Ahna Lilkom February 2017

Page 1

NEWSPAPER POST

Frar 2017 / Għadd 521

Ġużeppi De Piro Missjunarju 2

Il-Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl Il-Fundatur kien għażel it-tifkira tal-Konverżjoni ta’ San Pawl bħala l-festa prinċipali tas-Soċjetà. Din is-sena l-festa f’Malta ġiet imfakkra billi ġew mistiedna dawk kollha li l-aktar huma qrib tad-Djar tagħna. Din il-laqgħa saret ġewwa Sant’Agata, irRabat. Wara mument ta’ talb u riflessjonijiet fuq San Pawl fil-kappella u qrib il-qabar tal-Fundatur, inġbarna fir-refettorju, fejn intwera feature fuq is-Soċjetà, b’mod partikulari l-missjoni ġdida MSSP f’Kuba, u wara kulħadd kellu l-okkażjoni jiltaqa’ ma’ kull grupp li kien hemm. Fl-istess ħin, qsamna xi ħaġa tal-ikel bejnietna.

F’Għawdex din il-festa ċċelebrajniha b’quddiesa konċelebrata li għaliha stedinna r-reliġjużi rġiel li qed jaħdmu bħalna fid-Djoċesi ta’ Għawdex. Wara li kull min ġie kellu l-okkażjoni jdur id-Dar Stella Maris, spiċċajna b’ikla fraterna li għaliha attenda wkoll Mons. Isqof Mario Grech. Filgħaxija komplejna niċċelebraw mal-komunità tal-ġirien tagħna b’quddiesa fil-kappella tagħna u wara qsamna xi ħaġa tal-ikel flimkien.

(1) Ħidma Missjunarja f'Pajjiżna

F

’din l-ewwel parti Patri Mizzi pprova jpoġġi waħda wara l-oħra l-attivitajiet diversi li kienu jwettqu l-lajċi Maltin biex bihom jgħinu lill-missjonijiet. Fl-ewwel post Patri Anġ semma l-fatt li l-Maltin kienu dejjem ġenerużi ħafna f’li jibagħtu l-flus fil-pajjiżi missjunarji. Huwa qal li meta analizza l-Annali ta’ Propaganda Fide hu sab li, “Fir-rapport li joħroġ ta’ kull sena aħna ninnutaw il-post prominenti li tgawdi Malta fl-għoti ta’ karità. U meta wieħed jikkunsidra l-kobor talpopolazzjoni wieħed jirrealizza li allura Malta qegħda aktar u aktar fuq quddiem. Meta wieħed jikkunsidra l-perċentwali wieħed malajr jikkonkludi li Malta tiġi l-ewwel għall-ġenerożità tagħha. Patri Anġ semma l-kitba ta’ artikli missjunarji. Il-magħruf Alfons Maria Galea kien magħruf ħafna għal inizjattiva bħal din. Fl-1894 hu kien beda jippubblika l-Annali li ġa ssemmew. Mizzi semma wkoll li “Kważi kull pubblikazzjoni kienet lesta li xxandar b’ġenerożità kbira l-aħbarijiet u l-appelli b’risq il-missjonijiet ta’ barra. Hu rari ħafna li ssib perjodiċi li ma jikkoperawx b’dan il-mod.” Fl-aħħarnett Patri Anġ semma t-talb li kien isir kontinwament għall-bżonnijiet tal-missjonijiet.

Trid tgħix ġurnata ma’ missjunarju? Agħżel ġurnata għażiża għalik u offri €23. Imbagħad il-missjunarju f‘dik il-ġurnata joffri l-quddiesa u dak kollu li jagħmel dakinhar, skont l-intenzjoni tiegħek.

newspaper post

Aħna Lilkom • 4

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com

Milestone għal Fr. Claude Borg

M

eta Alla jagħti ħajja twila lil xi ħadd, żgur li jkollu aktar mill-oħrajn okkażjonijiet sbieħ u kull tant inqas sbieħ. Lil Fr. Claude Borg, Alla tah il-grazzja li jagħlaq ħamsa u sittin sena saċerdot, ħaġa li s’issa ħadd fis-Soċjetà tagħna ma kellu din ix-xorti.

