NEWSPAPER POST
Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB
Għeżież qraba, benefatturi u ħbieb,
Bl-għajnuna t’Alla wasalna lejn l–aħħar ta’ sena oħra. Meta wieħed iħares lejn is-sena li waslet biex tispiċċa ma jistax ma jgħidx grazzi kbira lill-Mulej għal dak kollu li l-Mulej għoġbu jagħti lis-Soċjetà.
Ġużeppi De Piro Missjunarju 5 Spiritwalità missjunarja (iv) Il-Kariżma missjunarja fit-twemmin ta’ De Piro Meta wieħed jistudja kitbietu, wieħed jara biċ-ċar li Ġużeppi De Piro, għalkemm bosta drabi kien ikollu jaffaċċja diffikultajiet kbar, kien jagħmel dak li kien irid Alla minnu bil-kalma, fil-paċi … u waqt li kien igawdi s-serenità u l-paċi tal-qalb. Dan kollu enfasizzawh diversi persuni li kienu jafuh direttament.
Għalaqna sena fil-missjoni ġdida f’Kuba, għandna żewġ saċerdoti ġodda, kellna ċ-ċelebrazzjoni tal-Kapitlu Ġenerali, fakkarna l-ġublew tad-deheb tal-missjoni tagħna fil-Perù, erba’ żgħażagħ bdew in-novizzjat; u dan biex insemmu xi ħaġa mill-ħafna li seħħ. Nista’ ngħid biż-żgur li intom għeżież benefatturi, kellkom parti f’dan kollu, it-talb u l-għajnuna finanzjarja kienu jsostnuna l-ħin kollu. Għalhekk nixtieq ngħid grazzi kbira lil Alla tal-barkiet li għoġbu jxerred fuqna. Minn qalbi nixtiqilkom Milied hieni u l-barka t’Alla għas-sena d-dieħla.
Fr. Norbert Bonavia mssp. Delegat għall-Benefatturi
Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com
Tliet Novizzi Ġodda
G
Dan kollu l-Qaddej ta’ Alla kien jgħixu bl-umiltà; De Piro kien konvint li kulma kien, kulma kellu, u kulma kien jagħmel kien kollu ġej mill-Mulej. Il-Kostituzzjonijiet tas-Soċjetà bdihom bil-kliem ta’ Salm 126: “Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar għalxejn jitħabtu l-bennejja…”. Fl-1916 kien hemm fl-Awstralja ċertu Fr. William Bonett. Dan kiteb lil De Piro u talbu jara kienx hemm xi saċerdoti Maltin imħajrin li jmorru jaħdmu f’dan il-pajjiż. Fost l-oħrajn il-Fundatur wieġeb hekk lil Bonett: “Fil-quddiesa tiegħek tinsiex tiftakar ftit f’dan l-Istitut tagħna li qiegħed jitwieled… Għalhekk għinna bit-talb tiegħek …”. Fil-21 ta’ Frar 1933 il-Qaddej ta’ Alla, li kien rappreżentant tal-kleru fis-Senat, għamel l-uniku intervent tiegħu quddiem id-deputati. Dan kien dwar il-moralità pubblika. Wara ta r-rapport tiegħu lil sħabu l-Monsinjuri. Lil dawn tal-aħħar qalilhom hekk fost l-oħrajn, “…jien ngħidilkom li f’dik il-lejla ħassejt tassew li Alla kien qiegħed jagħtini l-għajnuna tiegħu”.
Minħabba l-liġi tal-protezzjoni tad-data, min ma jixtieqx li jibqa’ jirċievi dan il-fuljett, hu ġentilment mitlub javżana billi jċempel 79265968.
newspaper post
Diċembru 2018 / Għadd 541
Aħna Lilkom • 4
ħal darb’oħra l-Mulej qed jagħti l-grazzja lis-Soċjetà tagħna li naraw tliet żgħażagħ oħra jibdew is-sena tan-novizzjat. Fil-15 ta’ Lulju, tliet żgħażagħ – wieħed mill-Pakistan, ieħor mill-Vjetnam u ieħor minn Malta – bdew il-mixja tagħhom biex jiskopru aktar fil-fond is-sejħa MSSP u, jekk Alla jrid, iħaddnu din is-sejħa bil-professjoni tal-voti reliġjużi. Wieħed malajr jista’ jara li dan huwa novizzjat partikolari, bi tliet żgħażagħ minn tliet pajjiżi differenti. Għal darb’oħra dan in-novizzjat qed isir fid-Dar Internazzjonali tal-Formazzjoni li għandna fil-belt ta’ Manila, fil-Filippini. U dan propju għax din il-belt toffri riżorsi adatti ħafna għal din it-tip ta’ formazzjoni. Bħalma ġieli qsamna magħkom, is-sena tan-novizzjat tqiegħed il-pedament tal-ħajja reliġjuża tagħna. Fiha, in-novizz ikollu l-opportunità, kif jgħid San Pawl, li jniżżel l-għeruq tiegħu fil-Mulej (Kol. 2, 7), biex l-għotja tiegħu għal ħajja missjunarja tkun frott din il-relazzjoni. Għalhekk il-programm tan-novizzjat huwa tali li n-novizzi jkollhom ħafna ħin għat-talb u r-riflessjoni. Ikollhom ukoll mumenti ta’ formazzjoni kemm bħala grupp kif ukoll akkumpanjament personali. Dan jitlob li bħala novizzi l-ħajja tagħhom matul din is-sena tkun iktar fil-komunità milli barra. Biss hemm mumenti li jgħixuhom barra mill-komunità flimkien ma’ oħrajn. L-ewwelnett hemm mument żgħir ta’ attività pastorali li jkollhom kull ġimgħa. Fil-fatt tnejn minnhom qed imorru jgħinu lis-sorijiet ta’ Madre Teresa li għandhom post għall-anzjani u
t-tfal li m’għandhomx familja. Tnejn oħra jmorru ġo komunità li tospita persuni b’diżabilità. Barra minn hekk, in-novizzi tagħna jkollhom mumenti ta’ formazzjoni flimkien ma’ novizzi oħrajn minn kongregazzjonijiet differenti, kemm irġiel kif ukoll nisa. Dan il-programm ta’ formazzjoni ġie stabbilit bejn numru ta’ formators li raw li jkun għaqli li ċertu mumenti ta’ formazzjoni jsiru flimkien biex b’hekk nużaw aħjar ir-riżorsi tagħna. Hemmhekk ukoll in-novizzi tagħna jistgħu jiltaqgħu ma’ żgħażagħ bħalhom li qed iħaddnu l-istess sejħa u jagħmlu kuraġġ b’xulxin. Bħal dejjem, aħna nħeġġukom taqsmu magħna dan il-mument sabiħ billi żżommu lil dawn in-novizzi fit-talb tagħkom. Itolbu għalina wkoll biex nagħrfu nakkumpanjawhom bl-aħjar mod u ngħinuhom jikbru fis-sejħa tagħhom.
