvjan fis-Soċjetà tagħna, ġie ordnat saċerdot minn idejn l-Arċisqof ta´ Arequipa, Mons. Javier del Rio Alba. Aħna t-tlettax-il saċerdot li qegħdin naħdmu fil-Perù, inġbarna lkoll flimkien biex nifirħu u nilqgħu fostna saċerdot żagħżugħ filministeru saċerdotali. Għalina l-missjunarji din kienet okkażjoni li fakkritna fl-ordinazzjoni tagħna. Hekk erġajna ġeddidna l-wegħdiet saċerdotali tagħna. Fr. Carlos mal-mamà tiegħu L-Arċisqof għamel omelija sabiħa ħafna fejn tkellem fuq is-saċerdot u l-missjoni tiegħu. Huwa ma naqasx li jirringrazzja lill-membri kollha tas-Soċjetà tagħna, għax-xogħol siewi fost il-foqra li kull missjunarju qiegħed iwettaq fi ħdan din id-djoċesi kbira t´Arequipa. Fr. Carlos, bħala djaknu kien fil-parroċċa ta´ Santisima Cruz f´La Tomilla, fejn kien jgħin lill-kappillan Fr. Marċell Portelli. Kemm dam djaknu, imdakkar mill-ħeġġa u l-entużjażmu tagħna l-missjunarji Maltin, huwa nxteħet b´ruħu u ġismu biex jgħin lill-fqar li għandhom bżonn l-għajnuna. Aħna hawn qed nippruvaw naqdu l-missjoni li sejħilna għaliha l-Mulej, imma għeżież benefatturi, intom għandkom parti minn dan ix-xogħol tagħna. Ibqgħu għinuna bit-talb tagħkom ħalli nwasslu żgħażagħ oħra bħal Fr. Carlos sal-artal tal-Mulej. Intom dejjem fit-talb tagħna u fit-talb ta’ ħafna familji li qed ngħinu permezz tagħkom Nieħu din l-okkażjoni biex f’ismi u f´isem sħabi, nixtieq lilkom għeżież benefatturi tagħna, il-Milied it-Tajjeb u s-Sena l-Ġdida mimlija risq, barka u ġid tal-Mulej. Fr. Giovanni Cefai
Superjur Reġjonali Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Żewġ saċerdoti jiċċelebraw il-Ġublew tal-Fidda Fr. Silvio Bezzina ġie ordnat saċerdot nhar is-6 ta’ Lulju 1990. Apparti l-istudju tal-Filosofija u Teoloġija, studja wkoll l-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta, filwaqt li kien jgħallem ixxjenzi fil-kulleġġ tagħna. Wara l-ordinazzjoni tiegħu, baqa’ mpenjat fit-tagħlim fil-Kulleġġ għal ħames snin oħra, u maż-żgħażagħ fiċ-Ċentru Depiro. Imbagħad għal ħames snin kien responsabbli mill-formazzjoni talistudenti tas-Soċjetà. Fil-bidu tas-seklu l-ġdid serva għal 8 snin bħala Head of Care u Direttur fid-Dar ta’ San Ġużepp. Fl-2001 ġie elett Vigarju tas-Soċjetà f’Malta, għal perjodu ta’ sitt snin. Fi tmiem dawn irresponsabilitajiet huwa ngħata l-inkarigu ta’ Rettur fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl. Fis-sitt snin li diġà ilu responsabbli mill-Kulleġġ, huwa waqqaf is-sezzjoni primarja tal-istess Kulleġġ Fr. Carlos mal-mamà tiegħu
Fr. Silvio mal-mamà u l-familja
Fr. Mario Micallef twieled ir-Rabat, fit-30 ta’ Mejju 1960. Huwa beda l-mixja tal-ħajja reliġjuża f’Settembru 1978, bis-sena tan-novizzjat fiżŻebbuġ, Għawdex. Fis-27 ta’ Ottubru 1985 huwa għamel ilprofessjoni perpetwa. Wara li studja l-Filosofija u għamel kors fledukazzjoni fl-Università ta’ Malta, huwa mar ikompli t-Teoloġija fl-Awstralja, f’Corpus Chisti College, Melbourne. Irċieva s-sagrament talpresbiterat fil-Knisja ta’ Sant’Agata, ir-Rabat, nhar it-30 ta’ Novembru 1990. Wara l-ordinazzjoni, huwa kompla jwettaq ilministeru saċerdotali tiegħu fl-Awstralja, l-ewwel fil-parroċċa ta’ St. Bernadette’s, North Sunshine, imbagħad mal-emigranti Maltin prinċipalment fis-South Eastern Suburbs ta’ Melbourne. Kien ukoll responsabbli mid-Dar tal-Irtiri u Spiritwalità li s-Soċjetà ghandha f’Wantirna. Fil-Kapitlu Ġenerali tas-sena 2000 ġie magħżul Kunsillier tasSuperjur Ġenerali. MillAwstralja mar fid-Dar Ġeneralizja li għandna Ruma, fejn għadu hemm sa llum, għax huwa membru tal-Kunsill Ġenerali.
Mill-Kanada għal Malta
Fr. Charles fil-parroċċa tal-Kanada
Fr. Charles S. Borg twieled fit-8 ta’ April 1951.Wara li spiċċa l-istudji sekondarji fis-Seminarju Minuri ta’ Malta, beda l-mixja tiegħu ta’ formazzjoni fisSoċjetà tagħna bis-sena tan-novizzjat. Fil-15 ta’ Ottubru tal-1972, għamel il-professjoni perpetwa. Sitt snin wara, fid-9 ta’ Lulju 1978 ġie ordnat saċerdot. Wara l-ordinazzjoni tiegħu, huwa beda jagħti s-servizzi tiegħu fil-Kulleġġ tagħna fir-Rabat, bħala għalliem tal-Malti, Taljan, Għarbi, matematika u sport. Imbagħad fl-1991 huwa sar direttur talOratorju tagħna f’B’Kara għal sitt snin. Wara dan is-servizz huwa ġie mitlub imur għal tliet snin fi New York, jaħdem fost il-komunità ta’ lingwa Spanjola. Minn New York huwa għadda għall-Kanada, fejn għal erbatax-il sena sħaħ kien kappillan tal-parroċċa Maltija-Kanadiża ta’ St. Paul the Apostle, f’Toronto. Kien xieraq li issa jirritorna Malta.
Formator ġdid fil-Filippini Fr. Martin Galea għadu kemm ġie magħżul biex ikun il-formator il-ġdid għan-novizzi tagħna fid-Dar tal-Formazzjoni internazzjonali filFilippini. Fr. Martin hu mirRaħal Ġdid u għamel l-istudji sekondarji fil-Kulleġġ tagħna tarRabat. Beda n-novizzjat fl-1987 u għamel ilprofessjoni perpetwa fl-1995. Barra li ggradwa fil-filosofija u t-teoloġija, huwa ggradwat ukoll fix-xjenza mill-Università ta’ Malta. Fr. Martin ġie ordnat saċerdot fl-1998. Kemm ilu li ġie ordnat saċerdot, Fr. Martin ħadem f’diversi ministeri fi ħdan is-Soċjetà: membru fil-Kunsill Ġenerali (uffiċċju li għadu jaqdi), membru tal-Kunsill Reġjonali, Superjur f’Sant’Agata, u formator tal-istudenti f’Malta. Barra dan huwa kien jagħti s-servizzi tiegħu lill-istudenti u lill-ghalliema fil-Kulleġġ tagħna u kien attiv malkomunitajiet neo-katekumenali.
Fr. Martin (it-tieni mix-xellug) mal-prospectives fil-Filippini