Is-Sur Emmanuel Camilleri, President tal-Maltese Community of NSW, u s-Sur Mark Caruana, President tal-Past Pupils ta’ Don Bosco, riedu jfakkru dan l-avveniment, li kif sejħulu huma, hu verament milestone fil-ħajja ta’ Fr. Claude. Dawn is-sinjuri waqqfu kumitat ta’ nies midħla sew ta’ Fr. Borg biex jippreparaw sewwa għal din l-okkażjoni. Intgħażel il-jum tal-11 ta’ Diċembru li għadda, fejn saret quddiesa konċelebrata ta’ radd il-ħajr lil Alla. Il-prim konċelebrant kien Fr. Claude. Miegħu kien hemm Fr. Ivano Burdian, Superjur Reġjonali talAwstralja, Fr. Tarcisio Micallef mssp, Superjur tadDar tagħna f’Sydney, u Fr. Dominic li ħa ħsieb iġiblu l-Barka Appostolika għall-okkażjoni mingħand ilPapa. Il-quddiesa saret fil-Parroċċa tal-Madonna talVitorja f’Horsley Park, fejn Fr. Claude kien kappillan għal ħames snin. Janimaw il-quddiesa kien hemm il-kor li waqqaf Fr. Borg snin ilu, u li għadu jagħti s-servizz tiegħu sa llum, u kor ieħor li jismu J C Choir. Wara l-quddiesa kulħadd kien mistieden għal riċeviment li ħasbu għalih il-ħbieb ta’ Fr. Claude. Fr. Claude issa għandu 90 sena, u jinsab irtirat f’Sydney, għalkemm għadu jżomm ruħu attiv. Fr. Borg mar l-Awstralja l-ewwel darba f’Ottubru tas-sena 1965 u ngħaqad ma’ sħabu tal-MSSP f’Melbourne, fejn kien kappillan tal-Maltin għal disa’

Fr. Claude

snin. Imbagħad ġie maħtur kappillan tal-Parroċċa ta’ Horsley Park, f’Sydney. Fis-sena 1970 ġie elett bħala wieħed mill-assistenti tas-Superjur Ġenerali f’Malta. Fl-1980 reġa’ lura l-Awstralja din id-darba f’Sydney, fid-djoċesi ta’ Paramatta, bħala kappillan tal-Maltin, fejn kulħadd għadu jsemmih għal dak kollu li kien jagħmel għalihom. Minn qalbna nawgurawlu jkompli jgawdi ħajtu, u nwiegħduh it-talb tagħna.

L-Editur

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Fr. Pedro Artotaipe mssp I

llum xtaqt inlaqqagħkom mal-ewwel saċerdot Peruvjan fis-Soċjetà tagħna: Father Pedro Arotaipe. B’dan li ser nikteb żgur li ser tieħdu gost, għax taraw li l-ħolma ta’ Mons. De Piro waslet u qed tagħti l-frott fl-Amerka Latina. Imma fuq kollox żgur li jieħdu gost il-benefatturi tiegħu. Fr. Pedro huwa s-seba’ wild ta’ koppja li emigrat minn Cusco għal Arequipa. Infatti kellhom jitgħallmu l-Ispanjol meta marru hemm. Kienu koppja reliġjuża ħafna, u kienu bdiewa. Il-lum jinsabu magħqudin mal-Mulej. Fr. Pedro twieled fid-29 ta’ Ġunju 1966. Fl-1985 iltaqa’ ma’ Fr. Joe Cremona mssp, dak iż-żmien kappillan tal-Parroċċa ta’ San Pawl l-Appostlu, u hekk sar jaf bis-Soċjetà tagħna. Wara sena ta’ dixxerniment beda n-novizzjat, fid-Dar tagħna talformazzjoni f’Buenos Aires. Huwa attenda l-Università Kattolika ta’ Arequipa u l-Università Pontifiċja u Ċivili ta’ Lima, għall-istudju tal-filosofija u tat-teoloġija. Kellu wkoll l-okkażjoni li jmur Ruma, biex ikompli l-istudji tiegħu fl-Università Salesjana. Fr. Pedro għamel il-professjoni perpetwa fl-1994 fil-parroċċa tagħna tas-“Santísima Cruz” Arequipa. Wara li rċieva l-ordni tad-djakonat, sar saċerdot fil-25 ta’ Marzu 1995, festa tal-Preżentazzjoni tal-

