NEWSPAPER POST
Ġużeppi De Piro Missjunarju 5
Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB
Ġ. De Piro waqqaf Soċjetà għall-missjonijiet ad gentes (iii)
Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB
“Il-Laboratorju Missjunarju” It- trophy u l-midalja li taw lil Fr. Portelli
Ġieħ il-Fontana
K
ien ġest sabiħ tal-Kunsill Lokali tal-Fontana, Għawdex, allura tas-Sindku u l-kunsilleri, li għażlu li jagħtu Ġieħ il-Fontana, lil Fr. Marċell Portelli mssp Verament ġest ta' min ifaħħru, għax il-Kunsill, bil-preżentazzjoni tal-midalja u t-trofew, mhux biss apprezzaw il-ħidma ta' wieħed mir-raħal tagħhom, imma wkoll apprezzaw il-valur tax-xogħol li jagħmel saċerdot u f'dan il-każ, missjunarju. Fr. Marċell twieled u trabba f’dan il-lokal. Huwa għamel l-ewwel snin ta’ skola fir-raħal imbagħad mar il-Kulleġġ Missjunarju ta’S. Pawl, ir-Rabat, Malta. Għall-istudji tal-Filosofija u t-Teoloġija, mar f’INSERM. Wara ftit li sar saċerdot, mar il-Perù, fejn issa ilu 39 sena. Barra li kien kappillan f’diversi parroċċi, tagħna, kien ukoll formator tal-istudenti u Superjur Reġjonali tal-membri tagħna fil-Perù. Fil-preżent huwa kappillan tal parroċċa, tasSalib Imqaddes, La Tomilla, f’Ariequipa.
Mons De Piro ma kienx waħdu wara l-missjoni li Fra Ġużepp kien qed iwettaq flAbissinja. Miegħu ingħaqdet ommu. Din ipproponiet li jitwaqqaf il-Mużew tasSomalja. Min-naħa tiegħu l-Qaddej ta’ Alla jidher li kiteb lil Mizzi dwar “Laboratorju Missjunarju”. Dan il-proġett kellu bħala presidenta lis-Sinjura Ursola, omm il-Fundatur, u magħha kellha xi nisa oħra. Bdew jissejħu “Dami tal-Laboratorju tasSomalja”. Bdew jiltaqgħu fl-Istitut ta’ San Ġużepp, imma meta nfetħet id-Dar ta’ Sant’Agata l-laqgħat tagħhom bdew jagħmluhom hemm u bdew isejħu l-organizzazzjoni “Laboratorju Sant’Agata”. Għallewwel ma kinux jiltaqgħu regolarment imma wara ftit għażlu t-tielet Tnejn tax-xahar bħala l-ġurnata tal-laqgħa tagħhom. Xogħolhom kien li jħejju l-ħafna bżonnijiet materjali li kienu jintalbu mill-Abissinja u jibagħtuhom ġo kaxxi kbar lillmissjunarji.
Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com
FESTA SANT'AGATA fil-Mother house, ir-Rabat
I
t-Tnejn, 3 ta’ Ottubru 1932, kienet ġurnata ta’ ferħ kbir għal Mons. De Piro għax dakinhar l-E.T. l-Arċisqof Mauro Caruana bierek u poġġa l-ewwel ġebla tad-Dar Sant’Agata. F’din l-okkażjoni, il-Qaddej t’Alla Mons. De Piro, fost kliem ieħor, qal hekk: “.. Hawn jiġu dawk iż-żgħażagħ imħejjija sabiex ikunu jistgħu jobdu għall-kmand tas-Sid tal-ħsad, ’Morru u għallmu. Xandru l-Vanġelu lill-ħlejjaq kollha.” Kienu bosta u għal ħafna snin, dawk li għamlu ż-żmien tal-formazzjoni tagħhom f’din id-Dar. Illum iċ-ċirkustanzi talbu mod ieħor.
