Ahna Lilkom February 2016

Page 1

Aħna Lilkom

NEWSPAPER POST Ikompli: Aħbarijiet minn hawn u minn hemm

Aħna Lilkom

No 41

Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro

Tiġdid tal-Kariżma

Ħolqa Bejn il-Ħbieb

I

Il-Filippini Saret tradizzjoni li l-komunità formattiva fil-Filippini, bl-għajnuna tal-fathers u l-voluntiera, torganizza party tal-Milied għat-tfal li jgħixu fl-isquatters tat-triq tagħhom. Din is-sena kellhom jaċċettaw mitt tifel u tifla biss, peress li l-post huwa żgħir. It-tfal kellhom bejn l-erbgħa u t-tlettax-il sena. Bdew b’quddiesa bit-Tagalog, minn Fr. Hector. Wara l-quddies tqassmu l-gallettini u l-meraq tal-frott. Imbagħad beda l-logħob. Bejn kull logħba kien hemm il-kant u ż-żfin. Din is sena kellhom żfin speċjali mill-Brothers tagħna għax kellhom żifna Peruvjana, oħra Vjetnamita u oħra mill-Pakistan. Imbagħad ġie servut l-ikel li huma neqsin minnu: spagetti, tiġieġ u ħelu. Wara l-ikel saret lotterija u kellhom premju għal kull tifel u tifla. Huma u sejrin lejn id-dar it-tfal ġew mogħtija rigal ieħor li jikkonsisti f’materjal li jistgħu jużaw fl-iskola. Kollha ħarġu kuntenti u ferħanin.

d-dokument “Perfectae Caritastis”, tal-Konċilju Vatikan II, li jittratta l-ħajja reliġjuża, talab li ssir tfittxija mill-ġdid tal-kariżma tal-fundaturi ta’ kull ordni jew kongregazzjoni. Dan irid isir fid-dawl talEvanġelju għax hu Kristu li jsaħħaħ. B’dan ir-ritorn lejn il-passat, wieħed jiskopri malajr il-wirt spiritwali tal-Fundaturi. Dan ma jfissirx li wieħed għandu jinsa l-preżenza t’Alla fil-ħajja ta’ llum. L-anqas li għandu jsir studju u daqshekk. Imma hemm bżonn li b’din it-tfittxija jiġi eliminat dak li ma kienx l-ispirazzjoni oriġinali tal-fundaturi. De Piro kien konvint li dak li jagħtina identità mhux dak li nagħmlu imma dak li aħna. Għalhekk l-ispirtu tattalb u riflessjoni huma ingredjenti essenzjali għal dan it-tiġdid biex wieħed jibni fuq pedamenti sodi. Jekk wieħed jistudja fil-fond lil De Piro, isib li barra dawn iż-żewġ elementi li semmejna, hemm fattur ieħor importanti fil-ħajja tiegħu: il-fidi fil-providenza. Din il-fidi f’Alla kienet aspett vitali fl-ispiritwalità ta’ De Piro. F’ħajtu kellu jaffaċċja ostakoli kbar, u kull ostaklu li kien jirbaħ, kien aktar jikkonferma li l-id t’Alla kienet miegħu. Jekk qatt ninsew din il-fiduċja li kellu f’Alla, ikollna spiritwalità ‘l bogħod mill-realtà tal-għaqda li kellu m’Alla. Dan it-tagħrif insibuh fil-ktieb Found among Sinners miktub minn Fr Martin Cilia mssp

Għeżież benefatturi, nemmen li ħadtu gost taqraw l-aħbarijet minn diversi djar tagħna. Grazzi kbira lilkom għall-għajnuna li tagħtuna. Ibqgħu ħudu ħsiebna, u ħeġġu oħrajn jagħmlu bħalkom.

