Ahna Lilkom Dec 2016

Page 1

NEWSPAPER POST

Diċembru 2016 / Għadd 519

No 49

Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro

Ittra mill-Editur Għeżież qraba, benefatturi u ħbieb, Bħal kull sena, qed inżomm l-appuntament tiegħi li niktbilkom din l-ittra. Permezz ta’ dan il-fuljett li ismu, Aħna Lilkom - ħolqa bejn il-ħbieb, tant idoqq sabiħ fil-widna, inżommukom infurmat bl-avvenimenti tasSoċjetà tagħna. Bih aħna nħossuna familja waħda magħkom. Ħafna drabi jkun impossibbli li nġibu kull ħaġa li ssir. Għalhekk fil-paġni tan-nofs ta’ din il-ħarġa, hemm ftit aħbarijiet li ma ħarġux qabel. Għidt ftit għax għall-grazzja t’Alla, ix-xogħol tal-membri huwa ħafna, kemm Malta u kemm filmissjonijiet imxerrdin f diversi pajjiżi. Biss ma nistax ma nerġax niftakar fil-futur tan-novizzjat ta’ seba’ novizzi ġodda li huma minn diversi pajjiżi. Il-professjoni perpetwa ta’ Bros. Giovann u Alex, u l-aħbar li tnejn mill- membri tagħna Peruvjani marru jesploraw missjoni ġdida f’Kuba, li jekk Alla jrid, tibda uffiċjalment fil-bidu tas-sena li ġejja, jimlewna bil-ferħ u l-kuraġġ. Jekk jogħġobkom, ibqgħu ftakru fina, l-ewwel fit-talb, għax huwa l-Missier li jrid iwettaq kull inizjattiva, u mbagħad bid-donazzjonijiet tagħkom. Tinsewx li bl-għajnuna tagħkom qed isiru ħafna proġetti għall-ġid ta’ tant nies li Alla jkun iridna nieħdu ħsiebhom. Fr. Norbert Bonavia mssp Delegat għall-Benefatturi

Il-Mixja Spiritwali

Ħolqa Bejn il-Ħbieb

no.2

F

il-ħajja spiritwali jrid ikun hemm bilanċ bejn ilħajja kontemplattiva u l-ħajja ministerjali.

De Piro hu veru eżempju ta’ dan. Hu għex l-ispiritwalità tiegħu mgħaddsa fl-esperjenza talimħabba t’Alla, li dejjem mexxiet ix-xejriet kollha ta’ ħajtu, biex b’hekk kien dejjem lest għal dak li ried minnu Alla. Għalhekk dawk li ser isegwu l-mixja ta’ De Piro, iridu jagħmlu bħalu, ikollhom armonija bejn spiritwalità qawwija, imma wkoll ħajja filministeru. Din is-sensiela għenitna nirriflettu mill-ġdid kif l-ispiritwalità missjunarja ta’ De Piro għadha toffri ideat ġodda li għadhom tajbin għaż-żminijiet ta’ llum. L-ispiritwalità ta’ De Piro titlob studju millġdid f’kull żmien, inkella tingħalaq fi ktieb u ssir biss kelma tal-imgħoddi. Bl-għajnuna t’Alla fil-ħarġiet imgħoddija ta’ dan il-fuljett, għamilna ġabra tal-idea spiritwali li Fr. Martin Cilia ġab fil-ktieb tiegħu fuq Mons. De Piro, Found among Sinners. Aktar 'il quddiem dawn il-ħsibijiet sejrin niġbruhom fi ktejjeb.

newspaper post Aħna Lilkom • 4

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com

Kappillan ġdid f’Toronto

N

har il-Ħadd it-23 ta’ Ottubru kienet ġurnata ta’ ferħ għall-parruċċani u xejn inqas għal Fr. Manuel Parnis, għax dakinhar beda l-ħidma pastorali tiegħu bħala kappillan tal-parroċċa dedikata lil San Pawl, li s-Soċjetà għandha fil-Kanada. Ippresieda din iċ-ċelebrazzjoni l-Isqof Awżiljarju l-ġdid ta’ Toronto, Mons. Robert Kasun. Jikkonċelebra wkoll kien hemm is-Superjur Ġenerali Fr. Mark Grima u s-Segretarju Ġenerali Fr. Mario Micallef, flimkien ma’ saċerdoti Maltin li qed jaħdmu fil-Kanada u ħbieb ta’ Fr. Manuel, li ġew millPakistan, fejn kien qabel Fr. Parnis. Wara kulħadd inġabar fis-sala tal-parroċċa għal riċeviment li kien ippreparat mill-parruċċani kif ukoll mil-Latinos li issa jiffurmaw parti mill-parroċċa. F’diskors li għamel Fr. Parnis, saħaq li jixtieq li din il-parroċċa dedikata lil San Pawl tkun missjunarja u tkompli tgħix l-identità tagħha ta’ komunità Maltija u etnika għall-Glorja ta' Alla u ta' San Pawl patrun tagħha. Fr. Paris huwa ex student tal-kulleġġ tagħna fir-Rabat. Huwa studja l-filosofija u t-teoloġija flINSERM. Wara li ġie ordnat saċerdot, kien għal xi żmien House Father fid-Dar ta’ San Ġużepp, f’Santa Venera. Fi Frar tal-1986 mar il-Pakistan fejn kien jgħin fit-tliet parroċċi li kellna; fl-istess ħin kien responsabbli tal-iskejjel li kellna fil-parroċċi. Kien