Fr Tony Sciberras mssp Ikompli
Għajnuna bit-talb L-għajnuna finanzjarja hija dejjem apprezzata. Biss xejn inqas it-talb. Aħna għandna Grupp ta’ Talb MSSP. Dun mhux grupp li jorganizza laqgħat. Min ikun membru hu mitlub li joffri kuljum il-quddiesa, it-tqarbina, ir-rużarju u jgħid it-talba speċjali tal-grupp filwaqt li jieħu sehem mill-ġid spiritwali li jsir mill-membri tas-Soċjetà. Min jixtieq ikun membru tal-Grupp ta’ Talb jinfurmana u nibagħtulu t talba u diploma tas-sħubija. L-E.T. Mons. A. D'Errico mal-membri mssp wara l-quddiesa newspaper post
Frar 2018 / Għadd 532
Aħna Lilkom • 4
Id-Dar ġiet imsejħa għal Sant’Agata għax propju fejn hi mibnija, hemm kappella dedikata lilha. Tajjeb ngħidu li l-Kapitlu Metropolitan kien għamel wegħda ma’ Sant Agata, li jekk tħarishom mit-Torok, huma jiġu kull sena proċessjoni mill-Katedral sal-knisja tagħha, u jiċċelebraw il-quddiesa. Din il-quddiesa, kienet issir anke meta l-knisja kien għadha mhix frekwentat bħal-lum. Il-Kapitlu tal-Katedral għadu kull sena jiġi u jiċċelebra l-quddies b’ringrazzjament. Hija ħaġa sabiħa li s-Soċjetà, baqgħet tiċċelebra l-festa ad unur Sant’Agata, il-Hadd qrib il-5 ta Frar, li hija ko-patruna ta’ Malta. Dan isir b’diversi attivitajiet. Hekk per eżempju fil-ġimgħa ta’ qabel il-festa, issir quddiesa għal dawk in-nisa li batew mill-kanċer tas-sider. Ta’ kull sena għal din ilquddiesa tattendi l-mara tal-Prim Ministru Barra dan lejliet il-festa jsir l ewwel għasar. Din is-sena ġie jiċċelebra l-E.T. Mons. Alessandro D’Errico , in-Nunzju Appostoliku għal Malta.
L-Editur
Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Is-16 ta’ Frar 2017
Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB
Ngħidu grazzi kbira lil Mulej K
if naħseb li taf mill-Kalendarju ta’ din is-sena, il-missjoni tagħna fil-Perù ser tagħlaq 50 sena mill-bidu tagħha. Għalhekk sena ilu xtaqna nħarsu ’l hinn mill-kosta tal-Perù. Fid-djalogu mas-Superjur Ġenerali tagħna Fr. Mark Grima mssp u l-kunsillieri tiegħu, urejnihom li wasal iż-żmien li nagħmlu dan ilpass. Is-Superjur kien pront qalilna: “Ikkonsidraw li tmorru Kuba għax hemmhekk hemm ħafna bżonn”. Bdejna nagħmlu l-ewwel kuntatti ma´ Dun Pawl Buttigieg li qiegħed fid-djoċesi ta´ Santa Clara ġewwa Kuba. Morna Fr. Alex Busuttil mssp u jiena biex naraw il-possibiltajiet biex niftħu din ilmissjoni. Dun Pawl laqqagħna mal-isqof tal-post, Monsinjur Arturo. Dan tela’ l-Ġenna meta sema’ li xtaqna li nibdew missjoni hemmhekk. Id-Djoċesi fiha miljun u nofs bi 22 saċerdot biss. Il-membri tas-Soċjetà tal-Mużew kienu ta’ għajnuna kbira. Barra l-kuraġġ li għamlulna, għenuna nifhmu xi ftit is-sitwazzjoni f’dak il-pajjiż. Hemm domna tliet ġimghat u rajna parti kbira mid-djoċesi. Ftit qabel ma tlaqna l-Isqof uriena l-parroċċa fejn ser naħdmu. Hi parroċċa fqira ħafna f’Manicaragua dedikata lill-Madonna talKarmnu.
Fr. Mario ma' grupp ta' abbatini
Fr. Nilton ma grupp żgħażagħ
Il-Purcissjoni tal-Madonna tal-Karmnu
Fr. Mario, wara l-magħmudija ta' tlett itfal. Jidher il-friskatur użat għall-magħmudija.