Fr Martin Galea mssp Surmast tan-Novizzi
Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Aħbarijiet u attivitajiet Din is-sena, waħda mill-attivitajiet li ż-żgħażagħ ta’ ĊAMYouths (mssp) għamlu, kienet esperjenza fi Rwanda, flimkien ma’ Fr. Karm Debattista mssp. Ix-xogħol kien mat-tfal tal-iskola, li Marist Brothers għandhom f'Bukomero, Byimana, skola fqira tal-primarja li fiha mal-2000 tifel u tifla. Għallmuhom talb u kant u xi kraft u logħob ieħor. It-tfal apprezzaw ħafna dak li għamlu magħhom u anke l-iċken affarijiet kienu jferrħuhom. Ir-Rwanda hu pajjiż li għadu ħiereġ minn ġenoċidju li sar 24 sena ilu meta f’temp ta’ mitt
Fr. Karm mal-voluntiera Maltin
jum inqatlu mal-miljun ruħ. Huma qed jaħdmu biex joħorġu minnu b’sens ta’ maħfra u rikonċiljazzjoni.
Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB
Ftit ġranet ilu Bro. Joe Pantalleresco, kellu l-grazzja li jagħlaq 90 sena. Huwa l-aktar membru anzjan fis-Soċjetà u bħalissa jinsab irtirat f’Dar tal-anzjani fl-Awstralja. Bro. Joe hu l-vera missjunarju: beda l- missjoni tiegħu fl-Awstralja fl-1950, għamel żmien fil-missjoni tagħna fil-Kanada, ġie Malta għal ftit żmien u reġa’ lura lejn l-Awstralja. Wieħed mill-avvenimenti sbieħ li ċċelebrajna din is-sena kien il-Kapitlu Ġenerali, li sar fil-Missjoni tagħna fil-Perù. It-titlu kien Ir-Radikalità tal-Ħajja Reliġjuża. Il-Kapitlu jibqa’ mmarkat għax għall-ewwel darba kien hemm il-lajċi minn Malta, mill-Awstralja u mill-Perù, preżenti fil-laqgħat kollha. Nhar il-Ħadd 11 ta’ Novembru f’Parkville, l-Awstralja, fiċ-ċentru tal-Maltin, (li jagħmel parti
Tfakkira ta' Jum l-Armistizju mid-Dar tas-Soċjetà), tfakkar Jum l-Armistizju li seħħ eżattament mitt sena ilu meta spiċċat il-Gwerra l-Kbira (1914-1918). Dakinhar saret funzjoni speċjali u quddiesa tal-okkażjoni. Ħadu sehem numru sabiħ ta’ veterani Maltin tat-Tieni Gwerra flimkien mal-familji tagħhom. Dan għaliex Malta kellha parti importanti fil gwerra. L-ordinazzjoni episkopali tal-Eċċ. Tiegħu, Mons. Joe Galea Curmi ferrħet ħafna lis-Soċjetà, għaliex huwa wieħed mill-ex-studenti tal-kulleġġ tagħna. Dan ir-ritratt ittieħed wara l-ordinazzjoni tiegħu, flimkien ma’ xi membri tas-Soċjetà li attendew għall-ordinazzjoni.
Bro. Joe jiċċelebra għeluq sninu
Il-parteċipanti fil-Kapitlu Ġeneral
L-Isqof Galea Curmi ma' membri tal-MSSP
Fr. Giovann Tabone u Fr. Alex Zammit
Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Ċelebrazzjoni tal-Ġublew tad-Deheb
newspaper post
Kien mument ta’ ferħ għas-Soċjetà kollha, nhar l-20 ta’ April li għadda, meta żewġ brothers, Giovann Tabone min-Nadur u Alex Zammit mill-Mosta, ġew ordnati saċerdoti fil-Konkatidral ta’ San Ġwann mill-Eċċ. Tiegħu l-Arċisqof Charles J. Scicluna. Magħna ferħu wkoll il-ġenituri tagħhom u żgur il-benefatturi tagħhom. Din is-sena, sħabna fil-Perù ċċelebraw il-Ġublew tad-Deheb tal-wasla tal-ewwel missjunarji tagħna fl-1968. F’din l-okkażjoni, il-lajċi kienu ħafna involuti u organizzaw drama, kant, wirjiet, kompetizzjoni ta’ tpinġija għat-tfal u ħafna aktar. Il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet kienet quddiesa fil-katedral ta’ Arequipa mal-Arċisqof.
Aħna Lilkom • 3