L-Isqof awżiljarju ma' Fr. Emmanuel (xellug) u Fr. Mark (lemin)

ukoll jgħallem fis-Seminarji Minuri u Maġġuri. Imbagħad għal sentejn kien kappillan filparroċċa li kellna f’Yuhannabad. Minn hemm mar Detroit għal sentejn u nofs jaqdi n-nies ta’ lingwa Spanjola u wara għal tlettax-il sena sħaħ fil-Perù. Minn hemm kompla jagħti s-servizzi tiegħu filKanada. L-Editur

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Minn hawn u minn hemm... Il-Pakistan Is-saċerdoti tagħna li qed jaħdmu f’Lahore, kull 8 ta’ Mejju, il-ġurnata li fiha De Piro qal iva lill-Mulej, jorganizzaw diversi attivitajiet biex ikomplu jxerrdu l-imħabba lejn il-Fundatur tagħna. Din is-sena barra dak li jsir is-soltu, bierku u fetħu uffiċċjalment l-uffiċċju tal-kappillan u sala żgħira.

Il-Perù •Il-Kardinal Fernando Filoni ġedded għal ħames snin oħra l-ħatra ta’ direttur nazzjonali tal-Opri Pontifiċji Missjunarji fil-Perù lil Fr. Victor Livori mssp, li ilu jaħdem f’dan il-pajjiż għal dawn l-aħħar 26 sena. Nitolbu għal Fr. Victor biex ikun jista’ jibqa’ jwettaq dan l-inkarigu ta’ responsabiltà skont irrieda ta’ Alla. Erba' fathers tal-mssp ma' saċerdoti oħra jduru l-morda

Il-Filippini Fr Joe Cremona, il-kappillan tal-parroċċa Santa Katerina f’Bataan, fl-2005 beda proġett ta’ mużika biex jgħin tfal u żgħażagħ jikbru fl-edukazzjoni sħiħa, u fl-għixien tal-valuri Nsara u umani. Minn dan il-bidu sempliċi, il-proġett illum għandu orkestra sħiħa li fiha jipparteċipaw 'il fuq minn 60 tifel u tifla. L-orkestra ssemmiet “Jose Depiro Kabataan.” Din l-opra mużikali taf is-suċċess tagħha wkoll lil diversi Maltin, li għenu permezz ta’ donazzjonijiet ta’ strumenti, ħin u mħabba. Għal aktar dettalji ara l-paġna ta’ Facebook, “Jose Depiro Kabataan Orkestra.”

Fr. Gerard Fr. Livori

•Il-Kulleġġ San Tarcisio, li l-fathers tagħna għandhom fil-parroċċa ta’ SS. Pietru u Pawlu f’Aplao, il-Perù, kull sena jfakkru l-festa tal-qaddis patrun tagħhom, b’ħafna attivitajiet. Waħda minnhom hija l-purċissjoni mal-pjazza prinċipali.

Fr. Carlos ma' persuna marida

Il-Kanada Fil-parroċċa ta’ S. Pawl f’Toronto, immexxija missaċerdoti tagħna, għadhom kemm inawguraw kappella dedikata lill-Madonna ta’ Pinu. Il-pittura saret minn Paul Debono minn Għajnsielem. Id-dekorazzjoni tal-kappella hi xogħol ta’ Joe Portelli minn Santa Venera u Paul Camilleri mill-Mellieħa.

L-Awstralja Ta' kull sena, is-saċerdoti tagħna f’Sydney u Melbourne jorganizzaw bil-kbir il-festa ta’ Marija Bambina għall-Maltin kollha. Dik ta’ Sydney ġiet iċċelebrata fil-Katidral u dik ta’ Melbourne fil-Knisja Mary Star of the Sea. Wara l-quddiesa kien hemm il-purċissjoni bis-sehem tal-banda u l-għaqdiet kollha.

Fr. Cremona, jidher, it-tieni wieħed mix-xellug

Malta Meta ftit ilu Madre Tereża ġiet dikjarata qaddisa, mill-ewwel ftakart fiż-żjara li għamlet f’Malta. Meta kienet hawn, kienet ġiet fil-Motherhouse tagħna f’Sant’Agata, ir-Rabat. L-ewwel post li żaret kien il-qabar tal-Qaddej t’Alla Mons. De Piro. Wara kellha ħin biex tkellem ftit lill-komunità, u tidħol firrefettorju għal kikkra te, għalkemm hi talbet tazza ilma.

Studenti tal-kulleġġ San Tarcisio fit-toroq ta' Aplo

•Is-saċerdoti tagħna f’Arquipa, flimkien ma’ xi saċerdoti oħra fil-qrib, bħala parti mis-Sena talĦniena, marru fid-djar u fl-isptarijiet jitolbu fuq in-nies u jbierku lil kulħadd wieħed wieħed.

Il-kappella dedikata lill-Madonna ta' Pinu

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

Reffiegħa Maltin f'Sydney ħerġin bl-istatwa ta' Marija Bambina mill-Katidral

Il-purċissjoni f'Melbourne Fr. Tomlin juri l-qabar tal-Fundatur lil Madre Tereża

newspaper post Aħna Lilkom • 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.