Meta ġejna lura l-Perù tkellimna mal-komunità u mas-superjuri u wrejnihom li verament l-Ispirtu talMulej qiegħed jimbuttana għal din il-missjoni għax taqbel mija fil-mija mal-kariżma tal-Fundatur tagħna Mons. Guzeppi De Piro fejn kien dejjem jgħin lill-foqra u lill-emarġinati. Għalhekk ġie deċiż li żewġ missjunarji imorru jagħmlu esperjenza ta’ tliet xhur. Dawn kien Fr. Nilton Bardales u Fr. Mario Ramos. Ma hemmx għalfejn ngħid, li dawn ġew lura mimlijin entużjażmu u ferħ għal din il-missjoni l-ġdida. Intgħażlet il-25 ta’ Jannar 2017, Festa talKonverżjoni ta San Pawl meta dawn iż-żewġ missjunarji rċevew is-salib tal-missjoni. Imma kien il-Ħamis 16 ta’ Frar 2017 meta huma salpaw lejn din ilmissjoni l-ġdida. Ftit wara jiena ngħaqadt magħhom għal kważi erba’ xhur. F’dan iż-żmien, qsamt magħhom kemm il-ferħ u kemm it-tbatija li ġġib magħha kull missjoni ġdida. Nista’ ngħid li mill-ewwel ftit ġimgħat bdejna nżuru l-familji foqra u l-morda, ngħallmu d-duttrina, inqaddsu u nżuru diversi partijiet tal-parroċċa li hija kbira mmens. Biżżejjed ngħid li fiha 50 kilometru biex tmur minn tarf għal ieħor. Trid tuża t-trasport pubbliku, xi postijiet jintlaħqu biss biżżiemel u partijiet oħra tal-parroċċa bil-mixi.
Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Fr. Nilton waqt quddiesa
Fr. Alex Busuttil u Fr. Giovann Cefai mal-Isqof Arturo
Din il-missjoni nista’ ngħid li mhix faċli minħabba diversi realtajiet iżda hija missjoni li qed tħalli ħafna frott. Nemmen bis-sħiħ li l-Mulej qiegħed ibierek kull sforz li qegħdin jagħmlu ż-żewġ missjunarji tagħna. Ix-xogħol prinċipali tal-missjunarju f’din l-art hu li jżur lill-familji foqra, lill-morda u jiżra t-tama u l-imħabba. Hawn mhux ser taħseb biex tibni xi kċejjen jew affarijiet bħal dawn, għax dawn ikkontrollati mill-Gvern. Imma fis-skiet u fis-silenzju l-missjunarju jipprova jwassal l-Aħbar it-Tajba lil dan il-poplu li qiegħed isofri fis-silenzju. Il-preżenza tagħna f´Kuba hija xhieda kbira tal-Knisja. Għax filwaqt li ħafna nies jixtiequ jaħarbu minn hemm biex isibu futur aħjar, aħna morna biex ngħixu magħhom f´dawk il-kondizzjonijiet u dik hija x-xhieda tal-missjunarju fid-dinja ta’ llum.
Kemm ilhom hemm il-missjunarji tagħna, ippruvaw ikunu ta spalla għal dawn in-nies foqra ta’ veru. Flimkien mas-sorijiet li hemm f’din ilparroċċa, jgħallmu d-duttrina, jgħammdu u jżewġu. Bdewlhom mill-ġdid il-purċissjoni li tant iħobbu. Dewquhom x’inhu l-Milied. Din kienet ħaġa ġdida. Kellhom ukoll l-uragan li ħalla straġi kullimkien Ħbieb tagħna, mhux ser ngħidilkom biex tgħinuna għax dan intom diġà qegħdin tagħmluh, imma itolbu għal aktar vokazzjonijiet u offru t-tbatijiet tagħkom għall-qdusija tas-saċerdoti. Tkunu Mberkin,
newspaper post
Fr. Giovanni Cefai mssp Superjur Reġjonali Aħna Lilkom • 3