Verġni Marija, bit-tqegħid tal-idejn tal-Arċisqof Fernando Vargas Ruiz de Somocurcio SJ. Minn wara l-ordinazzjoni, is-superjuri bdew jafdawlu xogħol wieħed wara l-ieħor. Għal tmien snin kien responsabbli taż-żgħar tagħna; imbagħad ħadem għal xi żmien fil-parroċċa Sant Anna f’ Chuquibamba. Fl-2011 huwa kien viċi kappillan fil-parroċċa ta’ San Pawl Appostlu fi Buenos Aires, sakemm f’Jannar tas-sena 2013, ġie maħtur kappillan tal-Knisja Santa Tereża ta’ Kalkutta, Arequipa fejn għadu fil-kariga. Din il-parroċċa qiegħda 2,500m 'l fuq millbaħar. Għandha firxa ġeografika kbira ħafna. Minn tarf għall-ieħor hemm 80 kilometru. Qiegħda

Fr. Pedro mal-għalliema tal-Kulleġġ bl-istandard tal-istess kulleġġ

Fr. Pedro qiegħed joffri hampers tal-ikel mibgħuta miċ-Ċentru Animazzjoni Missjunarja

Mat-tfal tal-katekeżi li jiġu kull nhar ta’ Ħadd biex jitgħallmu d-duttrina

Fr. Pedro jmexxi purċissjoni fir-raħal fqir ħafna ta’ Pampacanihuas

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

fis-subborgi tal-belt ta’ Arequipa. Il-popolazzjoni tlaħħaq il-25,000 persuna, li ħafna minnhom jgħixu qalb il-muntanji. Peress li l-gvern tal-Peru ma tantx jgħin bisservizzi soċjali, il-Fathers tagħna fis-sena 2004, fetħu klinika. Fr. Pedro ra kif għamel ħalli jkompli jsebbaħ il-post u jġib aktar tobba u infermiera. Fosthom hemm waħda Maltija jisimha Maris Camilleri li ilha taħdem fil-Peru bħala missjunarja lajka għal dawn l-aħħar 10 snin. Proġett ieħor li kien beda Fr. Vincent Magro mssp għaxar snin ilu, huwa l-Kulleġġ Sekondarju José Caruana għall-bniet u s-subien, imsemmi għall-ewwel missjunarju tas-Soċjetà li mar

Mal-istaff tal-kulleġġ u nies oħra li jgħinuh fil-parroċċa

newspaper post

l-Abissinja. Fr. Perdo jinsisti li t-tfal u ż-żgħażagħ tal-kulleġġ, barra t-tagħlim akkademiku, jingħataw prinċipji sodi tar-reliġjon u l-valuri li għandhom bżonn għall-ħajja ta’ kuljum. Dan il-kulleġġ joffri biċċa wġigħ ta’ ras lil Fr. Pedro. Barra n-numru ta’ studenti li jattendu, li jlaħħaq il-180, hemm ħafna minnhom li kull filgħodu jingħataw kolazzjon, u f’nofsinhar ikla sħuna. Peress li ħafna huma fqar, ma jkunu ħadu xejn mid-dar. Mal-ispiża tal-ikel irid jaħseb ukoll minn fejn ser iħallas l-għalliema. Biss dan ma qatax qalb Fr. Perdo, għax issa jixtieq li jkabbar il-Kulleġġ, bi skola għat-tfal iżżgħar. Huma ħafna li jixtiequ jdaħħlu lil uliedhom, imma l-postijiet huma limitati mid-daqs tal-iskola. Fr. Pedro diġà għandu l-pjanti lesti. Issa qed jitlob lill-Mulej ibierek il-proġett billi jipprovdilu min jgħinu, biex ikompli jkabbar il-kulleġġ sabiex ikollu fejn jilqa’ aktar studenti li l-biċċa l-kbira tagħhom jiġu minn familji foqra. F´isem il-missjunarji kollha tas-Soċjetà ta’ San Pawl li jaħdmu ġewwa l-Peru ngħidulkom grazzi mill-qalb tat-talb, l-imħabba u l-appoġġ tagħkom b´mod speċjali mal-missjunarji Peruvjani fosthom P. Pedro. Grazzi u l-Bambin iberikkom. L-Editur Aħna Lilkom • 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.