NEWS PAPER POST
Frar 2014 / G˙add 488 Óolqa Bejn il-Óbieb
No 21
AÓna lilkom
Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro
Borża ta’ Studju
Tixtieq li int ukoll tifraħ bħalma ferħu l-benefatturi ta’ Frs. Nilton u Alberto dakinhar tal-ordinazzjoni tagħhom? Issa huma għandhom min jitlob għalihom fuq l-artal, għax huma kienu għenuhom permezz ta’ borża ta’ studju. Agħmel bħalhom - waqqaf Borża ta’ Studju u offri d-donazzjoni ta’ €600.
L-10 ta Frar – attività għall-Old Boys L-Old Boys tal-Kulleġġ tagħna l-SPMC, flokkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, Patrun tal-Kulleġġ, bħal kull sena jiltaqgħu mal-familji tagħhom, għal “reunion” fil-Kulleġġ. Hija attività li kollha jkunu qed jistennewha, għax iġġibilhom ħafna nostalġija.
Ir-rieda t’Alla f’ħajtu
De Piro għex ħajtu miftuħa għall-oħrajn, tant li kien jinteressa ruħu fid-dinja ta’ madwaru. Din l-attitudni ma kinitx ġejja għax kien bniedem ġeneruż, jew għax kellu qalbu taf tħenn. Imma ġiet mill-konvinzjoni personali u reliġjuża. Permezz tal-ubbidjenza huwa għaraf il-possibiltà li jkun jista’ jirrispondi mill-ewwel għal dak kollu li jkun irid minnu Alla. Meta ġie biex jiddeċiedi li jgħix fid-Dar ta’ San Ġużepp f’Santa Venera, kiteb hekk, “Fid-Dar ta’ San Ġużepp ikun aktar faċli għalija biex niffoka fuq il-virtù talubbidjenza, filwaqt li ma norbotx lili nnifsi bil-vot”. Huwa ried jibqa’ jikber f’din l-ubbidjenza lejn ir-rieda t’Alla biex ikun dejjem lest ħalli jgħin fejn hemm bżonn. Allura meta għamel hekk, huwa ċeda li jippjana għalih innifsu, mhux biss imma hekk ser ikun miftuħ għal kollox. B’din id-dispożizzjoni f’ħajtu huwa ried biss li jkun immexxi mid-dawl tal-fidi u joħloq fih vojt, fejn allura jkun aktar liberu biex jagħmel li jrid minnu Alla u mhux li jrid hu. Fil-regola tas-Soċjetà kiteb hekk, “ L-ubbidjenza hija l-virtù karatteristiku tas-Soċjetà....Il-membri jridu jippruvaw li jilħqu l-perfezzjoni f’dan il-virtù, allura li jimitaw lil Kristu, l-aqwa eżempju; lill-Appostu tiegħu u missierna San Pawl, li bi kliem mill-aqwa wieġeb għas-sejħa ta’ Alla meta qal, ‘Mulej xi tridni nagħmel?’”, Għalhekk De Piro bħala fundatur u superjur, ħass quddiem Alla li hu għandu jagħmel ferm aktar milli xtaq li jagħmlu l-membri tas-Soċjetà tiegħu. Dan it-tagħrif insibuh fil-ktieb, “Found among Sinners” miktub minn Fr Martin Cilia mssp
Qrib il-5 ta’ Frar, fil-knisja tal-motherhouse tagħna fir-Rabat, tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Sant’Agata. Għal din l-okkażjoni jiġi l-Kapitlu tal-Katidral biex jiċċelebra quddiesa. Dan isir b’wegħda lil Alla u ‘l Sant’Agata għar-rebħa fuq it-Torok flewwel assedju ta’ Malta fl-1551 Il-knisja għarmata għal festa
4 Aħna Lilkom
Óolqa Bejn il-Óbieb
Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com
Żewġ saċerdoti ġodda fil-Peru Il-kmand li l-Mulej Ġesù tana qabel ma tela’ s-Sema, “Morru fid-dinja kollha xandru l-bxara t-tajba lill-ġnus kollha”, għadu jiġi obdut sal-ġurnata tal-lum. Għax propju nhar il-Ħadd, is-26 ta’ Jannar, żewġ żgħażagħ oħra Peruvjani, Fr Nilton Aderbalo Pezo u Fr Mario Alberto Laura Pinares, tas-Soċjetà tagħna, ġew ordnati saċerdoti mill-E.T. Mons Isqof Javier Augustus Del Rio Alba. Il-quddiesa saret fil-parroċċa tagħna ddedikata kif jixraq, bħala Maltin u membri tas-Soċjetà ta’ San Pawl, lill-Appostlu Missierna San Pawl, f’Buenos Aires de Cayma, fil-Perù. Wara kors twil mhux ħażin ta’ formazzjoni, li bdewh l-ewwel fil-Perù stess, fejn kienu jattendu flIstitut Superior de Estudios Telogicos, għall-istudju tal-Filosofija, u wara li għamlu sena ta’ formazzjoni pastorali ġewwa waħda mill-parroċċi tagħna f’Arequipa, marru fil-Filippini fil-Kulleġġ tagħna tatTeoloġija, biex ikomplu l-istudji tagħhom fil-Maryhill School of Theology.