newspaper post

Aħna Lilkom • 4

Frar 2016 / Għadd 510

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com

Il-laqgħa f’Manila

Spes Messis in Semine” (It-tama tal-ħsad tinsab fiż-żerriegħa). Sentenza li qrajt snin ilu meta dħalt l-ewwel darba fin-novizzjat tagħna fir-Rabat. Huma dawn il-kelmiet li jiġuni f’moħħi, jien u nibda nikteb fuq l-esperjenza tagħna fil-Filippini. Bħalma intom tafu, ħolma tas-Soċjetà missjunarja tagħna kienet il-ftuħ tad-Dar Internazzjonali talFormazzjoni, xewqa li saret realtà fl-2009 grazzi għall-isforzi ta’ membri tal-MSSP u tal-ġenerożità kbira tagħkom. Jien flimkien ma’ Fr Bernard Falzon, Fr Mario Laura Pinares, Fr Nilton Bardales Pezo u Fr Carlos Alberto Pacherres iffurmajna l-ewwel komunità f’din id-dar u għal tliet snin għamilna l-istudji teoloġiċi tagħna fiha. Wara tliet snin li ilna saċerdoti, din is-sena kien wasal iż-żmien li nerġgħu nirritornaw għall-mument ta’ riflessjoni bħala parti mill-formazzjoni kontinwa tagħna. Fl-ewwel ġimgħa, żewġ saċerdoti Sależjani qasmu magħna diversi temi li jinteressaw il-ħajja tagħna fosthom il-ħidma pastorali, l-għaqda ta’ bejnietna u l-esperjenza tal-fidi. It-tieni ġimgħa kienet iktar iffukata fuq l-esperjenza li għixna matul dawn l-aħħar snin minn mindu ġejna ordnati djakni. Fil-fatt kellna ħafna spazji biex f’ambjent ta’ fiduċja u mħabba fraterna qsamna fuq il-barkiet li l-Mulej għamel magħna, fuq il-ħiliet u anke d-diffikultajiet li għixna f’dan iż-żmien sabiħ u fil-modi kif ilMulej ħadem fina u permezz tagħna fl-esperjenza

komunitarja u reliġjuża li qsamna fil-pastorali tagħna. Matul dawn il-ġranet ingħaqdu wkoll magħna Fr Mark Grima, is-superjur ġenerali tagħna kif ukoll Fr Martin Galea, id-delegat tiegħu għallformazzjoni. Għalina kien qisu rritornajna d-dar! Ħassejna ruħna komdi għax il-komunità MSSP laqgħetna mmens. Il-ferħ tagħna kien ikbar meta tinduna li l-komunità hija ikbar fin-numru b’ħafna żgħażagħ ġejjin minn pajjiżi differenti li qegħdin fil-formazzjoni kemm inizjali, kif ukoll fil-fażi tatteoloġija. Għalhekk “it-tama tal-ħsad tinsab fiż-żerriegħa”, għax barra li ħa nitlaq minn dan il-post mimli b’iktar ħeġġa għall-esperjenza komunitarja u pastorali li qed ngħix f’Malta, għalija kienet ukoll esperjenza ta’ tama kbira fil-fatt li dak li l-Mulej bena b’tant għożża fil-komunità tagħna, ċert li Hu ser ikompli jsostnih bil-fedeltà tiegħu. Fr Clinton Farrugia MSSP

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Aħna Lilkom

Aħbarijiet minn hawn u minn hemm

L-Awstralja (Melbourne) Il-Fathers tagħna bħal kull sena organizzaw il-festa talVitorja għall-Maltin kollha ta’ Melbourne. Saret quddiesa kkonċelebrata mis-saċerdoti Maltin f’St Mary Star of the Sea, West Melbourne, knisja mfittxija ħafna mill-Maltin. Wara ħarġet purċissjoni bilvara ta’ Marija Bambina li fiha jieħdu sehem il-Kunsill Malti tal-Victoria, il-konslu Malti, rappreżentanti ta’ għaqdiet Maltin bl-istandard tagħhom, il-banda u Maltin minn diversi parroċċi. F’Diċembru ma naqsitx l-ikla tradizzjoni lill-Fathers Maltin li jaħdmu f’Melbourne.