Fr. Mario Alberto Newspaper post
Fr. Nilton Aderbalo
Fr. Nilton mal-ġenituri tiegħu
Mument waqt l-ordinazzjoni ta Fr. Mario Alberto
Hekk għall-grazzja t’Alla, in-numru ta’ saċerdoti Peruvjani fis-Soċjetà tagħna żdied għal sitta. Żgur li sħabna li issa ilhom jaħdmu f’din il-missjoni għal 46 sena jimtlew b’aktar entużjażmu, hekk kif jaraw il-frott tax-xogħol tagħhom, mhux biss f’dik li hija l-ħajja nisrani fil-poplu, imma wkoll b’vokazzjonijiet saċerdotali. Din kienet okkażjoni ta´ ferħ kbir għall-Knisja, għas-Soċjetà tagħna, u speċjalment għal sħabna li qegħdin jaħdmu fil-Perù li issa għandhom tnejn oħra jgħinuhom biex ikomplu jlaħħqu max-xogħol li għandhom, u jistgħu jipproġettaw aktar għall-futur. Ma’ dawn ingħaqdu wkoll il-benefatturi Maltin u barrani, li għenuhom finanzjarjament biex waslu u saru saċerdoti. Biex nispjega ftit kemm ħadu gost il-benefatturi tagħhom b’dan l-avveniment, li l-istudent li huma għenu issa wasal biex sar saċerdot u allura issa għandhom min jitlob għalihom fuq l-artal, sirt naf li bosta għamlu kuntatt magħhom bl-ittri, b’ittre (email) jew billi ċemplulhom biex jawgurawlhom, u kien hemm min sewga l-ordinazzjoni li kienet trasmessa fuq l-internet. Din l-okkażjoni ta’ ferħ tħeġġiġna biex inkomplu nitolbu għall-vokazzjonijiet, u fejn nistgħu ngħinu ħalli aktar żgħażagħ jaqtgħu xewqithom li jsiru saċerdoti. L-editur
Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Óolqa Bejn il-Óbieb
Fr. Frankie Cini jagħti merħba lil dawk li ġew
Fr. Karm Debattista quddiem l-ewwel dar tas-Soċjetà
Festa Pawlina... Mawra mal-Imdina Fl-okkażjoni tal-Festa tal-Konverżjoni ta’ Missierna San Pawl, patrun tas-Soċjetà tagħna l-MSSP, organizzajna mawra fl-Imdina biex inżuru diversi postijiet marbutin malfundatur tagħna, ħalli b’hekk insiru aktar midħla ta’ dan il-bniedem li tant kien qrib Alla.
Għalkemm it-temp ma tantx kien jagħmillek kuraġġ, numru sabiħ ta’ membri tas-Soċjetà, qraba, benefatturi u lajċi qrib tagħna mlew il-Katidral talImdina fl-ewwel tappa ta’ din il-mawra. Hemmhekk, Fr Frankie Cini, superjur reġjonali, laqa’ lil dawk preżenti u rringrazzjahom li ngħaqdu magħna. Wara Fr Tony
Fr. Martin Cilia jagħti l-ispjega fil-kappella ta’ Sant’Agata
Sciberras, li huwa l-viċi postulatur tal-kawża għallkanonizzazzjoni tal-fundatur, ta introduzzjoni ġenerali fuq ir-rabta ta’ Ġużeppi De Piro mal-Imdina u r-Rabat. Il-Qaddej t’Alla mhux biss twieled u tgħammed l-Imdina, imma wkoll iċċelebra l-Ewwel Quddiesa Solenni fil-Katidral. Barra minn hekk huwa kien dekan tal-Kapitlu ta’ l-istess Katidral. Peress li kif għidt qabel, l-attendenza kienet kbira, inqsamna fi tliet gruppi. Grupp minnhom daħal ġewwa l-ex-residenza tal-familja De Piro. Din hija d-dar li tiġi eżattament fuq ix-xellug tal-Katidral, dar mill-isbaħ li qiegħda propju fis-swar tal-Imdina. F’waħda mis-swali ntwera filmat qasir fuq il-ħajja tal-fundatur. Din il-parti ħa ħsiebha Fr Louis Mallia flimkien mat-tim tiegħu.
Fr. Martin Galea jitkellem quddiem is-seminarju l-antik
Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
r. Tony Sciberras jagħmel l-introduzzjoni fil-katidral
Id-Dar fejn twieled i Mons. De Piro
Grupp ieħor mar iżur id-dar li laqgħet l-ewwel żewġ membri tas-Soċjetà. Din id-dar ċkejkna kienet qrib ħafna tad-dar tan-nobbli De Piro imma ma kellha x’taqsam xejn magħha. Hawnhekk Fr Karm Debattista spjega kif żviluppat il-ħolma ta’ soċjetà missjunarja ġewwa l-qalb ta’ De Piro u kif waslet biex titwieled fit30 ta’ Ġunju 1910. It-tielet grupp iltaqa’ quddiem is-seminarju l-antik, fil-ġenb tal-Katidral fejn illum hemm il-Mużew talKatidral. De Piro kien għamel sentejn rettur ta’ dan isseminarju. Għalhekk Fr Martin Galea spjega kif De Piro għex din ir-responsabiltà u l-elementi tal-ispiritwalità tiegħu li jispikkaw f’din il-ħidma. Fost l-oħrajn jispikka s-sens ta’ ġustizzja li De Piro kien iħaddan kif ukoll kemm kien iħares lejn il-persuna b’mod sħiħ – ma kienx jinkwieta biss fuq il-bżonnijiet spiritwali u akkademiċi tas-seminaristi, imma anke fuq l-aspetti fiżiċi u psikoloġiċi tas-seminaristi. Wara li kull grupp żar il-postijiet kollha li kellu jżur, kulħadd telaq lejn il-Kappella ta’ Sant’Agata ġewwa l-Motherhouse, ir-Rabat. Hemmhekk ġejna milqugħin minn Fr Martin Cilia li filwaqt li spjega r-rabta ta’ dik
il-kappella ma’ De Piro, mexxa wkoll mument ta’ talb. Sant’Agata kienet l-ewwel dar li kienet propjetà tasSoċjetà, u allura l-bini tagħha kien wirt importanti li l-fundatur ħalla lis-Soċjetà. Ġewwa l-istess kappella, is-Superjur Ġenerali, Fr Mark Grima, qasam magħna l-messaġġ tiegħu għal din l-okkażjoni. Wara, kulħadd kellu l-opportunità li jżur il-qabar ta’ Mons. De Piro, li qiegħed fil-ġenb tal-istess kappella, kif ukoll kamra li fiha ġbarna diversi tifkiriet tal-istess fundatur. Kien xieraq li nagħlqu dan in-nofstanhar flimkien ġewwa r-refettorju tal-istess Motherhouse, fejn stajna nieħdu kikkra tè jew kafè, kif ukoll xi ħaġa tal-ikel għal miegħu. Inħossu li verament kienet okkażjoni sabiħa li ġabet flimkien lil diversi nies qrib tagħna u għenet lil kulħadd japprezza aktar il-persuna ta’ Mons. Ġużeppi De Piro. Inkomplu nitolbu biex jekk il-Mulej jogħġbu, narawh rikonoxxut bħala wieħed mill-qaddisin tal-Knisja.
Waqt kikra te’ f’Sant Agata
Il-qabar tal-fundatur
Fr Martin Galea mssp
3 Aħna Lilkom