Il-Perù Alla joffrilna żmien il-Milied biex inkunu nistgħu naqsmu mal-oħrajn minn dak li Hu jipprovdilna. Hekk għamlu l-Fathers tagħna li qed jaħdmu f’Arequipa fil-Perù, fil-parroċċa ddedikata lil San Pawl Appostlu ġewwa Buenos Aires. Huma ġabru lit-tfal, l-anzjani, il-morda, l-ommijiet mingħajr raġel u oħrajn minn kull aspett tal-ħajja u qasmu magħhom dak li familjari, il-ħbieb u l-benefatturi bagħtulhom għal dan iż-żmien tant

sabiħ. Dawn in-nies ikunu nieqsa mill-bżonnijiet ta’ kuljum. Allura għalihom kienet festa doppja. Kienet esperjenza li baqgħet immarkata filqlub ta’ kulħadd kemm ta’ dawk li rċevew l-ikel, ħwejjeġ u rigali li qassamnilhom u kemm fil-qlub tal-Fathers tagħna. F’isem il-Fathers, ngħidilkom GRAZZI tal-għajnuna li tibagħtulhom. Il-Mulej ipattilkom għal mitt darba aktar kemm f´din iddinja u kemm fis-Sema.

Malta Bi tħejjija għall-Ġublew tal-Ħniena saru żewġ laqgħat f’Dar Stella Maris ġewwa ż-Żebbuġ, Għawdex. L-ewwel laqgħa kienet għal-lajċi, u l-oħra għas-saċerdoti. It-tnejn saru mis-Sur Edward Wright. Sar ukoll irtir fi tmiem il-ġimgħa għal dawk li għalqu l-40 sena. Barra dan, fix-xahar ta’ Diċembru sar l-irtir ta’ kull xahar tal-fathers tagħna mal-Presbiterju tal-Parroċċa taż-Żebbuġ, li spiċċat bl-ikla fraterna. Għall-ħabta tal-Milied sar il-get-together li tant ikun mistenni. F’din l-okkażjoni jittellgħu ħafna rigali li ġentilment joffru ditti u nies individwali. Din l-attività sservi ta’ għajnuna għall-bżonnijiet tadDar tagħna tal-irtiri.

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

Il-Kanada Għal żmien il-Milied, fil-parroċċa tagħna tħejja programm mimli daqs bajda. Fiċ-ċentru ttellgħet wirja tal-presepji maħdumin fid-djar. Imbagħad kien imiss il-kunċert tal-Milied fejn ħadu sehem il-banda tal-Maltin, kantanti u korijiet. Ta’ kull sena din il-parroċċa Kanadiża u Maltija torganizza żewġ parties għat-tfal u għall-anzjani. newspaper post

Il-Pakistan (Lahore) Din is-sena l-Fathers tagħna ċċelebraw lejlet il-Milied fl-erba’ knejjes li għandhom f’idejhom, u n-nies ġew bi ħġarhom, avolja mhux imdorrijin joħorġu bil-lejl. Għal din l-okkażjoni ħejjew xi forma ta’ drama jew tableaux. Hawnhekk id-drama qiegħed f’demmhom. Hekk, il-messaġġ tal-Milied jasal għand in-nies filforma li jħobbu huma. Il-kongregazzjoni fil-Milied dejjem qiegħda tikber. Anke dawk li mhux dejjem jiġu l-knisja, fil-Milied tarahom hemm. Għall-grazzja t’Alla ċ-ċelebrazzjonijiet kienu kwieti u bla nkwiet. Din is-sena l-Musulmani ċċelebraw ittwelid tal-Profeta Mohammed nhar l-24 ta’ Diċembru. Għalhekk ħafna toroq u bini kienu mixgħulin bid-dawl mill-Musulmani jew minna l-Insara.

Fil-knisja saret in-novena tal Milied u ngħatat il-Griżma tal-Morda lil min jeħtieġha. It-tfal ħadmu dramm dwar it-twelid ta’ Ġesù. L-aktar ħaġa li ngħoġbot kien il-party lil 30 tifel u tifla li l-ġenituri tagħhom qegħdin il-ħabs. L-attivitajiet ingħalqu billi tfal u kbar ingħaqdu mal-fathers tagħna u ħarġu fit-toroq ikantaw innijiet tal-Milied. Aħna Lilkom • 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.